Legislature:
Category:
Reset
Active:

Customs Enforcement Unit — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu sejħiet għall-Customs Enforcement Unit (parti mid-Dwana ta' Malta), applikazzjonijiet għal spetturi u uffiċjali, peress li l-aħħar sejħiet kienu proprju għoxrin sena ilu u l-postijiet battala baqgħu ma mtlew qatt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Customs Enforcement Unit hija parti mill-Branka tal-Customs Class tad-Dipartiment tad-Dwana u għalhekk ma jsirux sejħiet speċifiċi għar-rekluttaġ f’din is-seżżjoni.

Degree fil-Kriminologija

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk se jsiru xi sejħiet , Degree fil-Kriminologija, jpoġġix l-applikant f'vantaġġ għall-pożizzjoni ta' spettur minn barra, jew inkella l-entry requirement tkunx b'Degree fil-Kriminologija kif inhu l-każ għas-sejħiet ta' Spetturi fil-Korp tal-Pulizija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ lill-Ministru responsabbli mill-Ġustizzja u l-Intern.

Gżira — Zuntier tal-Knisja - Urban Investment Fund

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq iz-zuntier tal-knisja tal-Gżira li qed jiġi kkordinat mill-Ministeru tiegħu huwiex funded mill-Urban Investment Fund jew minn xi sorsi oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-proġett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant hu ffinanzjat minn voti kapitali ta’ dan il-Ministeru.
Leg 11 PQ #24697 Sitting 333 2011-03-29 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IPPC permits

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24433 u jgħid kemm hemm Integrated Pollution, Prevention and Control permits fis-seħħ bħalissa? Tista' tagħti lista sħiħa tal-proġetti jew attivitajiet ekonomiċi/industrijali li jikkonċernaw, inkluż dawk tal-privat? Kemm hemm nies fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li qed jieħdu ħsieb il-moniteraġġ kontinwu ta' dawn l-IPPC permits sabiex jiżguraw li l-kundizzjonijiet qegħdin jiġu osservati bl-aktar mod strett? Kemm kien hemm każijiet s'issa fejn instab li xi ditta, ażjenda, jew intrapriża, inkluż dawk tal-gvern, instabu li kienu qed jiksru l-kundizzjonijiet tal-IPPC permits tagħhom u x'passi ttieħdu s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entità kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Leg 11 PQ #24529 Sitting 332 2011-03-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Environmental Permitting and Industry Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24338 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li għamlu l-uffiċjali tal-Environmental Permitting and Industry Unit fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-ispezzjoni sussegwenti tat-2 ta' April 2009 dwar rimi ta' żjut minn kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fis-sistema pubblika tad-drenaġġ qrib Hexagon House?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #24530 Sitting 332 2011-03-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — investigazzjonijiet

Question

Billi fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24339 il-Ministru Mifsud Bonnici qal li l-investigazzjonijiet iridu jiġu inizjati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippajanar? Jikkonferma li ċ-chairman tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ftit jiem ilu qal lill-ħaddiema waqt laqgħa li mhix kompetenza tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li tinvestiga każijiet bħal dawk tal-irwejjaħ qrib Hexagon House?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-MEPA, tramite ċ-Chairman, kitbet lill-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma sabiex jikkunsidra jieħux passi fuq dan il-każ partikulari. Uffiċjali tal-MEPA flimkien ma dawk tal-KSI investigaw il-każ fl-2009 iżda pero’ l-kompetenza biex tipproċedi f’dan il-każ hija tal-KSI u mhux tal-MEPA. Din kienet il-kjarifika li għamel iċ-Chairman tal-Awtorità.
Leg 11 PQ #24531 Sitting 332 2011-03-28 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Hexagon House - rwejjaħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24341 u jgħid ġimgħa b’ġimgħa mill-bidu ta’ Frar kemm kien hemm każijiet ta’ ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Hexagon House li għażlu li jaħdmu mid-dar minħabba l-irwejjaħ li kien hemm qrib l-uffiċini tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entita’ kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Leg 11 PQ #24532 Sitting 332 2011-03-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hexagon House — Air Quality Tests

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li bħalissa qed jsiru air quality tests f’Hexagon House? Dan bil-għan li l-management jipprova jikseb certification li l-gassijiet u rwejjaħ li ħerġin u li ġew detected fil-bini mhumiex ta' detriment għas-saħħa tal-impjegati? Huwa minnu li l-management mistenni ukoll jipprovdi rapport fuq kemm hija adekwata s-sistema preżenti tal-mechanical ventilation fil-bini kif ukoll tagħmel rakkmandazzjonijiet għal kull titjib li jista' jsir? Billi huwa mifhum li dan is-certification hemm bżonn li jkun appoġġjat minn evidenza xjentifika, nifhem li qed jsiru sensiela ta' testijiet. Huwa minnu li żewġ esperti minn dawk mqabbdin diġà rriżenjaw? Min huma l-esperti involuti b’kollox u dawk li rriżenjaw, jekk fil-fatt irriżenjaw? Jista' jagħti aktar tagħrif dwar dawn it-tests?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li testijiet fuq il-kwalita' tal-arja ġewwa u barra Hexagon House isiru b’mod kontinwu u mhux biss bħalissa. Nikkonferma li ġiet ingaġġata kumpanija sabiex teżamina s-sistema tal- mechanical ventilation u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha. Rigward l-esperti ngaġġati mill-MEPA sabiex jassistuha, nippreċiża li fl-ebda ħin ma kien hemm esperti li rriżenjaw. L-esperti li qeg]din jag]mlu t-testijiet huma Dr Manwel Sinagra, u Dr David Mallia. Konsultazzjonijiet oħra qed isiru mill-Professur Alfred Vella u l-Inġinier Paul Cardona.

Unjoni Ewropea — domanda agrikola fil-pajjiż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta' art irrigata li żdiedet kemm ilna membri fl-Unjoni Ewropea u jindika jekk dan wassalx għal xi żieda f’dik li hija domanda agrikola fil-pajjiż?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx informazzjoni klassifkata speċifikament kif mitluba peress li l-użu tal-art hija ħaġa dinamika li tista' tinbidel skont il-bżonn tal-bidwi. L-informazzjoni li għandu l-Ministeru hija dwar l-art li tinħadem indipendentement jekk hix raba saqwi.

Delimara Powerstation — tender għall-waste disposal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tinħareġ it-tender għall-waste disposal tal-iskart perikoluż li mistenni joħroġ mill-estensjoni tal-power station ta' Delimara?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-offerti għas-servizzi msemmija wasal fi stadju avvanzat. Fil-fatt id-dokument għadu kemm ġie mibgħut lid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-verifikazzjoni meħtieġa. Huwa stmat li s-sejħa tiġi ppublikata għall-bidu t’April.

Delimara Power Station — operational lifetime

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-operational lifetime li baqa' għat-turbini kollha separatament fil-Power Station ta' Delimara?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm tliet tipi ta’ impjant f’Delimara Power Station: (a) Steam turbines/boilers li ġew ikkummissjonati fl-1992 li għandhom lifetime ta’ 25 sena, (b) L- o pen cycle gas turbines li ġew ikkummissjonati fl-1994 li għandhom lifetime ta’ 15-il sena suġġett ta’ estensjoni ta’ 15-il sena wara major overhau l u (c) Il-Combined Cycle Plant, li wkoll għandu lifetime ta’ 15-il sena suġġett ta’ estensjoni ta’ 15-il sena wara major overhaul. L- operational lifetime tal-impjant kollu jista’ jiġi estiż u dan jiddependi fuq l-użu tal-impjant. L-i steam turbine plant huwa mistenni li jopera għal 30 sena fuq base load , i.e. sa 2022, madankollu l-impjant jista’ jiġi mpoġġi fuq reserve status wara l-c ommissioning tal- interconnector . L- op en cycle gas turbines jintużaw biss għal peak load u għall-emergenza u għalkemm għandhom iktar minn 15-il sena huma laħqu ċirka 1/3 tal-ħajja tagħhom u mistenni li jibqgħu jaħdmu sa mill-inqas 2025. Il- combined cycle plant laħqet ċirca 2/3 tal-15-il sena ħajja, li madankollu tista’ tibqa taħdem sal-2018.

Sistema fotovoltaika

Question

B'referenza għall-2087 applikazzjoni għal sistemi fotovoltaiċi li waslu fit-tieni sejħa li saret billi l-ewwel waħda kienet ġiet irtirata minħabba allegati irregolaritajiet u jekk wieħed jassumi daqs konservattiv tas-sistema ta’ 1.5 kwp, il-potential installed capacity kellu jkun ta’ madwar 3.13mw, billi huwa stmat li matul medda ta' sena 3.13mw capacity kienet tiġġenera madwar 5,164,500 kwh ta’ elettriku u tiffranka madwar 4477 tunnellata ta’ co2, jekk wieħed jieħu feed in tariff price ta' €0.25 u jinjora għall-mument il-€0.28 għall-gżira Għawdxija, l-electricity generation mitluf jkun jammonta għall madwar €1.29miljun, jista' l-Ministru jispjega il-fatt u jgħid jekk huwiex se jingħata xi kumpens lil dawk kollha li nvestew fi stallazzjoni fotovoltaika u li diġà ħallsu l-prezz sħiħ tal-istallazzjoni, iżda li għadhom qed jsibu dewmien min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta sabiex jistallawlhom l-export meter? B’konsegwenza ta' dan mhux biss qed jitħallas prezz finanzjarju u ambjentali iżda l-investituri teknikament ma jistgħux jibbenefikaw mill-investiment tagħhom u s-sistemi fotovoltaiċi tagħhom jew mhumiex jiġġeneraw xejn jew jinsabu mqabbdin illegalment mal-grid mingħajr export meter u peress li fl-istess ħin dawn qed jiġu mċaħħdin mid-dritt li jagħmlu claim back tal- grant ta' 50% tal-investiment li għandu massimu ta’ €30,000 minħabba li s-sistema teknikament għadha mhix mħaddma f’mod komplet kif suppost, jista' jaġġorna lill-Kamra dwar dan kollu għall-benefiċċju tal-konsumaturi u investituri konċernati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dewmien biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet u biex jiġu stallati l-meters huwa r-riżultat tal-azzjonijiet industrijali mill-General Workers Union ġewwa l-Enemalta. Dawn l-azzjonijiet qed isiru minħabba rikjesti mhux raġjenovli li l-General Workers Union qed tagħmel fil-konfront ta’ numru żgħir ta’ ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta wara li l-funzjonijiet tas-sezzjoni tal- credit control ġew redundant u l- management , bħal m’għamel meta xogħol ieħor fil-passat ġewwa l-Enemalta ġie redundant , alloka f’sezzjonijiet oħra lill-impjegati kkonċernati. Għandu jkun irrimarkat li l-persuni kkonċernati ngħataw l-istess skala ta’ salarju u responsabbiltajiet f’taqsimiet oħra fil-Korporazzjoni. Għalkemm dan il-każ qed jidher quddiem it-tribunal industrijali, l-GWU rrifjutat li twaqqaf l-azzjoni industrijali għalkemm taf l-effett li qed tagħmel huwa kollu fuq il-konsumaturi, fejn din qed toħloq inkonvenjenza kbira. Peress li l-Korporazzjoni m’għandhiex kontroll fuq dan id-dewmien, tort tal-azzjoni industrijali li qed jikkawża dewmien tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet eċċ, ma tkunx tista’ tagħti kumpens kif hu mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #24491 Sitting 331 2011-03-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni — każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ tressaq quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni kemm ilha li twaqqfet? Kemm minnhom inqatgħu? Kemm minnhom inqatgħu kontra l-Gvern? Kemm minnhom waslu biex jittieħdu xi passi kriminali kontra l-persuni involuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kemm ilha li twaqqfet il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ġew imressqa 424 każ li minn dawn, kien hemm 163 każ li ġie konkluż b'rapport, 255 każ li ġie arkivjat u 6 għadhom pendenti. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-Art. 4 (kap 326) il-funzjonijiet tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni huma li tikkunsidra atti ta' korruzzjoni allegati jew suspetti, u tinvestiga, iżda ma tiddeċidiex każijiet. F'każijiet fejn ma jkunx hemm indizji biżżejjed ta' atti ta' korruzzjoni skont il-liġi, il-Kummissjoni tagħlaq il-każ u tarkivjah.

Pembroke — ilment dwar riħa qawwija ta' drenaġġ

Question

Billi madwar ġimgħa ilu residenti ta’ block 10, Pietru Darmenia Str, Pembroke kienu għamlu ilment ma' tas-sanità dwar ir-riħa qawwija ta' drenaġġ madwar l-appartamenti tagħhom, u ġabu kif ġew mitluba lil tal-bowser biex jaraw jekk kienx hemm xi blockage – u dan a spejjeż tagħhom – jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dwar dan l-ilment sanitarju?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-bidu ta’ din is-sena s’issa, uffiċjali ta’ dan id-Direttorat investigaw żewġ ilmenti li daħlu fl-24 ta’ Jannar u fil-25 ta’ Frar rispettivament, rigward irwejjaħ jintnu fi Triq Pietru Darmenia, Pembroke. Mill-investigazzjonijiet li saru, rriżulta li fiż-żewġ okkażjonijiet kien hemm sadd fil-drenaġġ pubbliku. Wara li tali sadd tneħħa minn ħaddiema fis-sezzjoni tad-drenaġġ fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-inkovenjent ġie eliminat. Fis-17 ta’ Marzu 2011, reġgħet saret spezzjoni oħra fit-triq indikata w fl-inħawi minn uffiċjal ta’ dan id-Direttorat iżda ma ġew innotati l-ebda rwejjaħ jintnu. Ġie kkonfermat ukoll li ma kien hemm l-ebda sadd la fid-drenagg pubbliku u lanqas fis-sistema tad-drenagg ta’ Blokk 10A. Mill-istess spezzjoni rriżulta wkoll li l-pumping station ħdejn Pembroke Football Club kienet qed taħdem regolari.

KSI — problema tad-drenaġġ

Question

Billi nhar it-3 ta' Novembru 2010 ir-residenti ta' block 10, Pietru Darmenia Str, Pembroke kienu kitbu lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dwar problema ta' rwejjaħ qawwija ta' drenaġġ qrib ir-residenza tagħhom li kienet waħda perjodika li tvarja skont il-ħinijiet u t-temp, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Blokk ta’ appartmenti msemmi, u oħrajn ħdejh, jinsabu fil-viċinanzi tal-Pumping Station tad-Drenaġġ, ħdejn il-grawnd ta’ Pembroke Atleta. Il-korporazzjoni qiegħda tinvestiga dan il-każ partikolari, flimkien mad-Dipartiment tas-Sanita, sabiex tistabbilixxi r-raġuni għaliex f’dan il-blokk partikolari (BLK10) qed ikun hemm okkażżjonijiet ta’ rwejjaħ relatati mad-drenaġġ waqt li fi blokok oħrajn le. Il-Korpozzjoni qed tagħmel studju ġenerali biex tiprova tnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti kollha tal-inħawi minħabba l-prossimità ta’ din l-istation mill-bini.

Marsa Power Station — abatement measures

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji sħaħ dwar l-abatement measures li ġew introdotti fil-Marsa Power Station? Meta ġew introdotti l-aħħar u x'kien ir-riżultat nett tagħhom s'issa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-SO2 kien li taqleb għal 0.7%S HFO il-Marsa Power Station minflok ghal 1%S HFO minn Awwissu 2010. Dan naqqas l-emissjonijiet ta’ SO2 mill-power station tal-Marsa b’10%. Barra minnhekk, qed jitnaqqsu NOx burners u mill-bidu ta’ din is-sena qed jiġu implimentati fuel staging li naqqsu l-emissjonijiet b’20% minn meta dawn ġew implementati.

Marsa Powerstation — sigħat li baqagħlha taħdem

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Marsa Power Station mistennija tilħaq il-massimu ta' 20,000 siegħa imposti mill-Unjoni Ewropea bħala limitu li baqagħlha taħdem skont il-permessi li għadhom jgħoddu sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern qed jinvesti b’mod qawwi fi kwalità tal-arja aħjar. Għalhekk ukoll il-bżonn tal-estensjoni l-ġdida tal-power station f’Delimara li ser tkun pjenament konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea. Irrid nżid però li minkejja l-fatt li l-Power Station tal-Marsa ser tingħalaq fi zmien qasir, il-gvern xorta qed jagħmel kull sforz biex inaqqas l-emissjonijiet tagħha fiż-żmien li baqgħalha. Dan qed isir b’inizjattivi fosthom bl-użu ta’ fuel li fih anqas sulphur. Dan hu ta’ ġid għas-saħħa tal-poplu u speċjalment tar-residenti tal-Marsa u l-inħawi tal-madwar għalkemm naturalment jiġi b’prezz finanzjarju lill-konsumaturi tal-elettriku. Għalkemm il-Gvern qiegħed jaħdem biex jagħlaq il- power station tal-Marsa illum qabel għada, madankollu qabel ma jagħmel dan irid jiżgura li jkun hemm provvista ta’ elettriku biżżejjed għall-gżejjer Maltin. Għalkemm f’dawn l-aħħar snin il-konsum ta’ l-elettriku niżel, sakemm l-interconnector ma Sqallija jkun operativ jista ikun hemm il-bżonn li l- power station tal-Marsa tkun trid tibqa operativa bħala reserva għal każijiet ta’ bżonn.

Malta Power Station — sigħat milħuqa

Question

Billi fil-media tal-Partit Nazzjonalista intqal li l-gvern qed jaħdem fuq diversi fronti f'każ li jkun hemm bżonn ta' estensjoni fid-deroga dwar l-impjant tal-Marsa Power Station li suppost kellha tingħalaq malli jintlaħqu l-20,000 siegħa, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar dawn il-ħidmiet konġunti li jinsabu għaddejjin bħalissa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24435.

Enemalta — national emission ceilings

Question

Billi fi Frar ta' din is-sena l-Korporazzjoni Enemalta kienet infurmat lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li l-Korporazzjoni ma kienx irnexxielha tilħaq in-National Emission Ceilings għas-sena 2010, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-previżjonijiet tal-Korporazzjoni Enemalta għal din is-sena? Dan fir-rigward ta' loads massimi ta' sulphur dioxide u nitrogen oxides, aktar u aktar billi 8,000 tunellata mid-9,000 tunellata totali allokati lil pajjiżna kienu ġew allokati lis-settur tal-enerġija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-emissjonjiet proġettati għas-sena 2011 huma kif ġej: NOx 4333t SO2 7899t Il-Korporazzjoni Enemalta ssottomettiet compliance plan lill-MEPA bid-dettalji t’hawn fuq u l-miżuri li se jittieħdu biex tiżgura compliance .