Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' VAT inspectors sena b'sena mis-sena 2006 sal-lum? Kemm minnhom tneħħew jew tkeċċew minħabba l-iskandlu tal-frodi fid-Dipartiment tal-VAT?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-għadd ta’ VAT Inspectors sena b'sena mis-sena 2006 sal-lum kien kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kien hemm żewġ spetturi li tkeċċew minħabba l-iskandlu tal-VAT filwaqt li spettur ieħor tinsab sospiża peress li l-proċeduri legali fil-Qorti għadhom pendenti.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25213 u jgħid kemm hemm nies fuq id-Direct Action Team bħalissa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s'issa żdiedu għal tnejn it-Teams li xogħolhom hu esklussivament it-teħid ta' azzjonijiet diretti. Dawn fihom b'kollox Senior Enforcement Officer u 2 Enforcement Officers assenjati full-time, u Senior Enforcement Officer li ġie assenjat fuq dan ix-xogħol, imma li s'issa għadu qiegħed ikopri ukoll xi xogħol ieħor li kellu qabel dan l-inkarigu. Uffiċjali oħrajn jiġu assenjati biex jassistu kull meta jkun hemm operazzjoni ta' direct action għaddejja.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25212, jista' l-Ministru jgħid:
a) jekk il-kumpanija li qalet li se tinvesti €434 miljun fi proġett dwar l-
ethanol
tefgħetx applikazzjoni jew le mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar dan il-proġett;
b) jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tafx huwiex qed isir Environment Impact Assessment dwar dan il-proġett mill-promoturi?
Jekk fl-affermattiv, meta saret l-applikazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s'issa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mhix infurmata dwar ebda valutazzjoni dwar l-impatt ambjentali (environmental impact assessment ) kif imsemmi mill-Onorevoli interpellant. L-Awtorita ta' Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni dwar dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li ħejjew il-KPMG in konnessjoni mal-bord ta' inkjesta dwar l-operat tad-Dipartiment tal-VAT wara l-iskandlu ta' frodi li kien hemm, inkluż ir-rakkmandazzjonijiet tagħhom għat-tisħiħ legali permezz tal-emendi proposti minnhom fil-liġi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan ir-rapport huwa sensittiv għall-operat tad-Dipartiment tal-VAT, minħabba d-dettal ta’ informazzjoni,
flow charts
u aspetti oħra li jidħol fihom u li jekk jiġu f’idejn persuni b’għanijiet ulterjuri, dan jista’ ikun ta’ detriment għall-istess Dipartiment.
Madankollu, il-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport huma riflessi fil-konklużjonijiet tar-rapport “Systems Audit of the VAT Department - Report by Board of Inquiry and Reaction by Commissioner of VAT” li ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fid-9 ta’ Mejju, 2011.
Jista' l-Ministru jgħid liema data jġibu l-kummenti tad-Dipartiment tal-VAT b'reazzjoni għar-rapport tal-bord tal-inkjesta dwar il-frodi fid-Dipartiment tal-VAT li kien ilu li lesta xogħlu sa mill-1 ta' Frar 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kummenti tad-Dipartiment tal-VAT b’reazzjoni għar-rapport tal-bord tal-inkjesta jġibu d-data ta’ Lulju 2010.
Dipartiment tal-VAT — direttur ġenerali - inkjesta
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Direttur Ġenerali nnifsu li jmexxi d-Dipartiment tal-VAT ġiex intervistat mill-bord tal-inkjesta dwar il-każ ta' frodi fid-Dipartiment li huwa jmexxi? Jekk iva, meta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord iltaqa’ mad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-VAT nhar id-9 ta’ Novembru, 2009. Wara din il-laqgħa, il-bord għamel xi punti li ħarġu mid-diskussjoni u bagħathom lid-Direttur Ġenerali għall-kummenti tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-KPMG Forensic Advisory Team li għenu lill-bord ta' inkjesta dwar l-iskandlu ta' frodi fid-Dipartiment tal-VAT?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Billi hemm rapporti li skema partikolari ta' waste management – ġbir u proċessar tal-iskart – hija financially insolvent u fl-istess ħin huwa mifhum li hemm madwar €1.2 miljun pendenti fi ħlasijiet lil għadd ta’ waste collectors, jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li wasluli li l-WasteServ hija waħda mill-kredituri ewlenin? Jekk iva, billi l-WasteServ tiddependi kważi għal kollox fuq fondi pubbliċi bħala sovvenzjonijiet, jista' jgħid kemm għandha tieħu f’din il-kwestjoni partikolari?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellnat illi l-WasteServ għaddejja b’diskussjonijiet ma’ l-iskemi li qed jimmanigjaw packaging waste. Rigward is-servizz li qed jingħata mill-Material Recovery Facility fl-impjant ta’ Sant’ Antnin, il-WasteServ tiddikjara illi mhux qed tikkonsidra li tuza fondi pubbliċi mis-sovvenzjonijiet iżda fondi ġġenerati mill-bejgħ ta’ skart li qabel kien jintrema fil-landfill. Qed naħdmu biex jiġi stabbilit il-mekkanizmu li permezz tiegħu jsiru set offs għal ħlasijiet li jistgħu ikunu dovuti bejn il-partijiet konċernati.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk Malta għadhiex beħsiebha torganizza l-Laqgħa tal-Kapijiet ta’ Stat 5+5 f’Ġunju li ġej? L-istati membri kollha aċċettaw li jieħdu sehem? Minħabba t-turbulenza politika li tinstab għaddejja fir-reġjun tal-Mediterran bħalissa, ġiet riżolta l-parteċipazzjoni tal-istati membri ta’ dan il-grupp? Hemm xi pajjiżi li qed jinsistu dwar min għandu jirrappreżenta lil min f’din il-laqgħa sakemm ma ġietx posposta?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta għandha ħsieb li torganiżża l-laqgħa ta' kapijiet ta' stat tal- 5 + 5. Però, l-laqgħa trid tiġi preċeduta minn laqgħa Ministerjali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin mill-Presidenza Taljana. Peress li minbarra s-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Afrika, din il-laqgħa ġiet posposta darbtejn, il-laqgħa ta' Malta se tiġi posposta sakemm issir il-laqgħa Ministerjali fuq imsemmija.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25199 u 24903 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Impact Assessment li kienu għamlu l-Malta University Services Ltd flimkien ma' esperti indipendenti oħrajn dwar il-Waste Oils Ltd xi tmien - għaxar snin ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li wara li saru r-riċerki meħtieġa, ma nstab l-ebda dokument li jaqbel mad-dettalji li pprovda l-Onorevoli Interpellant, iżda jirriżulta li kien tħejja Environmental Planning Statement fis-sena 1993. Qed inpoġġi kopja ta' dan fuq il-mejda tal-Kamra.
Birkirkara — Triq Mons. A. Mifsud - carwash illegali
Question
Kif jista' l-Ministru jispjega l-fatt li minkejja d-diversi rapporti li saru lill-pulizija kif ukoll minkejja li mhix topera bil-permessi meħtieġa, l-car wash illegali li hemm fi Triq Mons. A. Mifsud, Birkirkara baqgħet titħalla topera f’dawn l-aħħar tliet snin b’inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi mit-8.00 a.m. sa 8.00 p.m.?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn spezzjonijiet regolari li tagħmel il-Pulizija ma jirriżultax li l-car wash li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membri qiegħdha topera. Infurmat ukoll illi l-Pulizija kienet ħadet passi quddiem il-Qorti kontra l-operatur ta' din l-istess car wash, u b'sentenza tat-22 ta' Frar 2011 huwa nstab ħati u ġie kkundannat multa ta' elf u mitejn Euro (€1,200) u ħames (5) xhur priġunerija sospiżi għal sentejn (2).
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ippermettiet il-car wash li qed topera illegalment b’inkonvenjent kbir għar-residenti fl-inħawi ta’ Triq Mons. A Mifsud, Birkirkara tkompli topera minkejja għadd ta' enforcement notices ec/00508/09 u proċeduri bil-qorti li ġew għal kollox injorati mill-operaturi konċernati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi l-garaxx suġġett għal ECF 508/09 ittieħdet azzjoni diretta darbtejn fuqu mill-MEPA, u wara peress li x-xoghol baqa' għaddej, anke nfetħu proċeduri fil-Qorti fuq talba tal-MEPA, li nqatgħu kontra l-operatur tal-garaxx. Wara s-sentenza tal-Qorti, saru diversi spezzjonijiet minn Uffiċċjali tal-Infurzar imma l-garaxx dejjem instab magħluq u l-ebda attivita konnessa ma' ħasil ta' vetturi ma ġie qatt innotat f'dawn l-ispezzjonijiet. Dawn id-diversi viżiti saru dejjem għall-għarrieda kemm waqt u kemm wara l-ħinijiet normali tax-xogħol. Is-sit imsemmi u sit ieħor fil-viċin fejn allegatament ġieli sar xi ħasil ta' karozzi, ser jibqgħu jiġu sorveljati u jekk ikun hemm provi ta' ksur tal-Liġi, tittieħed azzjoni immedjata. L-Awtorita tfakkar ukoll illi toffri servizz t'emerġenza t'infurzar fuq numri reklamati u meta jidħlu rapporti mill-pubbliku isiru l-ispezzjonijiet neċessarji anke wara l-ħinijiet tal-uffiċċju.
MEPA — Enforcement orders kontra dipartimenti tal-Gvern
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25215, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet enforcement orders kontra dipartimenti tal-Gvern u aġenziji pubbliċi mill-2007 sal-lum? Jista' jqiegħed lista tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Billi ħafna pajjizi qegħdin janalizzaw kif jinkwadra pajjiżhom f’kuntest Ewropew dwar transport and energy intensiveness marbut ma' dan is-settur, jista' l-Ministru jgħid kemm qed nikkunsmaw transport fuel per unit of GDP u kif jipparaguna dan mal-medja tal-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2010 sal-lum x’inhi l-medja tal-average new car CO2 emissions tal-karrozzi li daħlu fis-suq u kif jipparaguna dan mal-medja tal-Unjoni Ewropea? Dan ovvjament għandu jinkludi karrozzi impurtati second hand minn barra l-pajjiz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rapport li toħroġ l-Unjoni Ewropeja f’dan ir-rigward għas-sena 2010 għadu ma' ġiex ippublikat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi pjan ħolistiku dwar mobility management plans fil-kuntest ta' trasport sostenibbli fil-gżejjer Maltin u Għawdxin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pjan ta' Struttura għall-Gżejjer Maltin jipprovdi l-linji gwida u il-politika tas-sistemi ta' trasport u użu tal-art għall-iżvilupp sostenibbli fil-gżejjer Maltin.
Għalkemm il-Gvern m'għandux pjan nazzjonali ħolistiku għall-immaniġġjar tas-sistemi ta' mobiltà, il-prinċipji ta' mobiltà sostenibbli jiffurmaw il-bażi ta' ħafna mill-politika tal-Gvern fir-rigward ta' a) setturi tat-trasport eżempju riforma fis-settur skedat għat-trasport pubbliku,
coaches, minibuses, water taxis
u
taxis
, b) żvilupp tal-infrastruttura per eżempju
Trans-European Transport Network (TEN-T)
u ċ) Strateġiji għal pjani lokali għat-trasport li ġew żviluppati sabiex jindirizzaw problemi ta’ aċċessibiltà f’żoni ta’ konġestjoni tat-traffiku bħal fil-Belt Valletta u l-Furjana.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra u jew għandux public procurement conditions li permezz tagħhom jagħti prijorita' b’mod ċar ix- xiri ta’ karozzi mill-aktar fuel efficient minn entitajiet governattivi, parastatali kif ukoll dipartimenti tal-Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirrefer l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25093 u ċioe: Billi paragrafu 4B tad-direttiva relevanti tal-Unjoni Ewropea li jirregola l-inċineratur tal-Marsa jispeċifika li għandhom jinżammu kampjuni tal-iskart għallinqas xahar wara l-inċinerazzjoni, jista' l-Ministru jagħti rendikont lill-istess Kamra tal-kampjuni tal-aħħar xahar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress li għal iktar minn xahar ilu ma jidħol għal ħruq skart perikoluż bħal solventi u sludges, preżentement ma hemmx miżmuma kampjuni ta’ dan it-tip fil-laboratorju skont kif mitlub mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea.
L-iskart li qed jinħaraq preżentement primarjament huwa skart tal-biċċerija u skart ta’ l-isptarijiet li huma eżentati mill-klawzola msemija hawn fuq. Skart ieħor li qed jinħaraq huwa ta’ medicini skaduti.
Peress li l-liġi f’ Att III tal-2003 Kap. 458 teżiġi li l-mediċinali fis-suq ikunu reġistrati, il-kompożizzjoni kimika ta’ dawn il-mediċinali skaduti hija reġistrata u magħrufa. Għaldaqstant il-prattika hija li jinżammu l-listi tat-tipi differenti ta’ medicini li jiddaħħlu għall-ħruq u m’ hemmx ħtieġa li jinżammu kampjuni
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25094 u jgħarraf lill-Kamra dwar x’inhi l-proċedura ta’ kif l-inċineratur tal-Marsa jivverifika x’tip ta’ waste jkun hemm fl-iskips? Jew biex inkun aktar speċifiku qabel jaċċetta l-waste, x’informazjoni jitlob u jekk dan isirx skont artiklu 4 paragrafu 3 tad-direttiva relevanti? Jista' f’dan il-każ il-Ministru jgħid ukoll kif jaċċetta l-waste?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskart jiġi aċċettat skont ir-regoli ta’ l-IPPC maħrug mill-MEPA (klawsola 2.5.2 ta’ l-IPPC Permit).
Dan ifisser li qabel ma jiġi aċċettat l-iskart perikoluż, jintalbu l-analiżi kimici u fiżiċi (
chemical
and physical parameters
) tal-prodott. Skont il-ħtieġa jintalbu wkoll Material Safety Data Sheet sabiex jiġu konfermati ċerti parametri jew karatteristiċi tal-prodott li drabi ma jistgħux jiġu mkejla permezz ta' analiżi ġo laboratorju.
F’każ ta’ skart mediċinali skaduti, jintalbu l-listi tal-medicini kif ukoll dikjarazzjoni minn spiżjar liċenzjat li l-iskart ma jinkludix skart cytotoxic jew cytostatic.
L-impjant hu attrezzat ukoll b’laboratorju sabiex jiġu konfermati ċerti parametri ta’ l-iskart li huma importanti. Xi drabi kampjuni ta’ l-iskart jintbagħtu fl-laboratorji barra minn Malta sabiex ikunu analizzati qabel ma jiġi aċċettat l-iskart fil-facilita’.
Meta l-iskart jidħol, l-istaff kwalifikat ivverifika li dak li jintbagħat biex ikun żgurat li jaqbel mal-lista sottomessa minn qabel, u li l-iskart gie akkumpanjat mill-permessi tal-MEPA. Ikun aċċertat wkoll li l-iskart ġie ppakjat kif suppost biex niggarantixxu sigurta tal-ħaddiema.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Family Friendly measures
Question
Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent:
a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’
family friendly measures
bħal
teleworking,
sigħat imnaqqsa
, parental leave,
u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol;
b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq;
ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri
family friendly
li xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’kienet ir-raġuni; u
d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.