Legislature:
Category:
Reset
Active:

Delimara Power Station — tender dwar l-electrostatic precipitators

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24859, wara li kien hemm rapporti fil-ġurnali li kien hemm oġġezzjoni għall-funding mill-Unjoni Ewropea fuq dan il-proġett, fir-risposta tiegħu l-Ministru ma jirreferix għal din l-oġġezzjoni u ma jgħidx x’kienet id-deċiżjoni finali tal-Unjoni Ewropea, għalhekk jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-Parlament għandux jifhem li l-kanċellament ta’ din it-tender ma kellux x'jaqsam man-nuqqas ta’ funding mill-Unjoni Ewropea u mal-falliment tal-Gvern li jassigura aċċess għall-fondi Ewropej li tant jiftaħar bihom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 25211.
Leg 11 PQ #25215 Sitting 343 2011-05-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Enforcement orders kontra dipartimenti tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet enforcement orders kontra dipartimenti tal-Gvern? Jista' jqiegħed lista tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtorità għandha bżonn iktar dettalji biex tkun tista twieġeb aħjar din il-mistoqsija, bħal liema snin għandna nikkunsidraw u għandniex ninkludu wkoll aġenziji pubbliċi.

ippubblikar fid-dettall tal-emissjonijiet li joħorġu mill-Power Station ta’ Delimara

Question

Jista’ l-Ministru jordna lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tippubblika fid-dettall l-emissjonijiet li joħorġu mill-Power Station ta’ Delimara komparati ma’ dak li titlob u dak li se titlob fis-snin li ġejjin l-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-livelli tal-emissjonijiet mill-impjant ta’ Delimara huma ppubblikati fuq il-website tal-Korporazzjoni Enemalta fuq www.enemalta.com.mt. Dawn jinkludu wkoll il-limiti tal-emissjonijiet kif stipulat fl-IPPC permit għall-istallazzjoni. Il-limiti stabbiliti mill-Unjoni Ewropea se jkunu ntegrati mal-IPPC permit meta dawn ikunu effettivi. Dawn il-limiti tal-emissjonijiet se jiddependu kemm fuq l-operating regime tal-impjant kif ukoll fuq il-livelli tal-emissjonijiet tal-BAT. Peress li dawn se jkunu effettivi fil-2020 u r-referenza tad-dokument tal-BAT (BREF) qed jiġi rivedut, dawn il-limiti mhux specifikament magħrufa bħalissa u għalhekk għadhom ma ġewx rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

Dipartiment tal-VAT — irregolaritajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24861 u ċioe: Minħabba li għadda ż-żmien mindu l-każ l-aħħar tqajjem fil-Parlament, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta mistenni jiġi ppubblikat ir-rapport dwar l-irregolaritajiet li seħħew fil-VAT Department? Jista' jsir dan proprju f'din is-seduta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #25149 Sitting 342 2011-05-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Golf Courses — Viabilità finanzjarja u ekonomika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24786 u jippubblika kwalunkwe studji li setgħu saru mill-gvern u/jew mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-financial and economic viability tal-golf courses f’pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2004 il-MEPA kienet għamlet studju dwar numru ta’ siti illi kellhom potenzjal għal żvilupp bħala golf courses. Dan l-istudju sar abbażi ta’ kriterji u linji gwida mħejjija fl-“iStructure Plan and Golf Course Development Policy 1997”. F’dak l-istadju l-istudju ma kienx jinvolvi studju dwar il- financial and economic viability tal- golf courses . Tali studju ġeneralment isir wara li tiġi identifikata l-art għall- golf course. Dan peress li l-għażla tal-art infisha taffettwa bil-kbir il-parametri li wieħed irid iħares lejhom meta jkun qed jagħmel financial and economic assessment.
Leg 11 PQ #25199 Sitting 342 2011-05-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impact Assessment fuq Waste Oils Ltd

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24903 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Impact Assessment li kienu għamlu il-Malta University Services Ltd flimkien ma' esperti indipendenti oħrajn dwar il-Waste Oils Ltd xi tmien - għaxar snin ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #25200 Sitting 342 2011-05-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Liġi fuq il-ko-abitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24863 li oriġinajrament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barrnin u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-gvern ħax xi deċiżjoni dwar jekk u meta mistenni jillegisla dwar il-ko-abitazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern se jressaq proposti leġislattivi dwar il-ko-abitazzjoni matul din is-sena.

Triq Dun Karm Psaila — traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jara li t-traffic lights li hemm fi Triq Dun Karm Psaila, Birkirkara jissewwew malajr peress li issa ilhom weqfin għal diversi ġimgħat bil-konsegwenza li ta' sikwit u regolarment qed isir abbuż minn sewwieqa li fis-sigħat bikrin ta' filgħodu jagħmlu sewqan eċċessiv u perikoluż meta jtellqu l-vetturi tagħhom b'distorbju kbir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qed tistenna quotes mill-kuntratturi għal dawn ix-xogħlijiet. L-istess xogħlijiet mistennija jinbdew fil-futur qarib.

Delimara Power Station — tender dwar l-electrostatic precipitators

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24859, jekk, kif irrisponda l-Ministru, “dawn il-boilers diġà kienu compliant mad-dust emissions regulations għal żmien twil”, għalfejn inħareġ it- tender għall- precipitators fl-ewwel lok? Il-Ministru jħoss li hu sew li jinħarġu tenders b’mod frivolu biex wara jiġu kanċellati? Min se jieħu r-responsabbiltà tal-ħafna eluf ta’ Ewro li ntnefqu għalxejn mill- bidders li rrispondew tender meta min ħareġ it- tender kien jaf għal żmien twil li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu stallati dawn il- precipitators ? Min se jieħu r-responsabbiltà li għal darb'oħra Malta wriet nuqqas ta’ serjetà fil-konfront ta’ bidders internazzjonali li b’hekk ikomplu jnaqqsu l-interess baxx li diġà għandhom sabiex jikkonkorru f’suq żgħir li ma tantx joffri possibbiltà ta’ repeat business ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dawn it-tenders kienu meħtieġa biex l-Enemalta tkun konformi kmieni mal-limits futuri tal-EU Directives, u b’hekk tkompli tnaqqas l-emissjonijiet u ttejjeb il-livell tal-ambjent. Madankollu, permezz tal-ħidma kontinwa tagħha biex tiżviluppa u timplimenta sistemi u metodi ġodda li jnaqqsu l-emissjonijiet, li ħallew riżultati pożittivi, l-Enemalta ħasset li m’għandux ikompli l-proċess ta’ tender .
Leg 11 PQ #25091 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — permess għall-ħruq ta' skart kliniku

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-full operating permit maħruġ mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar fejn suppost jinħaraq l-iskart kliniku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-inċineratur tal-Marsa, operat mill-WasteServ, għandu permess jinċinera skart kliniku. Il-permess tal-IPPC (Integrated Pollution Prevention and Control) huwa disponibbli fuq il-website tal-MEPA: www.mepa.org.mt/ippc-applications-installations-incinerator

ħruq ta' animal by product — permess

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess maħruġ mill-Office of the Director General and Chief Veterinary Officer (CVO) tal- Agriculture and Fisheries Regulation Department biex jkunu jistgħu jinħarqu l-animal by products?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninfo,rma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub

inċineratur tal-Marsa — rendikont tal-kampjun

Question

Billi paragrafu 4B tad-direttiva relevanti tal-Unjoni Ewropea li jirregola l-inċineratur tal-Marsa jispeċifika li għandhom jinżammu kampjuni tal-iskart għallinqas xahar wara l-inċinerazzjoni, jista' l-Ministru jagħti rendikont lill-istess Kamra tal-kampjuni tal-aħħar xahar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

inċineratur tal-Marsa — waste aċċettat għall-ħruq

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra dwar x’inhi l-proċedura ta’ kif l-inċineratur tal-Marsa jivverifika x’tip ta’ waste jkun hemm fl-iskips? Jew biex inkun aktar speċifiku qabel jaċċetta l-waste x’informazjoni jitlob u jekk dan isirx skont artiklu 4 paragrafu 3 tad-direttiva relevanti? Jista' f’dan il-każ il-Ministru jgħid ukoll kif jaċċetta l-waste?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sistema fotovoltaika

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk xi ħadd li stalla diġa' sistema fotovoltaika u applika għall-grant jistax fil-ħames snin minn kemm ilu li stalla is- servizzi jigi kkunsidrat favorevolment jekk jagħmel upgradingtas-sistema fotovoltaika tiegħu on grounds of policy?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-iskema ta’ għotjiet fuq sistemi ta’ pannelli fotovoltajċi hi finanzjata mill-fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, permezz tar-Regolament tal-Kunsill Ewropew Numru 1083/2006 maħruġa fil-11 ta’ Lulju 2006. Dan ir-regolament, li ħa post ir-Regolament Numru 1260/1999, fassal il-proviżjonijiet ġenerali dwar kif jitħaddmu l-fondi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni. Skont Artiklu 57 ta' dan ir-regolament, “L-Istat Membru jew l-awtorità ta' ġestjoni għandhom jiżguraw li operazzjoni tibqa' tgawdi l-kontribuzzjoni mill-Fondi biss jekk dik l-operazzjoni, fi żmien ħames snin mid-data tat-tlestija ta' l-operazzjoni ... ma tgħaddix minn modifiki sostanzjali ... li taffettwa n-natura jew il-kondizzjonijiet ta' l-implementazzjoni ....” Għaldaqstant dan ifisser li ma jistax isir upgrading ta’ sistema ta’ pannelli fotovoltajċi fl-ewwel ħames snin mill-installazzjoni tagħha.

Enemalta — rwol ta' erba' persuni partikolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol ta' dawn l-erba' persuni, li isimhom qed jintbagħat separatament, fil-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jgħid kif iddaħħlu jaħdmu mal-korporazzjoni meta ma kien hemm l-ebda sejħa jew applikazzjoni riċentement għal managers u personal assistants minn barra? Jista' jgħid jekk il-paga ta' dawn in-nies hux qed toħroġ mill-Korporazzjoni Enemalta u kemm tammonta l-paga jew remunerazzjoni ta' dawn l-erba' persuni? X'inhu r-rwol tagħhom u x'awtorità għandhom fil-korporazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-persuni msemmija għandhom rwoli ta’: - Division Manager –Strategic Projects - Cost Consultant - Project Manager Consultant - Clerk Xogħolhom hu li jikkowordinaw il-proġett tal-estensjoni ta’ Delimara 144MW u ta’ l-interconnector. L-ewwel persuna ġiet mgħotija dan ir-rwol fuq position of trust . Iż-żewġ konsulenti ġew maħturin bħal esperti fuq direct order . Il- clerk ġiet impjegata fuq call approvata mill-ETC. Dettalji fuq il-kuntratti tagħhom huwa ta’ natura kunfidenzjali u ma tistax tingħata għax inkunu qegħdin niksru d-drittijiet ta’ privazija tal-impjegati tal-Enemalta taħt il-liġijiet applikabbli għad-divulazzjoni u ppublikar ta’ informazzjoni.

Kumpaniji li se jiġu privatizzati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-kumpaniji u/jew entitajiet governattivi li huma mistennija jiġu privatizzati fil-ġejjieni qarib?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej il-proċess għall-privatizzazzjoni tal-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta, filwaqt li se jibda l-proċess ta’ negozjati dwar it-Tank Cleaning Facility ġewwa Ricasoli.

Artijiet għall-kultivazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24735 u jgħid jekk għandux il-ħsieb li jalloka bċejjeċ ta’ art għall-iskopijiet li jiġu kkultivati kif jagħmlu f’pajjiżi oħrajn bħall-Ingilterra permezz ta’ allotments filwaqt li jiġi żgurat li dawn jintużaw għall-iskopijiet oriġinali tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lil Onorevoli Membru li skema bhal din giet introdotta fl-20 t’April bl-isem Midd Idejk fil-Biedja. Din l-inizjattiva hija ntiża biex aktar persuni jitħajru jibdew imiddu jdejhom fil-biedja. L-art, filwaqt li tintuza sabiex jiġu kkultivati xi prodotti tal-ortikultura bħall-frott, ħxejjex u anke fjuri għall-konsum personali, isservi wkoll sabiex tagħti esperjenza fis-settur lill-dawk li jixtiequ jisfruttaw karriera fil-biedja. Għal dan il-għan, ħamest itmiem raba fl-Għammieri nqasmu f’50 parcel żgħir ta’ art biex il-persuni interessati jkunu jistgħu jużaw din l-art biex jikkultivaw prodott agrikolu b’metodu organiku. Dawk li ser japplikaw għal din l-iskema ser ikollhom sapport kontinwu sabiex il-kultivazzjoni tagħhom tkun ta’ suċċess kif ukoll ser ikun offrut lilhom taħriġ neċessarju sabiex isiru aktar midħla tal-kultivazzjoni agrikola b’metodi organiċi. L-applikazzjonijiet jibqghu miftuhin sa nhar il-Hamis 5 ta’ Mejju fuq bażi ta’ first come first served. Ta’ min għid ukoll li dan huwa proġett pilota u jekk ikun suċċess din l-iskema tiġi estiża.

Inċineratur tal-Marsa — health assessment

Question

Billi l-inċineratur tal-Marsa jinsab tliet metri 'l bogħod mill-biċċerija nazzjonali ta’ pajjiżna, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra xi health assessment jew health risk assessment li seta' ġie kkummissjonat mill-Ministeru tiegħu jew conjointly mal-Ministeru tas-Saħħa flimkien ma' xi tip ta' contingency plans li seta' għamel il-Ministeru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li niinforma lill-Onorevoli Interpellant li kien żbaljat meta asserixxa li l-inċineratur tal-Marsa jinsab biss tliet metri 'l bogħod mill-biċċerija, nirreferih għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 29378 tal-Għaxar Leġiżlatura.

inċineratur tal-Marsa — skart li jinħaraq

Question

Fir-rigward tal-inċineratur tal-Marsa, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra dwar x’inhi s-sistema ta’ kif jintgħażel l-iskart biex jinħaraq? X’inhi l-istandard operating procedure ta’ kif jintgħażel il-waste? Kif u fuq liema kriterju tintagħżel il-waste stream, jew l-iskart jinħaraq on a first come first burn basis? Jekk le, fejn jiġi storjat il-waste kliniku?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskart jinħaraq skond il-klassifikazzjoni tiegħu, hekk kif iddikjarat fuq il-consignment note, iżda fi kwantita’ li żżomm it-temperatura stabbli biex l-emissjonijiet ikunu fil-parametri stipulati. L-istandard operating procedure bħalissa hija li 90% tal-iskart ikun mill-biċċerija u private slaughter houses, u 10% ikun skart kliniku, skart mediku u skart ieħor. L-iskart jinħaraq matul l-istess ġurnata li jidħol fil-faċilità jew jinħazen fil-kontenituri mkessha sa ma jkun hemm il-faċilità qed topera b’mod normali.