Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #26128 Sitting 366 2011-06-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

investigazzjonijiet mill-OLAF

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilha Malta membru tal-Unjoni Ewropea kienx hemm xi investigazzjonijiet dwar ċerti setturi ta’ pajjiżna li ġew triggered mill-OLAF – The European Anti Fraud Office tal-Unjoni Ewropea? Min huwa l-OLAF liaison official tal-Gvern Malti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

“L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frondi (OLAF), ta’ kull sena jippublika ‘Activity Report’, fejn jiġi indikat in-numru ta’ każijiet miftuħa f’oqsma differenti f’kull Stat Membru. Kemm ilha Malta Stat Membru tal-Unjoni Ewropea inħarġu sitt rapporti: - Skont il-Ħames Rapport li jkopri s-sena li talaq f’Ġunju 2004, kien hemm każ wieħed relata mal-qasam tal-agrikoltura; - Skont is-Sitt Rapport li jkopri l-perijodu 1 ta’ Lulju 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2005, kien hemm żewġ każi miftuħa: wieħed fis-settur tal-agrikoltura u l-ieħor fis-settur tan-nefqa diretta; - Skont is-Seba Rapport li jkopri s-sena 2006, kien hemm każ wieħed miftuħ fil-qasam tan-nefqa diretta – dan l-istess każ rapportat fir-Rapport preċedenti; - Skont it-Tmin Rapport Annwali li jkopri s-sena 2007, ma kien hemm l-ebda każ miftuħ; - Skont id-Disa Rapport Annwali li jkopri s-sena 2008, kien hemm każ wieħed miftuħ klassifikat bħala investigazzjoni interna; - Skont l-Għaxar Rapport Annwali li jkopri s-sena 2009, kien hemm każ wiehed miftuħ relatat mas-settur tas-sigaretti. Għaldaqstant fil-perijodu rapportat, kien hemm total ta’ ħames każijiet. Ir-Rapport li jkopri s-sena 2010 mistenni joħroġ għal ħabta ta’ Lulju 2011. L-uffiċjal ta’ kuntatt tal-Gvern Malti għal-OLAF hija s-Sinjura Rita Schembri (Direttur Ġenerali Awditjar Intern u Investigazzjonijiet) bħala l-Kap tas-Servizz ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frondi (AFCOS) ta' Malta.”

Dipartiment tal-VAT, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni u r-revenue generating arms — għaqda fl-operat tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jingħaqdu fl-operat tagħhom id-Dipartiment tal-VAT, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni u r-revenue generating arms oħrajn tal-Ministeru tal-Finanzi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-ġranet li ġejjin se jitressaq abbozz ta’ Liġi fil-Parlament bl-iskop li jinbeda l-proċess sabiex it-tliet dipartimenti jiġu ntegrati amministrattivament f’entità waħda.

recycling performance ta' pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jippubblika figuri li juri r-recycling performance ta' pajjiżna minn kemm ilna membri tal-Unjoni Ewropea sena b’sena u jekk id-data neċessarja tal-waste streams tagħna dejjem kenitx available fil-ħin lill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid jekk Malta jew qattx talbet u/jew ingħatat xi perijodu tranżitorju biex tilħaq dawn ir-recycling targets? Jista' jagħmel dan b’mod komparattiv mal-istati membri ġodda li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-istess żmien tagħna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbiltà nazzjonali għaż-żamma ta’ data dwar riċiklaġġ u l-ilħuq ta’ targets tal-Unjoni Ewropea hija tal-MEPA. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #26170 Sitting 366 2011-06-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq San Ġiljan, u San Ġwann — Brared Head Quaters - permessi meħtieġa

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li minkejja li l-fond magħruf bħala Brared Head Quaters fi Triq San Ġiljan, San Ġwann huwa meqjus bħala bini storiku, inħarġu l-permessi meħtieġa biex dan jitwaqqa' għall-iżvilupp? Jista' jagħti d-dettalji kollha dwar dan il-każ u l-kriterji li fuqhom inħareġ il-permess, jekk inħareġ? Tista' tingħata konsiderazzjoni tal-Ven. Soċjetà Dun Filippu Borgia Birkirkara biex tittieħed azzjoni konkreta biex jieqaf it-twaqqiegħ ta' dan il-fond b'mod immedjat u jiġi protett minn kwalunkwe żvilupp ulterjuri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li r-Razzett ta' Xindi serva bħala l-kwartieri ġenerali ta' Vincenzo Borg magħruf bħala Brared li kien il-kmandant tal-militia fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi. Dan il-bini ilu skedat bħala ta' Grad 1 skont in-notifika tal-Gvern 618 pubblikata nhar l-20 ta' Settembru 1994. Fuq dan il-bini inħarġu żewġ permessi bin-numri PA 3476/04 (Outline Application) u PA 1505/07 (Full Development Application) għal riabilitazzjoni tal-bini storiku u estensjoni. L-Oultine kien approvat fis-26 ta' Jannar 2007 wara diversi talbiet għall-informazzjoni inkluż Restoration Method Statement (RMS). Fis-6 ta' Marzu 2007 ġie sottomess il-Full Development Application fuq is-sit li talbet ukoll għal Riabilitazzjoni tal-bini storiku u estensjoni skond il-permess outline PA 3476/04. Il-perit intalab jibgħat pjanti li jirrispettaw l-RMS approvat u wara li ingħataw, il-permess inħareġ is-6 ta' Ottubru 2009 b'diversi kundizzjonijiet imposti inklużi dawk biex ix-xogħlijiet ikunu monitored kif ukoll b'garanzija bankarja biex ix-xogħol isegwi l-RMS approvat. Il-perit bgħat komunikazzjoni nhar is-26 u it-28 ta' Ottubru 2009 li ix-xogħol għandu jibda nhar jew wara is-16 ta' Novembru. Uffiċjali tal-MEPA spezzjonaw is-sit bejn il-ħruġ tal-permess u s-7 ta' Jannar 2010 iżda x-xogħolijiet kienu għadhom ma bdewx. Minħabba li għaddew numru ta' xhur bejn li l-perit/applikant avżaw lill-MEPA li kellhom jibdew ix-xogħlijiet u meta fil-fatt bdew ix-xogħlijiet, il-MEPA kellha terġa’ tkun avżata li għandhom jibdew ix-xogħlijiet. Fl-10 ta' Mejju 2011, daħal rapport mis-Socjetà Dun Filippu Borgia li l-bini qed jitwaqqa' waqt xogħlijiet ta' rinnovazzjoni. Nhar il-11 ta' Mejju 2011, uffiċjali tal-Infurzar spezzjonaw is-sit u sabu xogħlijiet għaddejin li ma kienux skont il-permess approvat u lanqas skont l-RMS u għalhekk ix-xogħlijiet twaqqfu immedjatament. Inħareġ ukoll Stop Notice ECF 233/11 waqt li qed isiru proċeduri interni biex tiġi analizzata s-sitwazzjoni u jinstabu soluzzjonijiet għal kwalunkwe ħsara li setgħet saret lil binja. L-Awtorità qed tikkunsidra ukoll li tiġi irtirata l-garanzija bankarja u proċeduri ulterjuri jekk ikun hemm bżonn.

MRA — budget edukattiv dwar l-enerġija alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi kemm qed tonfoq bħalissa fuq budget edukattiv dwar l-enerġija alternattiva? Kemm minnhom ġejjin minn fondi Ewropej? L-Awtorità hija intitolata għal xi fondi Ewropej għal dan l-iskop li għal xi raġuni jew oħra s'issa għadha ma użatx jew applikat għalihom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar-Riżorsi għandha budget edukattiv dwar l-enerġija alternattiva ta’ €542,800 li jridu jintużaw sal-2013. Dan il- budget ġej 85% minn fondi Ewropej.

Skola Primarja Santa Tereża — spejjeż tat-trasport għal ħarġiet kulturali

Question

Fid-dawl tal-ilmenti li rċevejt mingħand ġenituri dwar żidiet fl-ispejjeż tat-trasport li jiġi ċċarġjat l-istudenti meta l-Iskola Primarja Santa Terenża joħorġu lit-tfal f'xi ħarġiet kulturali, tista' l-Ministru tgħid jekk dawn ikunux awtorizzati mid-dipartiment jew fuq inizjattiva tal-iskola innifisha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skola waħda biss minn erba’ skejjel primarji tal-Kulleġġ Santa Tereża għolliet il-ħlas tat-trasport meta joħorġu l-istudenti b’10 (għaxar) ċenteżmi tal-euro għax is-service provider għolla l-ħlas tiegħu. Din l-iskola hija l-Primarja ta’ Birkirkara. Il-prezz jinħadem mill-iskejjel.

Sikka l-Bajda — wind data

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi/kumpaniji/entitajiet li xtraw il-wind data dwar is-Sikka l-Bajda li nifhem li kienet tiswa xi €3000?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li sallum ħadd ma għamel talba biex jixtri l-wind data dwar is-Sikka l-Bajda
Leg 11 PQ #26114 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Ħlas ta' overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf jekk l-arretrati għal ħlas ta' overtime dovut lill-membri tal-Korp tal-Pulizija ġewx imħallsa? Jista' jikkonferma jekk huwiex minnu li l-Gvern hu lest li jħallas frazzjoni żgħira biss mill-ammonti li huma dovuti lill-membri tal-Korp għax-xogħol li sar minnhom? U għaliex? Jekk ir-risposta għall-ewwel mistoqsija hi fin-negattiv, jista' jispjega għaliex wara li għadda daqstant żmien, il-Gvern għadu ma ħallasx dak li hu dovut lill-membri tal-Korp u qed iħalli din il-kwistjoni tkaxkar għal daqstant żmien?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 25896 li fiha kont spegajt li l-Amministrazzjoni tal-Korp m’għandha f’idejha ebda talba konkreta dwar ħlas ta’ overtime pendenti ma’ xi membru tal-Korp u allura ma jista’ jsir ebda ħlas ta’ arretrati li, skont rappreżentazzjonijiet li saru mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija, huma allegatament dovuti. Kif indikajt ukoll fl-istess tweġiba, wara li kien sar protest ġudizzjarju minn madwar 1500 membru tal-Korp, saru diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni bl-intenzjoni li jinħoloq mekkaniżmu li jipprovdi soluzzjoni għal din il-kwistjoni billi jsir Bord li janalizza każ b’każ mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa ta’ proċeduri legali. Ninsab infurmat ukoll li huwa magħruf li għal aktar minn għaxar snin wara li daħal fis-seħħ il-Ftehim tal-1993, li kien jaħseb għal time off in lieu jew kumpens bi ħlas għal dawk li jaħdmu aktar minn sitta u erbgħin siegħa f’ġimgħa normali ta’ xogħol bil-ġurnata u għal dawk il-membri li jaqbżu n-numru ta’ sigħat tax-xift li jkun jaħdmu, qatt ma tressqet ebda talba għal kumpens lill-Amministrazzjoni tal-Korp. Għandu jingħad li għal żmien twil fil-Korp kienu jeżistu xiftijiet varji b’sigħat ta’ xogħol differenti u huwa fatt magħruf li kien hemm interess mill-maġġoranza tal-membri tal-Korp biex, kemm jista’ jkun, jiġu assenjati biex jaħdmu b’xiftijiet (bħal tal-24 jew 12-il siegħa) li kienu jitolbu numru aktar ta’ siegħat xogħol fil-ġimgħa, u li għalhekk kienu jagħtu lok għall-ħlasijiet akbar fir-rigward ta’ siegħat maħduma fil-Ħdud u Festi Pubbliċi li kienu ġew intitolati għalihom għall-ewwel darba fl-1993 u dan kif dettaljament spjegat fiċ-Ċirkolari interna 63/93 li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Fuq dan kollu ninsab infurmat illi għalkemm saru diskussjonijiet fit-tul bejn l-Assoċjazzjoni u l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti sabiex fuq it-talba kif formolata fil-protest ġudizzjarju jintlaħaq ftehim, dan baqa’ ma sarx. Id-diskussjonijiet bejn il-partijiet għadhom mhux magħluqa u sabiex jiġi ċċarat aktar jekk hemmx dovuti, u jekk hemm, kemm huwa l-ammont attwalment dovut, ser isir proċess dettaljat tat-talbiet ta’ kull wieħed mill-persuni li ingħaqdu fil-protest ġudizzjarju. Dan kollu la ppreġudika u anqas jippreġudika li min għandu dritt jipproċedi bil-proċeduri legali skont il-liġi.

Impjant ta’ Sant' Antnin — thermal recovery unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-thermal recovery unit li suppost kellu jaħdem 24 siegħa kuljum fl-Impjant ta’ Sant' Antnin huwiex qed jaħdem u jekk iva, meta beda jitħaddem? Kif jinkwadra dan kollu mal-wegħda li dan kellu jissuplixxi l-elettriku kemm lill-impjant innifsu kif ukoll lir-Razzett tal-Ħbiberija, illum imsejjaħ Inspire?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq nigbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi l-Impjant ta’ Sant’ Antnin hemm Combined Heat and Power plant (CHP). Dan il-makkinarju jiggenera kemm elettriku kif ukoll sħana. Bħalissa l-impjant qiegħed fi stadju ta’ commissioning li allura jfisser li CHP mhux qed ikun imħaddem fil-kapaċità massima tiegħu skond il-prattika normali f’impjanti simili matul il- commissioning . Fil-kapaċità limitata temporanja tiegħu dan l-impjant qed jiġġenera ‘waste heat’ biżżejjed biex tintuza fl-operat ta’ l-istess impjant ħalli żżomm it-temperaturi mehtiega. Madankollu, huwa mahsub li ma jdumx ma jintlaħaq livell ta’ operat li jiġġenera sħana bizzejjed biex inkunu nistgħu nofru din l-energija mill-iskart lil-Inspire u entitajiet oħra. Ta’ minn jinnota wkoll li l-gvern, permess tal-WasteServ, diġà reġa’ħareg tenders għal materjal u xogħol meħtieġ biex din l-enerġija tkun tista' titwassal sal-impjant tal-Inspire. Dawn it- tenders kellhom jerġgħu jinħargu wara li l-għotjiet abbażi tal-ewwel sejħiet ma jistgħux jiġu konklużi

Impjant ta’ Sant' Antnin — informazzjoni

Question

Rigward l-Impjant ta’ Sant' Antnin, jista' l-Ministru jgħid: · x’inhu l-volum tal-materjal li qed jiġi fed lit -treatment plant ; · x’inhi l-kompożizzjoni tiegħu; · in- non biodegradable impurities fil -feed qed jiġu mneħħija bl-idejn jew b’mezzi mekkaniċi; · x’inhu l-livell ta' removal efficiency f’termini ta’ plastic , metall, karta u ħġieġ fost komponenti oħrajn; · il-batteriji kif qed jiġu mneħħija; · x’qed jiġri bl- end product bħalissa; u · il-fatt li pajjiżna waqa' daqstant lura f’dik li hija separazzjoni at source , x’effett qed ikollu fuq dan l-operat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mhux possibbli li jitkejjel il-volum tal-materjal li qed jiġi trattat. Hija prattika normali li dan l-iskart jigi mkejjel bil-piż. Ghaldaqstant, l-informazzjoni li għandna hi bbażata fuq piż u mhux volum. Il-materjal li jiġi depositat fit-treatment plant hu dak domestiku u l-fdal tal-ħxejjex mill-pitkalija. In-non biodegradable impurities jiġu mneħħija b’mezzi mekkaniċi, u r-removal efficiency hija bejn 85% - 90%. L-impjant hu mgħammar ukoll b’kalamiti biex ineħħu kontaminazzjonijiet oħra. Mill-proċess tal-MTP qed jiġu prodotti l-kompost, li ha jintuża biex issir ir-rijabilitazzjoni tal-landfills; l-energija elettrika, li qed tiġi mitfugha fuq il-grid; l-ilma, li jigi msaffi biex jintuza ghal process tad-digestjoni u l-RDF, li partijiet minnu jigu esportati u l-kumplament għalissa qed jintbagħat fil-landfill. L-impurities, li jissejħu rejects, imorru l-landfill. Mill-process tal-MRF jiġu prodotti l-iskart riciklabbli, li jinbiegħ kull xahar, u kif ukoll l-RDF li jinħazen iżda bħalissa qed jiġi esportat, u rejects li jmorru l-landfill. Rigward data nazzjonali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-awtorità responsabbli biex tirrapporta din l-informazzjoni fuq bażi nazzjonali.

Dipartiment tal-VAT — Forensic Advisory Team

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-KPMG Forensic Advisory Team li għenu lill-bord ta' inkjesta dwar l-iskandlu ta' frodi fid-Dipartiment tal-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-membri tat-tim forensiku tal-KPMG li għenu lill-bord ta’ inkjesta kienu jvarjaw bejn partners tal-KPMG, assistent director, managers, adviser u associate.

Dipartiment tal-VAT — guidelines għal każijiet ta' de-registrations

Question

Jista' l-Ministru jgħid id-Dipartiment tal-VAT meta addotta l-guidelines dwar kif għandu jitratta bilanċi dovuti fil-każijiet kollha ta' de-registrations u min qed jiżgura li l-istaff qed jimxi rigorożament ma' dawn ir-rakkmandazzjonijiet kif stipulat fir-rapport tal-bord ta' inkjesta dwar l-operat tal-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-punt 13 f’paġna 5 tar-rapport “Systems Audit of the VAT Department - Report by Board of Inquiry and Reaction by Commissioner of VAT” li ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fid-9 ta’ Mejju, 2011.

Cameras fit-taxis

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li s-sistema tal-cameras fit-taxis se tiġi estiża ukoll lit-taxis imħaddmin minn kumpaniji privati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-taxis kollha, sew jekk imħaddma minn individwi jew kumpaniji privati huma meħtieġa li jkollhom istallata sistema ta' kamera. Ta' min jiċċara li l-kelma taxi għandha tinftiehem skont id-definizzjoni mgħotija fir-Regolamenti dwar is-Servizzi tat- Taxi (L.S. 499.59), jiġifieri, bħala vettura bil-mutur tal-passiġġieri li tista' ġġorr mhux aktar minn ħames passiġġieri minbarra x-xufier, li tkun mgħammra b' taximeter , u li jkollha liċenzja biex tivvjaġġa u tistenna biex tinkera bħala taxi .
Leg 11 PQ #26089 Sitting 364 2011-06-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

każijiet ta' annulamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' annulamenti mill-Istat u mill-Knisja li għaddejjin proċeduri dwarhom minn persuni residenti Għawdex kif ukoll kemm minn dawn l-annullamenti kienu jikkonċernaw residenti Għawdxin fis-snin 2006-2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta' kawżi pendenti dwar dikjarazzjoni ta’ annullamenti ta’ żwieġ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġurisdizzjoni Superjuri) (Sezzjoni tal-Familja) huwa ta' sitta. In-numru ta’ kawżi pendenti, kif ukoll dawk deċiżi, dwar dikjarazzjoni ta’ annullament ta’ żwieġ bejn l-2006 u l-2010 huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Sena Numru ta’ kawżi pendenti dwar annullament ta’ żwieġ Numru ta’ kawzi decizi dwar annullament ta’ zwieg 2006 19 7 2007 16 8 2008 15 6 2009 17 7 2010 22 13 2011 (sat-23 ta’ Mejju) 6 3 Ta’ min jinnota illi l-figuri indikati bħala pendenti għal kull sena jistgħu u, anzi, probabilment jirreferu għall-istess kawżi ċioe' jekk kawża nbdiet fis-sena 2006 u baqgħet pendenti sas-sena 2010, din se tibqa’ tidher f’din l-istatistika matul il-ħames snin indikati. Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika dwar in-nazzjonalità jew ir-residenza tal-partijiet fil-kawżi, iżda l-fatt biss li kawża tiġi preżentata fil-Qorti ta’ Għawdex – u mhux f’dik ta’ Malta – hija indikazzjoni biżżejjed li l-partijiet (jew almenu xi ħadd minnhom) ikun residenti Għawdex. L-informazzjoni mogħtija tirrigwarda biss każijiet ta’ annullament mogħtija mill-Istat. Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numri ta' kawżi pendenti dwar dikjarazzjoni ta’ annullamenti ta’ żwieġ huwa ta' sitta.

Diesel u fuel bil-kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar erba' snin il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inqabdet b'diesel u fuel tal-kuntrabandu u x'passi ttieħdu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dipartiment tad-Dwana, ma qabad l-ebda diesel u fuel tal-kuntrabandu mingħand il-kumpanija li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament.

Requirments tal-fuel

Question

Minħabba l-istop notice fuq il-Mediterranean Offshore Bunkering Company Ltd., jista' l-Ministru jgħid il-gvern minn fejn qed iġib ir-requirments tal-fuel bħal fost oħrajn il-fuel oil?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta kienet tuża s-servizzi tal-MOBC sabiex tissupplixxi l-industrija lokali bit-thin fuel oil. Wara li l-MOBC irċeviet Stop Notice mill-MEPA u konsegwentament ma setghetx tkompli topera, l-Enemalta ma setgħetx tkompli tagħmel użu minn dan is-servizz. Ninsab infurmat illi l-klijenti tal-Enemalta ġew infurmati b’dan, u ntalbu biex jixtru t- thin fuel oil minn operaturi oħra fis-suq.

Kummissarji tal-Azzjoni dwar il-Klima — żjara f'Malta

Question

Billi l-Kummissarju tal-Azzjoni dwar il-Klima bħalissa qiegħed iżżur stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li żżur Malta kif nifhem li kien ippjanat sabiex anke tiltaqa' kif għadha kif iltaqgħet f'pajjiżi oħrajn mal-stakeholders ewlenin u l-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej tal-pajjiżi rispettivi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien stidint lil-Kummissarju tal-Azzjoni dwar il-Klima biex iżżur Malta u diġà kien hemm kuntatt mal-uffiċċju tagħha sabiex jinstabu dati addatati sabiex din iż-żjara tkun tista’ seħħ .

Dipartiment tal-VAT — files u accounts ta' klijenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm files u accounts ta' klijenti fid-Dipartiment tal-VAT li għadhom qed jakkumulaw l-interessi minħabba li għadhom pending investigations? Jista' jagħti figura indikattiva tal-ammont ta' dawn l-interessi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 1,654 account ta’ persuni reġistrati li talbu rifużjoni u li qed jiġu vverifikati mill-uffiċjali tad-Dipartiment. L-imgħax li jitħallas fuq dawn huwa ta’ 0.75% fix-xahar mid-data li dawn isiru dovuti.

Dipartiment tal-VAT — files u accounts ta' klijenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm files u accounts ta' klijenti fid-Dipartiment tal-VAT li għadhom qed jakkumulaw l-interessi minħabba li għadhom pending investigations? Jista' jagħti figura indikattiva tal-ammont ta' dawn l-interessi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 1,654 account ta’ persuni reġistrati li talbu rifużjoni u li qed jiġu vverifikati mill-uffiċjali tad-Dipartiment. L-imgħax li jitħallas fuq dawn huwa ta’ 0.75% fix-xahar mid-data li dawn isiru dovuti.

Dipartiment tal-VAT — mail room concept amalgamation

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-mail room concept amalgamation fid-Dipartiment tal-VAT saritx kif rakkmandat fir-rapport tal-KPMG? Jekk iva, meta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapport li jelenka r-reazzjonijiet tad-Dipartiment tal-VAT għar-rapport tal-Bord paġna 4 punt 11, li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju, 2011.