Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #25679 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Family Friendly measures

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent: a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’ family friendly measures bħal teleworking, sigħat imnaqqsa , parental leave, u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol; b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq; ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri family friendly li xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’kienet ir-raġuni; u d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kappara — Triq Antonio Schembri - traffic management

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi mmedjati flimkien mal-awtoritajiet l-oħra kollha kompetenti dwar il-ħtieġa tal-implimentazzjoni ta' traffic management effettiv li jħares l-interessi tar-residenti ta' Triq Antonio Schembri, Kappara qrib l-iskola Chiswick billi jidher li l-problemi minflok jitranġaw, qegħdin saħansitra jaggravaw ruħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li rigward dan il-każ diġa` kien hemm komunikazzjoni bejn Transport Malta, il-Kumitat Amministrattiv tal-Kappara u l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann. Dwar it-talba għal parkeġġ bil-ħin, waqt laqgħa li saret fid-29 ta’ Ottubru, 2010, fil-preżenza ta’ uffiċċjali tal-pulizija, il-Kumitat rispettiv ġie nfurmat li din it-talba ma setgħetx tigi pproċessata kemm minħabba kawża pendenti fil-qorti dwar din il-materja kif ukoll peress li t-talba ma’ saritx skond it- Terms of Reference stabbiliti. Sadattant, saret talba biex isiru bollards fuq il-bankini tat-triq imsemmija, liema talba ma ntlaqgħetx peress li l-imsemmija bollards irendu l-bankini bħala mhux aċċessibbli. Fil-15 ta’ Marzu 2011, l-Awtorita’ ġibdet l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann għall-fatt li fl-imsemmija triq jeżistu d- double yellow lines u allura din hija kwistjoni ta’ nfurzar li l-Kunsill irid jieħu flimkien mal-uffiċċjali responsabbli (pulizija jew wardens ). Ninsab infurmat ukoll li uffiċjali ta’ Transport Malta se jiltaqgħu mal-Kumitat Amministrattiv fil-ġimgħat li ġejjin.

tniġġiż marittimu — national contingency plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta tlesta n-national contingency plan ta’ pajjiżna dwar it-tniġġiż marittimu? Minn min sar u/jew ġie kordinat? Kemm ilu li nbeda ix-xogħol fuqu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru responsabbli għall-Transport Malta
Leg 11 PQ #25707 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — tniġġis f'Tas-Sliema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet ikkonsultata l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-awtoritajiet tat-trasport kif ukoll xi studju saru dwar il-potenzjal ta’ żieda fit-tniggis tal-area bir-re-routing tat-trasport f’diversi partijiet ta’ Tas-Sliema f’dawn l-aħħar ġranet u dan b’mod partikolari qrib Qui si Sana u s-Savoy flimkien ma' permessi li nħarġu għal block kbir ta’ flats fi Triq Għar id-Dud? Jista' jgħid huwiex jingħata kunsiderazzjoni xierqa ukoll lill-applikazzjoni pendenti li hemm qrib it-Tliet Siġriet minħabba l-iżvilupp propost ta’ Villa Degiorgio? Kemm ittieħdet kunsiderazzjoni tal-local plan guidelines qabel ittieħdu deċiżjonijiet simili? Fil-każ tal-aħħar, kemm se tittieħed kunsiderazzjoni dwar dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li mhux rikjest li l-MEPA tiġi kkonsultata fuq re-routing ta’ traffiku. Dwar il-permessi li nħarġu fi Triq Għar id-Dud, jeħtieġ tintbagħat site plan biex tindika s-sit eżatt jew inkella n-numru tal-applikazzjoni. Rigward Villa Degiorgio l-għan tad-Direttorat tal-Ippjanar kien dejjem li jikkonserva dak li jissejjaħ 'green lung' li huwa magħmul minn ġonna tal-bini madwar id-dar. Għaldaqstant, it-talba għat-twaqqiegħ ta' din id-dar (PA7114/06) kienet ġiet miċħuda mil-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp, kemm fl-ewwel stadju kif ukoll fit-talba għal rikonsiderazzjoni. Fit-talba pendenti (PA1599/08) id-Direttorat żamm l-istess rakkomandazzjoni għax il- policies dwar l- area fil-Pjan Lokali baqgħu l-istess. It-talba ġiet miċħuda fl-ewwel stadju, u qed tiġi rakkomandata ċaħda fit-talba għal rikonsiderazzjoni ukoll. Din it-talba għadha ma ġietx deċiża.

Pjanijiet biex jittaffew il-problemi fit-trasport

Question

Apparti mill-pjanijiet tal-gvern biex itaffi l-problemi tat-trasport permezz tar-riforma fit-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi sustainable transport report? Jekk iva, jista' jiġi ppubblikat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta m’għanda l-ebda sustainable transport report f’dan ir-rigward.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Family Friendly measures

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fil-preżent: a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’ family friendly measures bħal teleworking, sigħat imnaqqsa , parental leave, u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol; b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq; ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri family friendly li xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’ kienet ir-raġuni; u d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Family Friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-preżent: a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’ family friendly measures bħal teleworking, sigħat imnaqqsa , parental leave, u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol; b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq; ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri family friendly li xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’ kienet ir-raġuni; u d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Family Friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent: a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’ family friendly measures bħal teleworking, sigħat imnaqqsa , parental leave, u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol; b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq; ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri family friendly li xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’ kienet ir-raġuni; u d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-family friendly measures huma applikabbli għad-dipartimenti u ħaddiema kollha tal-Gvern skont kif elenkat f'Kapitlu 5 tal-Public Service Management Code. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li jibbenefikaw minn xi waħda mill-miżuri msemmija. Jien infurmat li sa issa kien hemm żewġ każijiet fejn talba għal teleworking ma kinitx milqugħa. Fiż-żewġ każijiet ix-xogħol tal-persuna li għamlet it-talba ma kienx idoneju għal teleworking minħabba n-natura tiegħu. Jien infurmat ukoll li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi m'hemmx faċilita' ta' Childcare Unit.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Family Friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent: a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’ family friendly measures bħal teleworking, sigħat imnaqqsa , parental leave, u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol; b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq; ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri family friendly li xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’ kienet ir-raġuni; u d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li skont il-Paragrafu 5.1.1. tal-Public Service Management Code (P.S.M.C.), il-Family Friendly Measures huma applikabbli għall-impjegati kollha tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta u għaldaqstant m’hemm l-ebda dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità li ma joffrix xi tip ta’ family friendly measure. Hemm 867 ħaddiem li qed jibbenefikaw minn xi forma ta’ family friendly measure fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità. Dawn huma mqassmin kif ġej: Maternity Leave 73 Adoption Leave 2 Responsability Leave 10 Parental Leave 73 Career Break 57 Leave to accompany spouse on Govt Assignments abroad 3 Reduced Hours 582 Teleworking 67 Flexibility hours 0 Kien hemm talbiet għal miżuri family friendly li ma ntlaqgħux, u dan għal diversi raġunijiet. Fejn il-post tax-xogħol tal-impjegat li jkun qed jagħmel it-talba għat-Telework ikun ta’ Receptionist jew front office u għaldaqstant ma jkunx possibli li jagħmel dan ix-xogħol mid-dar (Paragrafu 5.4.2.3 tal-P.S.M.C.), jew per eżempju fejn ikun hemm talba għal siegħat imnaqqsa bl-intenzjoni li l-impjegat ikun jista’ jagħmel xogħol ieħor privat fuq bażi part time. Ġieli kien hemm ukoll talbiet minn impjegati għal ħinijiet flessibli li ma jkunux jistgħu jiġu approvati eżatt kif mitlub, minħabba l-ħinijiet tax-xogħol tas-sezzjoni/post li jkunu jaħdmu fihom. L-Isptar Mater Dei huwa l’unika entità li għandu faċilità ta’ Childcare Unit. L-ammont ta’ ħaddiema li bħalissa qed jibbenifikaw minn din il-facilità huwa ta’ sittin (60).

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Family Friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent: a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’ family friendly measures bħal teleworking, sigħat imnaqqsa , parental leave, u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol; b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq; ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri family friendly li xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’ kienet ir-raġuni; u d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija 10800 niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri huma mifruxa mad-dipartiment u dikasteri kollha li jaqgħu taħt dan il-Ministeru abbażi tal-politika imħaddna mill-Gvern favur il-familja. Inżid ukoll li ddaħħlet il-miżura ta’ flessibilità fil-ħinijiet tax-xogħol bl-għan ewlieni li tinħoloq ‘win-win situation’ bejn l-esigenzi tas-servizz u l-ħtiġijiet tal-ħaddiema. Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema li qed igawdu minn dawn il-miżuri huwa kif ġej: Teleworking Siegħat Imnaqqsa Parental Leave Ministeru u Dipartimenti 77 44 4 Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi - 2 - WasteServ Malta Limited 1 2 - Il-policy addottat hija li jsir dak kollu possibbli biex jintlaqgħu dawn it-talbiet u d-drabi li ma intlaqgħux immedjatament kienu it-tnejn jirrigwardaw teleworking fejn in-natura tax-xogħol ma kinietx tippermetti. Għad m’hemmx provizzjoni għal Child Care Centers peress li f’dan il-Ministeru m’hemmx ħtieġa qawwija biżżejjed u konsistenti li mod indipendenti jiftaħ ċentru bħal dan.
Leg 11 PQ #25677 Sitting 350 2011-05-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Family Friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent: a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’ family friendly measures bħal teleworking, sigħat imnaqqsa , parental leave, u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol; b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimentili jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq; ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri family friendly li xi dipartimentili jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’kienet ir-raġuni; u d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s'issa fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru m'hemmx il-faċilità ta' Childcare Unit. Għar-rigward domanda ċ, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23650, filwaqt li l-informazzjoni mitluba għall-partijiet l-oħra tad-domanda, hija kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:-

Dipartiment tal-VAT — irregolaritajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24861 u ċioe: Minħabba li għadda ż-żmien mindu l-każ l-aħħar tqajjem fil-Parlament, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta mistenni jiġi ppubblikat ir-rapport dwar l-irregolaritajiet li seħħew fil-VAT Department? Jista' jsir dan proprju f'din is-seduta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 18295.
Leg 11 PQ #25590 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — modi ta' ippakkjar ta' materjal

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tikkunsidrax li mingħajr ma ddgħajjef fl-ebda mod ir-regoli eżistenti dwar waste packaging tikkunsidra li tibda teżenta dawk il-produtturi ż-żgħar li jikkunsmaw tunnellata jew anqas fis-sena ta' materjal tal-ippakkjar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li s-suġġeriment li qiegħed jagħmel diġa qiegħed jiġi studjat fid-dettall mill-Gvern permezz tal-MEPA. Hemm bżonn li tinġabar iżjed data fuq l-produtturi eżistenti qabel tkun tista tittieħed deċiżjoni.
Leg 11 PQ #25591 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — waste packaging

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar waslulhiex xi rapporti li hemm waste packaging company li qed tagħmel pressjoni fuq produtturi żgħar li biex jirreġistraw f'waħda mill-iskemi tal-waste packaging iridu ta' bilfors jidħlu membri f'union partikulari biex ikunu jistgħu jipparteċipaw f'din l-iskema partikulari tal-waste packaging meta suppost iż-żewġ entitajiet huma separati minn xulxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li r- records tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar juri li qatt ma rċeviet rapport formali kif deskritt fil-mistoqsija. Infurmat li dan l-ilment ġieli wasal verbalment għand l- Compliance Inspectors tal-MEPA meta dawn iżuru ħwienet biex jispjegawlhom l-obbligi tal-liġi. Il-MEPA dejjem tispjega li ħadd ma jista jkun imponut fuqu liema skema jidħol fiha Id-deċizjoni hi assolutament f'idejn il-persuna li ddaħħal l- packaging waste fuq is-suq Malti. Bħalissa hawn żewġ skemi liċenzjati li l-kumpaniji jistgħu jgħażlu li jissieħbu magħhom.
Leg 11 PQ #25622 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marine Park

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, f’xi stadju jew ieħor, qattx kien hemm taħt kunsiderazzjoni xi proġett dwar marine park li jinvolvi fost oħrajn l-Italja, Malta u t-Tuneżija u li kellu jkun European Union Funded?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Imsida — Triq il-Wied - ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi dwar l-għadd kbir ta' ġrieden ħajjin u mejtin li residenti u sidien tal-ħwienet fi Triq il-Wied fil-parti fejn tibda l-Imsida regolament jilmentaw dwarhom, speċjalment meta jkun hemm għargħar b'riżultat ta' fawrien tad-drenaġġ wara maltempati kbar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li t-Taqsima tal-Pest Control Unit fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali minn Jannar 2011 s’issa, irċeviet tlett ilmenti rigward infestazzjoni ta’ ġrieden fl-inħawi indikati u speċjalment fiż-żona fejn hemm mal-ġibjun. Trattamenti għal kontra l-ġrieden saru fl-4 ta’ Jannar, 3 ta’ Frar u fit-8 ta’ Marzu kif ukoll fid-29 t’April, 2011. Saret ukoll spezzjoni minn uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali fit-2 ta’ Mejju, u waqt l-istess spezzjoni ma ġew innotati l-ebda akkumulu ta’ żibel u lanqas żbroff tad-drenaġġ. Bħala prekawzjoni gie wkoll repetut trattament għal kontra l-ġrieden fit-2 ta’ Mejju, 2011. Tali żona ser tibqa tiġi sorveljata u ser isiru trattamenti kif ikun hemm il-bżonn.

Kummissjoni Ewropea in National Renewable Energy Action Plan

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma meta ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea, in-National Renewable Energy Action Plan ta' pajjiżna li ġie sottomess mill-gvern Malti f'Lulju tas-sena li għaddiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Ewropea m’għandiex proċess formali biex tapprova n-National Renewable Energy Action Plans tal-pajjiżi membri. Din tagħmel biss evalwazzjoni fuq l-informazzjoni u l-kredibbiltà tal-pjan.
Leg 11 PQ #25671 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Family Friendly measures

Question

Jista' l-Prim Ministru u jgħid fil-preżent: a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’ family friendly measures bħal teleworking, sigħat imnaqqsa , parental leave, u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol; b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq; ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri family friendly li xi dipartimentili jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’kienet ir-raġuni; u d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għar-rigward mistoqsija A, d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’ family friendly measures. Fir-rigward tal-mistoqsijiet B u Ċ, nixtieq nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Tabelli A u B mehmuża ma din it-tweġiba. Fir-rigward ta’ mistoqsija D, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemmx faċilita’ ta’ Child Care Unit fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. *Aktar informazzjoni: Vide PL 7359 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 359, nhar it-Tnejn 6 ta' Ġunju 2011
Leg 11 PQ #24438 Sitting 348 2011-05-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — national Emission Ceilings

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar meta aktar kmieni din is-sena ġiet mgħarrfa mill-Korporazzjoni Enemalta li fis-sena 2010 kienet eċċediet in-National Emission Ceilings, u dan bi ksur tal-Integrated Pollution, Prevetion Control permits għaż-żewġ power stations?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li hekk kif il-MEPA ġiet infurmata li l-Enemalta qabżet is-ceilings għad-dijossidu tal-kubrit u l-ossidi tal-ażotu kif stipulat fil-permess tal-IPPC, il-MEPA talbet lill-Enemalta għall-spjegazzjoni iddettaljata dwar id-diskrepanza bejn dak li ġie stmat li kellhom ikunu l-emissjonijiet ta' dawn is-sustanzi sal-aħħar tal-2010 u l-emissjonijiet kif fil-fatt kienu. Twaqqaf working group flimkien mal Enemalta sabiex tiġi analizzata id-data kollha u bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet; ser isir audit tad-data li ġiet sottomessa, u jiġu rreveduti il-proċessi illi bihom ser isiru ir-rapporti tal emisjonijiet għal 2011. Fil-frattemp id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Ambjent ressaq quddiem il-bord tal-MEPA alternattivi differenti għal kif għandha tiġi ikkalkulata il-multa li eventwalment jista’ jeħel l-operatur fuq din il-kwistjoni. Qabel ma tittieħed deċiżjoni f'dan ir-rigward l-operatur ser jippreżenta lill-bord tal-MEPA ir-raġunijiet wara dawn l-exceedances.
Leg 11 PQ #24786 Sitting 348 2011-05-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

golf courses — financial and economic viability

Question

Jista' l-Prim Ministru jippubblika kwalunkwe studji li setgħu saru mill-gvern u/jew mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-financial and economic viability tal-golf courses f’pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 25149.