Legislature:
Category:
Reset
Active:

Waste Prevention and Minimisation Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex obbligata mal-Unjoni Ewropea li sa tmiem is-sena 2013 ikollha f’postu waste prevention and minimisation programme? Jista' jgħid fiex waslu dawn il-pjanijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont id-Direttiva 2008/98 Malta hija obbligata li jkollha f’postu waste prevention and minimisation programme. Billi l-obbligu huwa relatat ma tfassil ta’ policies, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex f’dan ir-rigward jirreferi it-tieni parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat responsabbli mill-MEPA. Apparti minn dan kollu, l-gvern diġà ħa l-mizuri meħtieġa biex jitnaqqas ir-rimi tal-iskart u jiżdied ir- re-use , l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-iskart. Biex tiskoraġġixxi r-rimi u tippromovi r-riċiklaġġ, permezz tal-avviżlegali 382/2009 il-ħlas għar-rimi tal-iskart fil-mżbla għola minn €0.71 ghal €20.00 kull tunellata, filwaqt li għal skart mifrud ir-rata tnaqqset minn €0.71 ghal €0.50 kull tunellata. L-WasteServ qiegħda bħalissa tfassal inizjattivi mmirati biex jitnaqqas l-iskart u wara tinħareġ tender li tkun imfassla fuq il-bazi ta’ dawn l-inizjattivi. Il-kampanja hija maħsuba li tiġi mplimentata matul l-2012 u l-2013. Il-Gvern ħaseb ukoll, permezz tal-WasteServ, biex jagħmel talba għal-fondi mill-Ewropa biex tissaħħaħ il-kampanja għat-tnaqqis fil-ġenerazzjoni tal-iskart. Ta’ min jinnota illi bl-inizjattiva li ttieħdet immirata biex tipromovi t-tnaqqiss tal-iskart matul Novembru 2010 Malta rebħet premju Ewropew għal inizjattiva biex jitnaqqas l-iskart.
Leg 11 PQ #26333 Sitting 373 2011-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IPPC permit għall-hazardous waste

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-ħruġ tal-IPPC permit għall-hazardous waste (skart perikoluż) landfill fil-Magħtab li ilu jiġi proċessat għal għadd ta’ snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-applikazzjoni ghal permess tal-Integrated Pollution Prevention and Control (IPPC) ghal landfill tal-iskart perikoluż tinkorpora fiha facilità għat-trattament tal-iskart perikoluż. Il-MEPA qiegħda tistenna li tiġi sottomessa nformazzjoni kompluta u finalizzata rigward l-operat tal-facilità għat-trattament tal-iskart perikoluż qabel ma tkun tista' tkompli l-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni.

pjan nazzjonali tal-enerġija alternattiva — feedback mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti kellux xi feedback mill-Unjoni Ewropea dwar l-evalwazzjoni li għamlu fuq l-informazzjoni u l-kredibbiltà tal-pjan nazzjonali tal-enerġija alternattiva ta’ pajjiżna li ġie sottomess lill-Unjoni Ewropea f’Lulju 2010? Jekk iva, x’kien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li bħala parti mill-proċess ta’ evalutazzjoni, fid-9 ta’ Frar 2011, id-Direttur Ġenerali tal-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea talab lil Malta tagħmel xi kjarifiki fuq il-pjan sottomess. Malta ssottomettiet il-kjarifiċi meħtieġa dwar id-dettalji tal-pjan fl-24 ta’ Mejju. Dawn il-kjarifiċi ma jinħtieġu ebda tibdil fil-miri tal-pjan.
Leg 11 PQ #26336 Sitting 373 2011-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marine Park

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25622 u jgħid, f’xi stadju jew ieħor, qattx kien hemm taħt kunsiderazzjoni xi proġett dwar marine park li jinvolvi fost oħrajn l-Italja, Malta u t-Tuneżija u li kellu jkun European Union Funded?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li Malta kienet issottomettiet informazzjoni li, fuq bażi xjentifika, tidentifika żona li tkun tajba għal marine park li tipproteġi speċi u abitat kritiku ta' importanza għas-settur tas-sajd Malti. Din l-informazzjoni kienet ġiet sottomessa fuq bażi xjentifika u fil-preżent m'aħniex involuti fi proġetti ta’ din ix-xorta.

waste electrical and electronic equipment — collection volumes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jipparaguna pajjiżna ma' stati membri oħrajn fl-Unjoni Ewropea, speċjalment dawk li ssieħbu magħna f’dak li għandu x’jaqsam ma' collection volumes ta' WEEE – waste electrical and electronic equipment? X’inhi l-figura tagħna ras għal ras?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Avviż Legali 63 tal-2007, ninformah li l-ġbir ta’ informazzjoni dwar kemm u kif maqsum f’tipi ta’ skart li nġabar f’pajjizna, jaqa’ taħt it-termini ta' responsabbiltà tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #26339 Sitting 373 2011-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — waste packaging

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25591 fejn ġejt infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar skont ir-records tagħha qatt ma rċeviet xi rapport formali kif deskritt fil-mistoqsija u li dan l-ilment ġieli wasal biss verbalment għand il-compliance inspectors tal-awtorità meta dawn iżuru ħwienet biex jispjegawlhom l-obbligi tal-liġi, jista' il-Prim Ministru ġentilment jikkonferma li l-iskema Green MT qiegħda tinvolvi direttament il-GRTU innifisha fil-packaging compliance? Jista' jiġi kkonfermat jekk fuq il-website tagħhom stess hux qed jintqal li biex tissieħeb ikollok bżonn paid up GRTU/Green MT membership kif wkoll ftehim bil-mitkub mal-Green MT – f’liema kuntratt tissemma' l-GRTU nnifisha? Jista' l-Prim Ministru jara li x-xogħol tal-compliance min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar isir b’mod aktar professjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ispetturi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed iżuru ħwienet biex jispjegawlhom l-obbligi tal-liġi, u dan qed isir b’mod mill-aktar professjonali. Jekk hemm xi nuqqasijiet evidenti, nitolbu sabiex jgħaddi kull informazzjoni relevanti sabiex nitlob lill-uffiċċjali jinvestigaw Rigward, informazzjoni fuq is-sit elektroniku tal-kumpanija GreenMT, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tistax tikkumenta għax dan huwa sit elektroniku privat u indipendenti mill-istess awtorità li għandu aċċess għalih kulħadd.

Animal Welfare Department — ħidma għal inqas krudeltà

Question

Mingħajr ma nnaqqas xejn mill-ħidma tal-Animal Welfate Officers tal-Animal Welfare Department konċernat, jista' l-Ministru jara tistax issir ħidma aktar intensiva biex tiġi miġġielda l-kwistjoni tal-krudeltà fuq l-annimali fid-dawl tal-każijiet riċenti li seħħew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninnota qabel xejn li l-Onorevoli Interpellant japprezza verament il-ħidma tad- Dipartiment għal-Ħarsien tal-Annimali u l-uffiċjali tiegħu. Infakkar ukoll lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew ġiet imsaħħa l-liġi (Trattament Xieraq ta' L-Annimali - Kap 439) permezz tal-Att V tal-2011 fejn żdiedu l-pieni u l-multi għal min jaħqar l-annimali. Sadanittant diġa nbeda proċess ta’ reviżżjoni tal-imsemmija liġi biex din tiġi mtejjba fid-dawl tal-esperjenza miksuba s’issa. Detterrent ieħor huwa offrut mir- Regolamenti ppubblikati x-xahar li għadda (Avviż Legali 199 tal-2011 - Kap 437) dwar l-Identifikazzjoni Elettronika tal-Klieb Infaħħar ukoll il-ħidma tal-pulizija li qed twettaq investigazzjonijiet, kif ġara fil-każ tal-kelba Star li ġie konkluż illum.

direttur tal-Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid is-segretarju privat tiegħu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kemm se jitħallas bħala direttur tal-Air Malta? Huwa se jkun qed jaqdi l-funzjoni ta’ direttur jew direttur eżekuttiv?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord tad-Diretturi ġie ffurmat kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ebda Direttur tal-Bord tal-Air Malta m’għandu kariga eżekuttiva.

MITA — managerial grades

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra organigram (mingħajr ismijiet ta' persuni) tal-Malta Information Technology Agency kif inhi llum u kif kienet sa qabel ma nħatar iċ-Chairman il-ġdid? Kemm hemm managerial grades u x’inhuma llum fil-Malta Information Technology Agency u kemm kien hemm fis-sena 2008 mal-bidu tal-leġislatura? Kemm hemm persuni li sa qabel ma nħatar iċ-Chairman il-ġdid kienu jaħdmu fil-Ministeru nnifsu u li spiċċaw fil-Malta Information Technology Agency mindu laħaq hu? F’liema karigi qegħdin? Kemm kien hemm riżenji mill-Malta Information Technology Agency minn kemm ilu li nħatar iċ-Chairman il-ġdid? Liema karigi kienu jokkupaw il-persuni konċernati? X’kien it-total salary bill fil-MITA fil-bidu tal-legislatura 2008 u x’inhu llum?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra: L-Organigram tal-Malta Information Technology and Training Services Ltd. (MITTS Ltd.) kif kienet f’Ġunju 2008 (qabel inħatar iċ-Chairman il-ġdid li ġie maħtur f’Lulju 2008). (Dok Anness A). L-Organigram tal-Malta Information Technology Agency (MITA) kif inhi preżentament. (Dok Anness B). Qed inpoġġi wkoll tabelli minn Nru. 1 sa Nru 5 bl-informazzjoni mitluba. Ta’ min isemmi li fl-2008, MITTS Ltd kienet bdiet transizzjoni biex issir Aġenzija (MITA) li fiha ġie assimilat ukoll l-ICT in Government Unit li preċedentament kienet fil-Ministeru ta’ l-IT. Fis-sena ta leġislatura tal-2008 fil-MITTS Ltd kien hemm 10 gradi maniġerjali filwaqt li llum fil-MITA hemm 9 gradi maniġerjali: Ara Tabella 1. Kif semmejt aktar qabel minħabba li fl-2008, l-ICT in Government Unit ġiet integrata fil-MITA, l-impjegati li kien hemm f’din il-Unit ġew trasferiti lura fil-MITA. Minn meta nħatar iċ- Chairman il-ġdid, (Lulju 2008) kien hemm 4 persuni li ġew ‘deployed’ mill- MITI/MITC għal MITTS Ltd./MITA, kif jidher f’Tabella 2. In-numru ta’ riżenji li seħħew fil-MITTS Ltd/MITA minn Lulju 2008 lil hawn, hu ta’ disgħa u sittin persuna (69); filwaqt li n-numru ta’ impjegati ġodda għall-istess perjodu msemmi huwa ta’ tnejn u sebgħin (72). Il-gradi li kienu jokkupaw dawn il persuni hu kif jidher f’Tabella 3. It-tabella Nru. 4 telenka n-numru ta’ ħaddiema ngaġġati / rizenji għas-snin 2005 sal-lum. It-total tas- ‘salary bill’ tal- MITTS Ltd għas-sena 2008 u t-total tas-‘salary bill ‘ tal- MITA tal-2010 huwa kif jidher f’Tabella 5.

Transport Malta — riforma tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bir-rotot u skedi l-ġodda tat-trasport pubbliku hemmx xi ħsieb li l-operaturi flimkien ma' Transport Malta jikkunsidraw li jżidu s-servizz pubbliku minn u lejn is-Swatar/Valletta u viċi versa, billi dan huwa bħalissa kull siegħa u filwaqt li matul il-ġimgħa jieqaf fis-7.00pm u s-Sibt nifhem li jieqaf mis-1.00am 'l quddiem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-network il-ġdid tat-trasport pubbliku, r-residenti tas-Swatar se jkollhom rotta ġdida bin-numru 110 li taħdem fuq bażi ċirkulari u li titlaq mill-interchange ta’ Mater Dei, tgħaddi mis-Swatar u terġa’ tmur lejn Mater Dei. Din ir-rotta ser ikollha frekwenza ta’ kull 30 minuta u l-aħħar servizz jitlaq minn Mater Dei fil-10.40 ta’ filgħaxija. Infurmat ukoll li mill- interchange ta’ Mater Dei, il-passiġġieri għandhom il-faċilita’ li jagħżlu minn waħda mir-rotot li jmorru lejn il-Belt, jiġifieri Rotta 22 jew Rotta 31 u li għandhom frekwenza ta’ kull 10 minuti. L-aħħar ħinijiet ta’ dawn ir-rotot huwa fil-11.07 ta’ filgħaxija minn Mater Dei lejn il-Belt u fil-10.55 ta’ filgħaxija mill-Belt lejn Mater Dei.
Leg 11 PQ #26309 Sitting 371 2011-06-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Imsida — Swatar - Triq Giuseppe Calleja - karozzi pparkjati quddiem garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji dwar l-ilmenti ripetuti ta' għadd ta' residenti ta' Triq Giuseppe Calleja, Swatar, Imsida li minħabba ħanut fl-istess triq li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jispiċċaw b'ħafna karozzi regolarment ipparkjati quddiem il-garaxxijiet tagħhom kemm minn xerrejja kif ukoll minn distributuri li jissuplixxu lill-istess ħanut, bil-konsegwenza li ġieli jdumu biex ikunu jistgħu jużaw dawn il-garaxxijiet? F'każijiet oħrajn ġieli saħansitra ssirilhom ħsara lill-bankini u katusi tagħhom minħabba li billi l-ħanut m'għandux loading bay area spiss tintuża għall-istess skop il-parti ta' quddiem ta' dawn l-istess residenżi.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kien hemm rapport wieħed fl-Għassa tal-Imsida dwar ħsarat li ġarrbet vettura waqt li kienet ipparkjata fil-viċinanzi tal-ħanut imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija rriżulta illi waqt li għadda van li kien qed jagħmel xi deliveries għall-imsemmi ħanut minn ħdejn din l-vettura, infetħitlu l-bieba ta’ wara u laqtet lill-istess vettura. Għandu jingħad ukoll illi sabiex il-Pulizija tieħu passi dwar ostaklu ta’ garage irid ikollha r-rapport tas-sid.

Landfill Directive targets

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta laħqitx il-Landfill Directive targets tas-sena li għaddiet u jekk le, b’kemm marret żmerċ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-imsemmija responsabbilità taqa’ fuq ir-regolatur li f’dan il-każ hija l-MEPA. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat,
Leg 11 PQ #26219 Sitting 369 2011-06-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħal Far — Detention Services - security guards

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li hemm għadd ta' ħaddiema jaħdmu fid-detention services Ħal Far, speċjalment bħala security guards, li baqgħu bi status ta' casuals mingħajr ma qatt iffirmaw xi forma ta' kuntratt, minkejja li ilhom jaħdmu hemm xi ħames jew sitt snin? Kif jiġi stabbilit mingħandu jagħmel ix-xogħol ta' għassa minn barra l-area fejn ikun hemm id-detention centre members jew anke ġewwa f'nofshom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 25803 u 26497.

WSC — xogħol ta' security guards

Question

Jista' l-Ministru jindika kif ġew reklutati ċerti nies għax-xogħol ta' security guards fost affarijiet oħra mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, billi huwa mifhum li la saru talbiet formali lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u lanqas tramite l-MIMCOL biex jagħmlu dan? Kemm hemm ħaddiema mal-Korporazzjoni li ġew ingaġġati b'dan il-mod peress li ħadd minnhom m'huwa qed jagħmel xogħol f'isem xi security firm privata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma ngaġġatx nies għax-xogħol ta’ security guards.

Diesel u Fuel bil-kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx jew sarux xi rapporti mill-awtoritajiet kompetenti dwar jekk kienx hemm każjiet fejn fl-aħħar erba' snin Falzon Group inqabdux b'diesel u fuel tal-kuntrabandu? X'passi ttieħdu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26090.
Leg 11 PQ #26269 Sitting 369 2011-06-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — każijiet ta' enforcement

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga diversi ilmenti li waslu saħansitra minn impjegati tal-istess Awtorità li minkejja is-suppost tisħiħ tad-driegħ tal-enforcement tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kien hemm għadd ta’ każijiet fejn id-direttur il-ġdid tal-infurzar tal-Awtorità ta struzzjonijiet dwar enforcement, iżda f’ċerti każijiet dawn ġieli twaqqfu u/jew ġew mibdula wara li jkun rċieva ċerti telefonati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor.Interpellant żgur japprezza li ma tistax issir investigazzjoni mingħajr dettalji speċifiċi.
Leg 11 PQ #26278 Sitting 369 2011-06-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — mix bejn l-impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien il-mix bejn impjegati fl-ippjanar u l-ambjent fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel il-liġi l-ġdida? Kif inhuwa l-mix bħalissa? Kif inhu maħsub li jkun fit-tmiem tal-2011 u 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li n-numru ta' impjegati fid-Direttorat tal-Ippjanar, qabel il-Liġi l-Ġdida (06 t'April 2009) kien ta' 137. Bħalissa n-numru ta' impjegati ma’ dan d-Direttorat huwa ta' 148. Dan ifisser li kien hemm żieda ta' 11 'l impjegat. Meta nħarsu lejn id-Direttorat tal-Ambjent naraw li qabel il-Liġi l-Ġdida (06 t'April 2009), in-numru ta' impjegati kien ta’ 98. In-numru ta' impjegati bħalissa ma' dan id-Direttorat jammonta għal 106. Dan ifisser li meta wieħed jibbilanċja il-pożizzjonijiet bejn dawk li daħlu (ġodda/trasferiti) għal dawk li telqu (rtirati / rriżenjaw) kien hemm żieda ta' 6 impjegat, għalkemm effettivament kien hekk reklutaġġ ta' 11 il-persuna ġdida. Ta' min jinnota imma li f'dawn is-sentejn kien hemm 17 li rtiraw, irriżenjaw jew ġew transferred minn mad-Direttorat tal-Ippjanar għal ma' xi Direttorat ieħor, filwaqt li 13 li rtiraw, irriżenjaw jew ġew transferred minn mad-Direttorat tal-Ambjent għal ma' xi Direttorat ieħor Is-sitwazzjoni ta' kif se jkunu mqassma l-impjegati minn issa 'l quddiem għadha qed tiġi diskussa. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mix ta' impjegati bejn Ippjanar u Ambjent mhix indikattiva għax hemm direttorati oħra li s-servizzi tagħhom huwa ta' support għaż-żewġ funzjonijiet fi ħdan il-MEPA.
Leg 11 PQ #26279 Sitting 369 2011-06-20 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — total salary bill

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn kemm ilha li saret ir-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn u kemm inħolqu impjiegi ġodda fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Minn liema lokalità ġejjin (ismijiet mhux meħtieġa)? X'kien it-total salary bill qabel daħlet ir-riforma? Minn dawn kemm se jmorru u/jew qed imorru fuq boards u sub committees ġodda mindu nħolqu postijiet ġodda full-time? Kemm huwa t-total salary bill bħalissa? Kemm mistennija titla' la jiddaħħlu l-impjegati kollha li maħsuba li jiġu ngaġġati? Saret xi konsultazzjoni mal-management efficiency unit qabel ma ġiet imfassla u approvat l-istruttura u l-organigram il-ġdida tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Impjant ta' Sant' Antnin — informazzjoni

Question

Rigward l-Impjant ta’ Sant' Antnin, jista' l-Ministru jgħid : · kemm qed jiġi prodott renewable electricity mill- biogas ; · kemm qed jiġi prodott kompost biex jiġi risupplit lill-għelieqi; u · jikkonferma li f’kull stadju (24 x 7) id- data relevanti qed tkun on line in real time ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-impjant għadu fi stadju ta’ commissioning u bejn 7,000 u 10,000 kWhr ta’ renewable electricity qed jiġi ġġenerat kuljum. Il-kompost li qed jiġi prodott qedt jintbagħat għat-testijiet biex inkunu nafu l-kwalità tiegħu, għaldaqstant preżentement l-ebda kompost mhu qed jiġi mqassam għal fuq l-għelieqi. Ma hemm l-ebda obbligu statutorju li l-WasteServ tpoġġi dettalji on line.

Dipartiment tal-VAT — performance bonus lid-direttur ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm ħadu performance bonus id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-VAT u d-diriġenti ewlenin tal-istess dipartiment minn mindu feġġ l-iskandlu tal-frodi fil-VAT sal-lum – sena b’sena? Jista' jikkonferma ukoll jekk ħadux performance bonuses ukoll – u kemm – minn kemm ilu li ġie ppubblikat ir-rapport tal-bord tal-inkjesta dwar l-operat tas-sistemi tal-VAT li jġib id-data tal-1 ta' Frar 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar, 2009 sal-31 ta’ Marzu, 2010, id-Direttur Ġeneral tal-VAT ingħata performance bonus ta’ 13% filwaqt li t-tliet Diretturi ngħataw 12% kull wieħed. Ma ngħata l-ebda performance bonus ieħor wara l-31 ta’ Marzu, 2010.