Corporate Data Centre — management/corporate tree set up
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-corporate structure flimkien mal-management/corporate tree set up tal-Corporate Data Centre il-ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-management structure tal-MITA ma tinbidilx skont il-faċilitajiet fiżiċi u m' hemm l-ebda struttura ta’ management ġdida abbinata mad-Data Centre il-ġdid.
Santa Venera — Corporate Data Centre - Dipartiment tal-MITA
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema dipartiment tal-MITA se jkunu bbażati fil-premises il-ġodda ta' Santa Venera tal-Corporate Data Centre? Min huma l-kapijiet tad-Dipartimenti u kif ġew magħżulin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Systems Management u dak tan-Network and Services (fil-biċċa l-kbira tagħhom) se jibdew joperaw mill-faċilità tad-Data Centre l-ġdid. Nenfasizza però li dipartimenti u l-impjegati tal-MITA li jaħdmu skont l-esiġenzi tas-servizz li jinkludi ukoll l-aħjar użu ta’ spazju f’ kuntest ġenerali.
Ma kien hemm l-ebda għażla ta' kapjiet ta’ dipartimenti għaliex l-istruttura tal-MITA ma nbidlitx.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar cloud computing? Jista' jgħid jekk il-Corporate Data Centre ta' Santa Venera hijiex geared għal din it-teknoloġija ġdida?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Gvern jara cloud computing bħala opportunità għal Malta. Din it-teknoloġija diġàqiegħda tintuża f’mezzi bħal siti tal-internet ta’ social networking, email u teknoloġiji oħra. Fir-realtà l-MITA llum diġa' tipprovdi numru ta’ servizzi li jintużaw mid-Dipartimenti tal-Gvern fuq bażi simili, mingħajr m'hemm bżonn li d-dipartiment rispettiv jidħol f’aspetti tekniċi jew infrastrutturali.
Cloud Computing
toffri opportunitajiet kemm għall-konsumatur li permezz tagħha jista’ juża sistemi li jkunu f’
data centres
madwar id-dinja, kif ukoll biex l-industrija tal-IT f’Malta, partikolarment fir-rigward ta’
software
, jkollha opportunita’ tikber u tilħaq suq dinji mingħajr spejjeż kapitali jew infrastrutturali kbar.
Il-Gvern ra l-opportunità ta’ dawn it-teknoloġiji u wasal għal ftehim ma’ Microsoft biex tiftaħ Innovation Centre f
'
Malta, ddedikat fuq Cloud Technologies
u mmirat lejn kumpaniji li qed iħarsu li jimplementaw soluzzjonijiet b’dawn it-teknoloġiji.
Fil-kuntest tas-sistemi tal-gvern, wieħed jifhem li għal numru ta’ sistemi hemm bżonn attenzjoni partikolari fuq is-sigurtà tad-
data.
Għalhekk filwaqt li jkun hemm opportunitajiet ċari fejn il-gvern jista’ jiffranka l-ispejjeż permezz ta’ Cloud Computing
,
huwa mistenni li jibqa’ l-bżonn li ħafna sistemi jkunu kompletament taħt il-ġurisdizzjoni tal-Gvern f’Malta. F’dawn il-kazi jkun implementat kunċett ta’
private cloud
fejn l-istess teknoloġija tkun implementata għall-bżonnijiet ta’ klijenti partikolari. Il-gvern qed iħares l-aktar lejn dan il-mudell.
Il-
Corporate Data Centre
li l-MITA qed tlesti f’Santa Venera ħa jkun mgħammar biex jipprovdi għal dawn it-teknoloġiji għall-gvern.
Jista' l-Ministru jgħid liema dipartimenti tal-MITA se jibqgħu fejn huma f'Gattard House, il-Blata l-Bajda?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 27700. Ninsab infurmat li d–dipartimenti l-oħra se jibqgħu fejn huma.
Santa Venera — Corporate Data Centre - strutturi differenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema struttura qed tintuża biex jiġu konnessi l-Corporate Data Centre il-ġdid ta' Santa Venera ma' dawk eżistenti ta' Gattard House u Sptar Mater Dei?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-data centres kollha huma konnessi permezz ta' fibre optic cables speċifikament dedikati għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid x'security precautions qegħdin jittieħdu dwar il-tliet data centres tal-MITA? Jista' jikkonferma x'miżuri ttieħdu biex tiġi mħarsa id-Data Integrity speċjalment kontra hacking eċċ.? Se jkun hemm security section f'kull ċentru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-mizuri ta’sigurtà huma dawk li-l-industrija stess tirrakkomanda bħala best practice fil-kuntest tal-ispiża li jista' jagħmel il-gvern. Barra minn hekk matul dawn l-aħħar sentejn il-MITA għamlet investimenti kbar fil-qasam tas-sigurtà li wasslu biex tikseb iċ-ċertifikazzjoni tal-ISO 27001. Aktar minn hekk l-Uptime Institute diġà ċċertifika bħala Tier III id-data centre il-ġdid, biex b’hekk sar l-ewwel ċentru ta’ dan it-tip f’Malta li għandu dan ir-rikonoxximent globali. Sabiex il-viġilanza kontinwa f'dan l-aspett ma tonqosx isiru numru ta’ audits independenti speċifikament relatati mas-sigurtà tal-informazzjoni.
Kif jaf tajjeb l-Onor Interpellant fil-qasam tas-sigurtà tal-informazzjoni, wieħed qatt ma jista' jagħmel iżżejjed u l-għan tagħna huwa li nibqgħu naħdmu biex, fil-limitu tal-
budgets
tagħna, nipprovdu l-aħjar qafas ta’ sigurtà possibbli.
Ħaddiema taċ-ċivil jew aġenziji tal-gvern — ħaddiema jattendu korsijiet full-time
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-2005 'il hawn, kemm hemm ħaddiema taċ-ċivil jew aġenziji tal-gvern li għandhom arranġamenti formali (jew informali biex jattendu kors full-time fl-Università waqt li jżommu l-impieg tagħhom b'paga sħiħa? Minn liema entatjiet pubbliċi u kemm hemm minnhom ġejjin mis-segretarjati tal-Ministri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li filwaqt li tinzamm informazzjoni mic-Centru ghall-Iżvilupp, Ricerka u Tahrig fl-Ufficcju tal-Prim Ministru dwar ufficjali li jattendu korsijiet fuq bazi part time u organizzati b'kollaborazzjoni mal-Universita' Malta, ninforma lill-Onor Interpellant li informazzjoni dwar ufficjali pubblici jew ufficjali f'agenziji tal-gvern li jkunu qed jattendu korsijiet full-time fl-Università tinzamm mill-entità rispettiva fejn ikunu mpjegati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Corporate Data Centre l-ġdid ta' Santa Venera hux se jkun jikkwalifika bħala a green eco friendly data centre minn kull aspett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Corporate Data Centre l-ġdid, li bħalissa qiegħed jitlesta, huwa mgħammar b’numru ta’ sistemi u miżuri sabiex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent. Dawn jinkludu:
· Tnaqqis fin-numru ta
computers
bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ Consolidation u Virtualisation
;
· Sistemi ta’
UPS
u arja kkundizzjonata li huma
modular
u jinxtegħlu b’ mod awtomatiku skond id-domanda sabiex jaħdmu bl-ogħla effiċċjenza;
· Sistemi ta’ arja kkundizzjonata għall-
computer rooms
b’ċirkolazzjoni ta’ arja b’tali mod li arja sħuna u arja kiesħa jibqgħu separati u titqassam bl-inqas telf ta' enerġija;
·
Generators
li jintużaw f’każ ta’ emerġenza għandhom sistema ta’
catalytic converter
sabiex jitnaqqas it-tniġġis ta’ l-arja waqt l-użu;
· Sistemi ta’
solar heating
għal ilma u panelli fotovoltajiċi ġew installati fuq il-bejt;
· L-ilma tax-xita jintuża għal-kmamar tal-banju;
· Soqfa tal-
Computer rooms
huma trattati b’
thermal insulating foam;
· It-twieqi kollha li jagħtu għal barra huma
double glazed;
· Sistema li tirregola t-temperatura u ventilazzjoni fl-uffiċini kollha;
· Sistemi ta’ dawl li jużaw teknoloġiji bħalma huma
LED
u
fluorescent lighting
u fejn hu prattiku jintfew b’mod awtomatiku;
· Sistema li tiġbor dettalji ta’ użu ta’ enerġija sabiex jindika titjib li jista' jkun possibbli la darba d-
Data Centre
jibda jopera;
Dawn il-miżuri jirriflettu rakkomandazzjonijiet fil-
Code of Conduct
għad
-Data Centres
ppubblikat riċentement mill-UE.
Jista' l-Ministru jgħid kif u minn fejn u/jew mingħand min ġie akkwistat il-premises il-ġdid tal-Corporate Data Centre f'Santa Venera? B'liema valur u mezz ġie akkwistat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-post fejn qed jitlesta l-Corporate Data Centre l-ġdid f' Santa Venera huwa propjetà tal-gvern li ġie allokat b’ċens lill-MITA mill-Kummissaju tal-Artijiet.
Corporate Data Centre — IT equipment u infrastruttura teknoloġika
Question
B'referenza għall-Corporate Data Centre li mistenni jinfetaħ lejn tmiem din is-sena, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża mħabbra ta' €7.3 miljun tinkludix ukoll l-I.T. equipment u l-infrastruttura teknoloġika meħtieġa jew hijiex limitata għall-bini innifsu biss?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispiża ta’ madwar €7.3 Miljun tinkludi l-apparat kollu neċessarju biex jibda jopera d-Data Centre, inklużi core network switches, racks, UPS u l-apparat teknoloġiku kollu. Effettivament, b’din l-ispiża d-data centre se jkun lest biex jilqa’ s-servers fih u jibda jopera. Ta’ min isemmi li uħud minn dawn is-servers se jiġu trasferiti minn Gattard House u oħrajn jinxtraw fil-futur jekk u meta l-gvern jixtri aktar sistemi ta’ informazzjoni li jkollhom bżonnhom.
Niġbed l-attenzjoni li l-budget ta’ dan il-proġett kien ta’ €8 Miljun u li l-indikazzjonijiet s’issa juru li l-ispiża se tlaħħaq is-€7.3 Miljun. Madankollu l-ispiża finali tkun magħrufa fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-IT equipment tal-Corporate Data Centre ta' Santa Venera u jekk il-gvern hux diġà kkometta ruħu dwaru? Kemm ġie/ġej jiswa b'kollox? Dan l-apparat jikkonsisti ukoll f'servers ġodda? Jekk iva, saret xi sejħa għall-offerti għalihom?
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-consultancy firm KPMG li tissemma' fir-rapport tal-bord t'inkjesta dwar il-VAT ġiet magħżula? Kien hemm xi avviż ta' expression of interest? Jista' jgħid kemm se jħallas jew ħallas it-taxpayer għal dan ir-rapport?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-KPMG intagħżlet abbażi tal-kredenzjali tagħha u għaliex hija ditta ta’ awditjar finanzjarji rikonoxxuta internazzjonalment b’uffiċċju f’Malta. Din ipprovdiet servizz tajjeb skont ir-rekwiżiti tal-bord u bi prezz tajjeb. Il-kumpanija tqabbdet b’direct order u r-rapport ġie jiswa €100,300 inkluża l-VAT.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswa lill-Korporazzjoni Enemalta biex jiġġenera 100MW elettriku mill-Power Station tal-Marsa u ta' Delimara rispettivament? X'inhi l-current selling rate - tariff per 1kw/h, mingħajr purchasing power adjustment? X'inhi t-total electricity generation capacity f'MW bħalissa? X'inhi d-daily current electricity demand tal-konsumaturi f'dawk li huma MW?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26600 u ċioe: filwaqt li huwa pass pożittiv li tħabbar li sa fl-aħħar l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi se tibda ġġib fuq il-website tagħha lista tas-certified installers tas-sistemi solari f’pajjiżna, jista' l-Minsitru jgħid meta l-gvern beħsiebu jintroduċi regolamenti kif ġie issuġġerit mill-Institute of Engineers sabiex l-istallazzjoni u s-certification tas-sistemi fotovoltajiċi f’pajjiżna jibdew isiru minn tekniċi kwalifikati kif ukoll minn inġiniera bil-warrant?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għall-promozzjoni ta’ enerġija alternattiva (2009/28/EC) dwar l-istallazzjoni ta’ teknoloġiji ta’ enerġija li tiġġedded, mhux biss solari fejn tesiġi li dawn l-istallazzjonijiet ikun iċċertifikati, tidħol fis-seħħ mis-sena 2012.
Tajjeb li ngħid li Malta ma qagħditx tistenna dan it-terminu peress li diġà huwa meħtieġ li l-istallazzjonijiet tas-sistemi fotovoltajiċi ikunu nstallati minn inġiniera elettriċi bil-warrant skont ir-regoli ta’ istallazzjonijiet elettriċi eżistenti bħal kull istallazzjoni elettrika oħra.
Fl-istess waqt, peress li d-direttiva għandha firxa wiesa għas-sistemi kollha ta’ teknoloġiji ta’ enerġija li tiġġedded, qed jitħejjew korsijiet minn istituzzjonijiet akkreditati biex sa dak iż-żmien l-istallaturi kollha, kemm tekniċi kwalifikati u enġiniera bil-warrant ikunu imħarrġin sew fil-qasam u s-suq ikollu tekniċi mħarrġa għar-rigward.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26788 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid Malta xi kemm tesporta hazardous waste – skart perikoluż – f’tunnellati kull sena? Lejn liema pajjiżi jiġi esportat dan l-iskart? X’kienu l-figuri mis-sena 2008 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li mis-sena 2008 sal-lum, ġew esportati dawn l-ammonti;
2008: 1966.06 Tunellati li marru l-Ġermanja, Spanja, il-Belgium, Netherlands, l-Austria, Franza u l-Korea.
2009: 1850.89 Tunellati li marru l-Ġermanja, Spanja, il-Belgium, l-Austria u l-Italja.
2010: L-informazzjoni għadha mhijiex konkluża.
2011: L-informazzjoni għadha mhijiex konkluża.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26738, rigward il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, jista l-Ministru jgħid:
a) kemm ħadet
overtime
fis-snin 2008 - 2010 u
time-off in lieu
fis-snin 2008 - 2011, xahar b'xahar;
b) jekk l-approvazzjoni tal-overtime u time off in lieu hijiex tal-Permanent Secretary u jekk dan għandux konnessjoni mal-persuna konċernata;
ċ) jekk din il-persuna tieħux xi allowances oħra bħal, per eżempju, qualification allowance, mobile / telephone expenses, car allowances eċċ
jew għandhiex karozza tal-kiri mħallsa mill-Gvern;
d) jekk għandha qualification allowance, jekk din id-degree ġietx sponsored u approvata mill-Gvern? Jekk iva, din minn liema Università ngħatat, jekk il-kors kienx full-time u f'liema perjodu /snin sar; u
e) x'inhu l-grad preżenti tal-persuna u jekk ingħatatx xi promozzjoni bejn l-2008 - 2010?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra peress li ċertu nformazzjoni għadha qed tinġabar.
Università ta' Malta — lecturing staff - full-time
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk li ġew impjegati full-time bħala parti mil-lecturing staff tal-Università ta' Malta mill-2005 sal-lum? Kemm daħlu bħala professuri, kemm daħlu bħala lecturers bid-dottorat? Kemm daħlu bħala assistant lecturers bil-Masters u kemm hemm lecturing staff mingħajr kwalifika ta' Masters?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li kien hemm 162 li ngħataw impjieg full-time bħala lecturing staff. Bħala Professuri ġew impjegati tnejn u sitta bħala associate professors. Kien hemm 28 lecturer li ġew impjegati bid-Dottorat, 87 assistant lecturer bil-Masters u 34 assistant lecturer mingħajr Masters.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta twaqqaf l-Environment Fund? X'użu sar minnu tul is-snin? X'bilanċ hemm fih bħalissa? Kif qed jiġi funded bħalissa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l- Environment Protection Fund ( EPF) kien gie mwaqqaf fl-2005, skont Art 18, Part VIII tal-Environment Protection Act (EPA).
F'Ottubru 2005, il-MEPA iddepositat fl-EPF is-somma ta' Lm150,000 mill-fond tal-EIPP bil-hsieb li dawn il-flejjes jigu mhallsa lura mill-multi tal-littering .
Kien infetah joint bank account fejn il-firmatarji kienu r-rapreżentanti mill-MEPA u mill-EPF.
Parti sostanzjali mill-Lm150,000 gew użati biex jiffinanzjaw kampanja ta' edukazzjoni fuq il-littering li qamet Lm37,000, kif ukoll fuq ingaggar ta' servizz ta' gwardjani lokali li sewa' Lm98,000. Bhalissa hemm bilanc ta' €18,027.28 fil-kont bankarju tal-EPF.