Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika u/jew jirriżultawx każijiet ta' annulamenti multiple jiġifieri aktar minn wieħed mill-istess persuna? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif simili għal dawn l-aħħar erba' snin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika ta' każijiet ta' annullamenti ta' żwiġijiet li ngħataw aktar minn darba lill-istess persuna, però l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jindika d-domanda tiegħu fuq dawk il-każijiet partikolari li jixtieq ikun jaf dwarhom, dejjem jekk dan huwa l-każ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk il-gvern ħax xi deċiżjoni dwar jekk u meta mistenni jillegisla dwar il-ko-abitazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Nissuġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Impact Assessment li kienu għamlu il-Malta University Services Ltd flimkien ma' esperti indipendenti oħrajn dwar il-Waste Oils Ltd xi tmien - għaxar snin ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24529 u 24338 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li għamlu l-uffiċjali tal-Environmental Permitting and Industry Unit fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-ispezzjoni sussegwenti tat-2 ta' April 2009 dwar rimi ta' żjut minn kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fis-sistema pubblika tad-drenaġġ qrib Hexagon House?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li għamlu l-uffiċjali tal-Envionmental Permitting and Industry Unit fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-ispezzjoni sussegwenti tat-2 ta’ April 2009 dwar rimi taż-żjut minn kumpanija fis-sistema pubblika tad-drenaġġ qrib Hexagon House.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24532, jista' l-Ministru jgħid liema hi l-kumpanija mqabda biex teżamina s-sistema tal-mechanical ventilation?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l-kumpanija Panta Contracting Ltd ġiet imqabbda biex tagħmel rapport tas-sistema tal-ventilazzjoni tal-arja f 'Hexagon House il-Marsa u tipproponi titjib fis-sistema eżistenti skont parametri speċifiċi. Il-proċess għadu għaddej billi qed jiġi eżaminat ir-rapport sottomess u aktar il-quddiem tittieħed deċizjoni fuq ix-xogħolijiet li jridu jsiru.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24533 u jgħid jekk hemmx xi stima dwar kemm is-settur tal-biedja qed juża town water fis-sena, kif ukoll ground water għall-bżonnijiet tal-istess settur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru ma jżommx statistika dwar il-konsum ta’ town water mill-utenti tas-settur agrikolu. Nitlob lill- Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, sal-ġurnata tal-llum ma teżistix statistika simili dwar l-ilma tal-pjan. Kull m'hemm sa llum huma estimi li jindikaw li hu stmat li l-privat itella’ madwar 18-il miljun metru kubu ilma fis-sena mill-aquifers li minnhom is-settur agrikolu huwa stmat juża madwar 15-il mijun metru kubu fis-sena li l-parti kbira tiegħu, 14.5 miljun metru kubu, intuża għal skop ta’ irrigazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' tħejjija biex pajjiżna jkollu dik li tissejjaħ definitive map of the Maltese Islands li fiha jiġu speċifikati bċejjeċ ta' art li huma pubbliċi, kif ukoll dawk li suppost hemm dritt ta’ aċċess għalihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa d-dipartiment tal-propjetà tal-gvern qed jaħdem fuq is-sistema kompjuteriżżata tal-LEMIS li se tiġbor fiha l-informazzjoni ġeografika dwar il-propjetà tal-gvern f’ Malta u Għawdex, inkluż id-drittijiet li jeżistu fuq dawn il-propjetajiet.
Barra minn hekk, dan id-dipartiment qed jagħti s-sehem tiegħu flimkien mar-Reġistru tal-Artijiet fi tfassil tas-Central Registration Act
.
Skont kif se tiġi proposta din il-liġi , se jiġu reġistrati l-propjetajiet inklużi id-drittijiet li jeżistu fuq propjetajiet kollha f’Malta u Għawdex. Din l-informazzjoni se tkun ukoll murija fuq mappa ta’ Malta.
Jista' l-Prim Ministru jippubblika kwalunkwe studji li setgħu saru mill-gvern u/jew mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-financial and economic viability tal-golf courses f’pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni Maltin mis-sena 2000 'il quddiem li rreġistraw ruħhom bħala divorzjati barra l-pajjiż għal dak li huwa status?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-Reġistru Pubbliku ma jkollu ebda statistika dwar persuni Maltin li jirreġistraw id-divorzju tagħhom barra minn Malta.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
*Vide PL 6951 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt is-Seduta 337, nhar it-Tnejn 11 t’April 2011.
Delimara Power Station — tender dwar l-electrostatic precipitators
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’wassal lill-gvern biex ma jaġġudikax it-tender dwar l-electrostatic precipitators tad-Delimara Power Station u jħassru? Meta mistenni jinħareġ tender ġdid? Xi skadenzi għandu l-gvern biex ikollu precipitators bħal dawn joperaw ħalli ma jiġix penalizzat mill-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta matul dawn l-aħħar xhur ħadmet kontinwament biex tiżviluppa u timplimenta modifiki fuq is-sistemi tal-combustion tal-boilers tal-power station ta’ Delimara.
Dan wassal biex tnaqqsu sostanzjalment l-emissjonijiet.
Aktar minn hekk, għandu jkun irrimarkat li dawn il-
boilers
diġà kienu
compliant
mad-
dust emissions regulations
għal żmien twil.
B’dawn il-modifiki, il-livell tal-emissjonijiet mill-power station ta’ Delimara huma aktar baxxi mill-massimi stabbiliti mir-regolamenti.
laqgħa ministerjali għall-ministri tal-enerġija — rappreżentant għal Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid Malta minn min kienet rappreżentata fil-laqgħa ministerjali għall-ministri tal-enerġija li nżammet fit-23 ta' Marzu 2011 wara l-krizi u impatt nukleari ta’ dak li seħħ fil-Ġappun wara t-terremot u tsunami ta' ftit ilu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li Malta kienet rappreżentata mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.
Minħabba li għadda ż-żmien mindu l-każ l-aħħar tqajjem fil-Parlament, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta mistenni jiġi ppubblikat ir-rapport dwar l-irregolaritajiet li seħħew fil-VAT Departament? Jista' jsir dan proprju f'din is-seduta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-rapporti li għamel l-Awditur tal-Awtorità dwar Natura 2000 Sites?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta’ erba' rapporti li għamel l-Awditur tal-Awtorità dwar Natura 2000 sites.
Jista' l-Ministru jgħid x’permessi hemm u jekk le x’passi ttieħdu dwar użu tal-art pubblika kemm f’Ta' Muxi, il-Qala kif wkoll fl-aħrax tal-Mellieħa li qed tinħadem minn terzi b’mod li jonqos milli jħares il-garigue fl-istess nħawi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tinħtieg site plan biex tkun tista’ tiġi ddentifikata l-art in-kwistjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min qed jokkupa l-Fortizza ta' Binġemma bħalissa kif wkoll jekk il-kirja skadietx jew ġietx mġedda? Jsir liaison ma' Heritage Malta dwar iż-żamma ta’ dawn it-tip ta’ siti storiċi? X’kundizzjonijiet jsiru lil min jkun jokkupa siti simili?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-entita’ kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Jista' l-Prim Ministru jikkunsidra li jagħmel kundizzjoni lil min jkollu art bi qbiela kemm għal skopijiet ta' raba' u skopijiet oħra li jkun responsabbli għall-kundizzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ minħabba li ħafna minn dawn il-ħitan jinstabu fi stat ħazin ħafna mingħajr ma ħadd donnu huwa responsabbli għalihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li ser ngħaddi s-suġġeriment lill-Ministru kkonċernat, inżid li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni għandhom isiru skont is-sengħa tradizzjonali tas-sejjiegħ, għandhom ikunu jaqblu mal-pajsaġġ tal-madwar, u għandhom isiru bil-galbu sabiex ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent jew lil strutturi antiki. Il-ħitan tas-sejjiegħ huma wkoll imħarsin bil-liġi, permezz tar-Regolamenti ta' l-1997 dwar ħitan tas-Sejjiegħ u Strutturi Rurali (Konservazzjoni u Manutenzjoni) u r-regolamenti ta' l-2004 li jemendawhom. Għaldaqstant, l-interventi fuqhom (b'mod partikolari bidliet fl-għamla jew l-għoli tal-ħajt, kif ukoll xogħolijiet li jinvolvu twaqqiegħ u bini mill-ġdid) jeħtieġu awtorizzazzjoni mill-MEPA qabel ma jsiru x-xogħolijiet, skont id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jalloka bċejjeċ ta’ art għall-iskopijiet li jiġu kkultivati kif jagħmlu f’pajjiżi oħrajn bħall-Ingilterra permezz ta’ allotments filwaqt li jiġi żgurat li dawn jintużaw għall-iskopijiet oriġinali tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu il-pjanijiet tal-gvern li jintroduċi heritage trail fil-pajjiż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li Heritage Malta torganizza għadd ta’ heritage trials għall-partijiet ta’ Malta jew temi partikolari matul is-sena. Bħalissa qed tħejji wkoll tliet Nature trials fil-park arkeoloġiku ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-water storage capacity ta' pajjiżna li jinkludi:
a) WSC potable water reservoirs;
b) WSC 2nd
class water reservoirs;
ċ) WSC
stormwater reservoirs
(
operational u non operational
);
d) Non WSC
stormwater reservoirs
(
operational u non operational
);
e)
agricultural reservoirs;
f)
treated sewage effluent reservoirs
; u
g)
dam capacity (operational u non operational
)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif indikat fl-istess mistoqsija tiegħu, il-partijiet kif jirreferu għall-Water Services Corporation għandhom ikunu referuti lill-Ministru konċernat.
Għar-rigward tal-ġibjuni għal skop agrikolu, id-Dipartiment tal-Agrikoltura għadu responsabbilta għal ħames ġibjuni b'kapaċita totali ta' 11,816 metru kubu u li kollha jinsabu fin-nofsinhar ta' Malta. L-ilma ta' dawn il-ġibjuni joriġina minn dak kollu prodott mis-Sewage Effluent Treatment Plant ta’ Wied il-Għajn.
Barraminhekk, f'kull proġett li twettaq mill-WasteServe, kien hemm enfasi biex l-ilma tax-xita li ġo fihomjinġabar. Għalhekk inbnew 15-il ġibjun varji biex jilqgħu fihom ilmijiet ta' kwalita' differenti u indirizzati għal skopijiet different. Il-kapaċita totali ta' dawn il-ġibjuni ilaħħaq għal iktar minn 9,700 metru cubu.
Fir-rigward ta’ gibjuni u lqugh li ma humiex tal-WSC dan il-Ministeru għad m' għandux kompletament din l-informazzjoni mitluba peress li għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet il-capacity tar-reservoirs agrikoli mibnija mir-Rural Development Funds minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea? Kemm saru verifiki biex jigi stabbilit kemm ġie harnessed ilma tax-xita minn dan kollu? Jista' jgħarraf lill-Kamra kemm mir-Rural Development Funds setgħu intużaw għax-xiri ta' reverse osmosis plants mill-bdiewa u jekk iva x’kien l-ammont f’termini ta' valur u/jew investiment f’dawn l-impjanti tar-reverse osmosis?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-volum tal-ilma tax-xita li jinġabar u jinħazen permezz tal-ġwiebi mibnija mill-fondi taħt il-Programmi ta’ l-Izvilupp Rurali 2004-2006 u dak kurrenti 2007-2013 jammonta għal 54,024.74 metri kubi ta’ ilma. Dan sar b’investiment ta’madwar ħames miljun Ewro.
Kull investiment li jiġi iffinanzjat jkun ikkontrollat minn ufficjali tal-Agenzija għal Pagamenti fi ħdan il-Ministeru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali. Dawn imorru fuq is-sit fejn sar l-iżvilupp u jivverifikaw li l-binja hija skont il-permessi maħruġa mill-MEPA. Wara li jitlesta l-proġett jibqgħu jsiru kontrolli għal perjodu ta’ 5 snin mit-tlestija tal-proġett.
Minn naħa l-oħra fejn jidħol investiment marbut ma’ impjanti tar-Reverse Osmosis l-investiment iffinanzajt kien jammonta għal madwar € 30,000.