Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-VAT — mail room concept amalgamation

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-mail room concept amalgamation fid-Dipartiment tal-VAT saritx kif rakkmandat fir-rapport tal-KPMG? Jekk iva, meta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapport li jelenka r-reazzjonijiet tad-Dipartiment tal-VAT għar-rapport tal-Bord paġna 4 punt 11, li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju, 2011.

VAT de-registrations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru VAT de-registrations sena b'sena, mis-sena 2006 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

VAT Gap Figure

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-VAT Gap Figure bħalissa u x'kienet sena b'sena mis-sena 2006 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li internazzjonalment mhemmx qbil fuq il-metodu kif jinħadem il-VAT Gap. Dan jista’ jinħadem jew billi jittieħed it-‘top down approach’ jew il-‘bottom up approach’. Hemm nuqqas ta’ qbil ukoll rigward l-‘assumptions’ li jridu jittieħdu in konsiderazzjoni. Din mhix problema ta’ Malta biss imma wkoll ta’ ħafna mill-istati membri. Fil-fatt il-Kummissjoni, fl-2008 ikkummissjonat ditta professjonali, Reckon LP, sabiex tikkomputa l-VAT Gap ta’ l-istati membri kollha bejn l-2002 u l-2006. Dan ix-xogħol kien tlesta u ġie ippubblikat rapport fl-21 ta’ Settembru 2009 li minnu qed nehmeż paġna 9. Il-Kummissjoni qegħda fil-proċess li terġa twettaq dan l-ezerċizzju għas-snin mill-2007 ‘l quddiem.

Dipartiment tal-VAT — job descriptions

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk wara r-rakkmandazzjonijiet tal-bord tal-inkjesta dwar l-operat tal-VAT, fid-dawl tal-iskandlu dwar frodi, sarux il-job descriptions kif rakkmandat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif ġie rakkmandat mill-bord il-job descriptions ġew updated.

Dipartiment tal-VAT — riforma fil-Customer Care Department

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx u fil-każ meta saret ir-riforma fil-Customer Care Department fid-Dipartiment tal-VAT kif rakkamndat mill-bord ta' inkjesta dwar l-operat tal-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-punt 5 f’paġna 4 tar-rapport “Systems Audit of the VAT Department - Report by Board of Inquiry and Reaction by Commissioner of VAT” li ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fid-9 ta’ Mejju, 2011.

Dipartiment tal-VAT — inkjesta dwar l-iskandlu tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'seħħ minn meta d-Dipartiment tal-VAT beda jattwa r-rakkmandazzjoni tal-bord ta' inkjesta dwar l-iskandlu tal-VAT biex jibda jinvolvi l-assistant heads fil-management meetings tal-istess Dipartiment tal-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-punt 2, fl-ewwel paġna tar-rapport “Systems Audit of the VAT Department - Report by Board of Inquiry and Reaction by Commissioner of VAT” li ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fid-9 ta’ Mejju, 2011.

Dipartiment tal-VAT — Risk Management Directorate

Question

Jista' l-Ministru jgħid ir-Risk Management Directorate fid-Dipartiment tal-VAT twaqqafx kif rakkmandat fl-1 ta' Frar 2010 mill-bord ta' inkjesta dwar l-iskandlu ta' frodi fid-Dipartiment tal-VAT? Jekk iva, meta twaqqaf dan?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-punt 9 f’paġna 4 tar-rapport “Systems Audit of the VAT Department - Report by Board of Inquiry and Reaction by Commissioner of VAT” li ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fid-9 ta’ Mejju, 2011.

Dipartiment tal-VAT — management responsabilities

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-management responsabilities fit-tmexxija tad-Dipartiment tal-VAT ġewx definiti kif rakkmandat fir-rapport tal-bord tal-inkjesta dwar l-operat tad-Dipartiment tal-VAT? Jekk iva, meta sar dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-management responsibilities fit-tmexxija tad-Dipartiment tal-VAT kienu u għadhom definiti fil-performance agreement, fil-performance plan u fil-performance reviews tad-Direttur Ġenerali, id-Diretturi u l-Assistenti Diretturi kollha. Dawn il- performance agreements, Plans u Reviews ilhom isiru snin twal mindu ġew stabbiliti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Anzi huma parti mir-rekwiżiti ta’ kull pożizzjoni fl-istrutturi tat- top management tas-Servizz Pubbliku.

Dipartiment tal-VAT — spetturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li kuntrarju għall-prassi tal-imgħoddi, id-Dipartiment tal-VAT għażel li jingaġġa spetturi ġodda tal-VAT mingħajr ma jiżgura li dawn ikunu ħadu taħriġ professjonali kif għamlu ta' qabilhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport li jelinka l-kummenti tad-Dipartiment dwar is-Systems Audit li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju, paġna 4, punt 6.

Dipartiment tal-VAT — użu tas-servizz tal-intranet, manuals u proċeduri stabbiliti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli fid-Dipartiment tal-VAT biex jiżgura li l-istaff kollu konċernat kellu jkun familjari mal-eżistenza ta' manuals, proċeduri stabbiliti, kif ukoll l-eżistenza u l-użu tas-servizz tal-intranet, liema nuqqasijiet kollha ġew elenkati fir-rapport tal-bord tal-inkjesta dwar l-operat tad-Dipartiment tal-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hija r-responsabbiltà ta’ kull head of section jew line manager li jara li l-ħaddiema li jaqgħu taħtu jkunu familjari mal-manwali u proċeduri li huma relevanti għas-sezzjoni tiegħu. Barra minn hekk, id-Dipartiment ħareġ ċirkolari u anke information pack għall-impjegati ġodda. Dan jinkludi wkoll referenzi għal links f’siti ta’ l-internet tal-gvern u l-intranet tad-Dipartiment.

Dipartiment tal-VAT — VAT inspectors imkeċċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' VAT inspectors sena b'sena mis-sena 2006 sal-lum? Kemm minnhom tneħħew jew tkeċċew minħabba l-iskandlu tal-frodi fid-Dipartiment tal-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-għadd ta’ VAT Inspectors sena b'sena mis-sena 2006 sal-lum kien kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kien hemm żewġ spetturi li tkeċċew minħabba l-iskandlu tal-VAT filwaqt li spettur ieħor tinsab sospiża peress li l-proċeduri legali fil-Qorti għadhom pendenti.