Billi ftit ġimgħat ilu ħarġet applikazzjoni biex jingħaqdu persuni mal-gvern u/jew mal-privat li jistgħu jaħdmu reduced hours u jkomplu bit-taħriġ sportiv tagħhom fil-ħinijiet l-oħra jekk ikunu verament sportivi f'dixxiplini partikolari, tista' l-Ministru tgħid kemm għandu ħsieb il-gvern jakkomoda nies fil-kuntest ta' din is-sejħa ta' applikazzjonijiet u kemm applikaw sportivi s'issa? Minn liema dixxiplini ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M'hemm ebda limitu kemm impjegati mis-settur pubbliku jistgħu jibbenefikaw mill-iskema 20/20 Sports Training Leave Scheme li fiha atleti nazzjonali jingħataw sa massimu ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa b’leave bi ħlas biex ikunu jistgħu jagħmlu t-taħriġ tagħhom.
Bħala parti mill-iskema 20/20 Sports Training Leave Scheme għal impjegati li jaħdmu fis-settur privat, il-Gvern alloka €150,000 fis-sena biex minnhom titħallas il-paga tal-atleti fil-ħin li jkunu għat-taħriġ waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom.
Sal-lum, għall-istaġun 2011/2012, hemm seba' (7) atleti li jaħdmu mas-settur pubbliku u żewġ (2) atleti li jaħdmu mas-settur privat li qed jibbenefikaw mill-iskema ta’ 20/20 Sports Training Scheme. Hemm ukoll żewġ atleti oħra li jaħdmu mas-settur pubbliku li l-applikazzjoni qed tiġi evalwata.
L-atleti ġejjin mid-dixxiplini tal-atletika,
football
, ibburdjar,
triathlon,
canoe
u sparar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-complement tal-ħaddiema mal-Public Broadcasting Services u TVM mis-sena 2008 sal-lum?
L-għadd ta’ ħaddiema mal-istazzjon tal-istat mistenni jiżdied jew jonqos matul din is-sena finanzjarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-complement ta’ ħaddiema mal-PBS Ltd kien
2008: 74
2009: 69
2010: 70
2011: 73
Il-kumpanija bħalissa qed tiddiskuti pjan għall-futur u għadha mhix f’pożizzjoni tiddikajra jekk in-numru ta’ ħaddiema hux se jiżdied matul din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus pubbliċi biex ġew importati siġar fl-2008, 2009 , 2010 u 2011? Xi speċi ta' siġar (bl-isem Botaniku u dak Malti jew Ingliż) kienu dawn u x'ammont minn kull speċi ġew importati? Jista' jgħid kemm inxtraw mill-Ministeru tiegħu siġar wara li ġew importati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Tajjeb li nibda billi nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-infieq ta’ flejjes pubbliċi f’importazzjoni ta’ siġar prinċiparjament tal-frottgħandu skop ewlieni li tissaħħaħ il biedja lokali. Dan huwa l-iskop prinċipali tal-Mixtla li hemm San Vinċenz de Paul.
Dawn is-siġar jiġu mpurtati biex jintlaħqu għanijiet li jkunu ntrodotti varjetajiet ġodda u anki dawk li mhumiex daqshekk popolari, imma li huma addatati għall-klima lokali u għat-tip ta’ ħamrija li hawn f’dawn il-gżejjer. Dan ukoll joffri benefiċji mhux biss lill-bdiewa, imma fl-aħħar mill-aħħar lill-konsumatur. Fl-istess ħin dan iservi biex jiddaħħlu speci u varjetajiet li huma aktar reżistenti għall-mard.
Għaldaqstant numru ta’ siġar jinbiegħu direttament lill-bdiewa u lill-dawk interessati fit-tkabbir ta’ siġar tal-frott immedjatament wara li jaslu Malta. Parti kbira minnhom jinżammu mid-Dipartiment tal-Biedja kemm għal skop ta’ riċerka jew jinżammu biex isir tnissil għal użu futur.kif ukoll biex fuqhom isir tilqim (dawk tas-selvaġġ). Dawn tal-aħħar jew jitħawwlu f’ġonna tal-gvern kif ukoll eventwalment jinbiegħu lill-pubbliku.
Fejn jirrigwardja sezzjonijiet oħra ninfurmah li l-Għammieri jagħmlu użu minn siġar jkunu kollha mkabbra hawn jew ġew bħala donazzjoni wara li tkabbru mit-tfal fl-iskejjel. Il-PARK Unit tħawwel siġar imkabbrin fil-mixtla tagħha jew mixtrija minn distributuri lokali. It-taqsima MELP qatt ma importat siġar u għalhekk qatt ma nefqet flus publiċi għall importazzjoni peress li tinqeda bl-ELC għall proġetti tagħha u tikkonferma li l-kuntrattur tagħna ma għamilx użu minn siġar importati minnu jew minn importaturi oħra fil-proġetti tal-MRRA bejn 2008-2011.
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid sa meta hu mistenni li jiġu introdotti l-ismart meters ma' Malta u Għawdex kollu? Sakemm se ddum titħaddem is-sistema tal-estimated billing mill-Arms Ltd u mhux permezz ta' kontijiet attwali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li sa nofs l-2013, il-meters kollha f’Malta u Għawdex se jkunu nbidlu għal smart meters.
Imbagħad tiġi mplimentata t-tieni fażi tal-proġett, jiġifieri dik tal-
commissioning
, fejn il-
meters
jitqabbdu direttament mal-
back office
tal-proġett.
It-tielet fażi tal-proġett hija dik fejn il-kontijiet jinħarġu fuq bażi ta’ qari awtomatiku mill-
ismart meters
. Ninsab infurmat li hija l-mira tal-ARMS li tibda taqleb għall-kontijiet attwali permezz tal-
ismart
meters b’mod progressiv hekk kif dawn jiġu
commissioned
. Diġà qegħdin jintbagħtu kontijiet ta’ dan it-tip lil numru sostanzjali ta’ klienti fl-Imdina, fil-Manikata u fiż-Żurrieq. Huwa ppjanat li sal-aħħar ta’ din is-sena, ma’ dawn jiżdiedu żewġ lokalitajiet oħra f’Malta, u lokalità ġewwa Għawdex.
Billi d-Dipartiment tal-VAT fit-twegiba tiegħu qal li sitt ufficjali tal-VAT Department kienu qed jattendu l-Universita’ fil-korsijiet tad-Diploma in Public Administration u Higher Diploma tal Financial Administration, jista' l-Ministru jgħid f’liema sezzjonijiet tad-Dipartiment jinsabu jaħdmu dawn l-uffiċjali, kif ukoll xi ħsieb hemm dwar id-deployment tagħhom meta jitlesta il-kors?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li tnejn minn dawn l-uffiċjali jinsabu fis-sezzjoni tal-ispettorat, t-tlieta l-oħra jinsabu fis-sezzjoni tar-review u nvestigazzjoni. Wieħed telaq mid-dipartiment għax sab impieg alternattiv.
Il-kors li qed jattendu se jġħinhom aktar biex iwettqu x-xogħol tagħhom b’mod professjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' inspectors fil-preżent fid-Dipartiment tal-VAT? Kemm suppost għandu jkun il-complement? Kemm min numru prezenti ta' inspectors qed jaħdmu direttament taħt l-Operations Directorate u xi jfisser li l-kontrolli fuq il-kotba ta’ ircevuti għandu jsir mill-AFM personnel, kif id-dipartiment qed jgħid li kien qed jikkunsidra?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru attwali ta’ spetturi tal-VAT li jaħdmu fid-Dipartiment huwa ta’ 39 full time, 5 bir-reduced hours, 2 bil-pre-retirement leave, 1 bil-parental leave u 1 sospiż.
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta’
inspectors
li jaħdmu
taħt l-Operations Directorate
huwa ta’ 33
full time
u 2 bir-
reduced hours
.
Il-
complement
approvat ta’ spetturi huwa ta’ 70.
Sabiex l-ispetturi tal-VAT ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq xogħol relatat ma’ investigazzjonijiet u awditjar sar suġġeriment biex xogħol ta’ spezzjonijiet fuq irċevuti fiskali u fuq il-kotba ta’ l-irċevuti fiskali jsir minn 2 uffiċjali ta’ l-AFM li bħalissa huma attaċċjati mad-Dipartiment tal-VAT.
Ir-rapport ta’ inkjesta dwar il-VAT Department nnota li d-Dipartiment qed isib diffikultajiet biex jingaġġa inspectors u jirrakkmanda li għandha issir public call for application.
Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-
call for applications to fill posts of Inspectors at the VAT Department
ħarġitx? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm applikazzjonijiet u kemm nies ġew ingaġġati?
Jekk fl-applikazzjonijiet għal recruitment of inspectors mill-Public Service il-livell ta’ accounts kienx ta’ livell ordinarju u kemm l-Management Personnel Office ipprova skrivani ġodda bi kwalifiċi ordinarji fl-accounts kif id-Dipartiment kien qal li kien ser jiġri fit-tweġiba tiegħu għar-rapport ta’ inkjesta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi din il-call for application għadha ma ħarġitx.
Sal-lum ġew ingaġġati żewġ skrivani ġodda bi kwalifiċi fl-
accounts
.
Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena 2011 sal-lum kemm ħarġu vacancies rriklamati mill-Malta Enterprise? Kemm minn dawn il-postijiet imtlew? X'kien l-istaff complement sa tmiem is-sena l-oħra u x'inhuwa l-istaff complement llum?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-bidu tas-sena 2011 sal-lum il-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd irriklamaw 25 vacany. Min dawn imtlew 9 postijiet.
L-i
staff complement
sa tmiem is-sena 2010 kien 106 impjegat filwaqt li llum il
-complement
huwa ta’ 113.
Peress li dalwaqt jgħaddu tliet snin minn meta għaddiet il-Ligi tal-Liberta’ tal-Informazzjoni mill-Parlament, u ħames xhur minn meta ngħatat it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25002, fejn intqal li għadhom għaddejjin proċessi amministrattivi u taħriġ għall-implimentazzjoni tagħha, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess u x’qed ikompli jżomm lill-Gvern Malti milli jġib fis-seħħ il-leġislazzjoni sħiħa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Interpellanza Numru 26239 u ngħarrfu li l-proċess ta’ preparazzjoni għad-dħul fis-seħħ tal-liġi għadu għaddej.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-sandblasting (eżempju exterior paint work eċċ.) f’żoni residenzjali li ilu bbanjat f’għadd ta’ bliet Ewropej huwiex permess f’pajjiżna jew le? L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt ħarġet xi regolamenti dwar dan? Jekk iva, x’permessi għandu bżonn individwu biex jiġi konformi mal-liġi speċjalment fejn jidħol il-ħarsien tad-drittijiet tal-ġirien?
Peress li f’parti mill-mistoqsija parlamentari 26114 ingħad hekk : "Għandu jingħad li għal żmien twil fil-Korp kienu jeżistu xiftijiet varji b’sigħat ta’ xogħol differenti u huwa fatt magħruf li kien hemm interess mill-maġġoranza tal-membri tal-Korp biex, kemm jista’ jkun, jiġu assenjati biex jaħdmu b’xiftijiet (bħaltal-24 jew 12-il siegħa) li kienu jitolbu numru aktar ta’ siegħat xogħol fil-ġimgħa, u li għalhekk kienu jagħtu lok għall-ħlasijiet akbar fir-rigward ta’ siegħat maħduma fil-Ħdud u Festi Pubbliċi li kienu ġew intitolati għalihom għall-ewwel darba fl-1993 u dan kif dettaljament spjegat fiċ-Ċirkolari interna 63/93 li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra." Jista' l-Minsitru jgħid:
a) Kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li għamlu talba formali għal dawn it-tip ta’ shifts (bħal tal-24 jew 12-il siegħa) kif ta t-tweġibu tiegħu l-Ministru?
b) Kemm ġew approvati talbiet formali sabiex jaħdmu dawn it-tip ta’ shifts (bħal tal-24 jew 12-il siegħa), u kemm ġew rifjutati talbiet bħal dawn?
ċ) Peress li l-Korp għandu record ta’ kemm ħadmu pulizija b’dawn it-tip ta’ shifts, jista’ jagħti dettalji ta’ kemm kien hemm pulizija jaħdmu dawn it-tip ta’ shift b’sena b’sena mis-sena 1993?
d) Kemm kien l-ammont ta’ siegħat b’dawn it-tip ta’ shifts fil-ġimgħa?
e) Kemm tħallsu ta’ siegħat żejda li ħadmu aktar minn 46 siegħa fil-ġimgħa b’dawn ix-shifts (bħal tal-24 jew 12-il siegħa) meta tiġi mnaqqsa l-allowance tal-Ħdud u l-festi pubbliċi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux qiegħed fuq sistema kompjuterizzata. Il-kumpilazzjoni tal-informazzjoni biex tiġi mwieġba fid-dettall kollu mitlub f'din id-domanda tinħtieġ eżerċizzju elaborat ta’ ricerka dwar kull membru li serva fil-Korp tal-Pulizija mill-1993 sallum.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk l-ambaxxati residenti f’Malta humiex obbligati li jonoraw rulings tat-tribunal industrijali Malti?
Response (BORG, TONIO)
Aġenti diplomatiċi jgawdu minn immunità mill-ġurisdizzjoni ċivili u amministrattiva tal-istat ospitant, li jinkludu deċiżjonijiet tat-Tribunal Industrijali ta' Malta, dejjem suġġett għall-eċċezzjoni ċitati f'Artiklu 31 tal-Att dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet Diplomatiċi.
Ir-rapport tal-inkjesta dwar il-VAT jirrakmanda li għandu jsir sforz biex is-sistemi tal-VAT 94 u CET jigu magħluqa għax jidher li dawn is-sistemi qed ifixklu x-xogħol tad-dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid :
X’inhuma l-
arrears of revenue
taż-żewġ sistemi għas-snin 2008, 2009 u 2010?
Kemm minn dawn l-ammonti huma dovuti għal taxxa, penali u interessi?
Għaliex għad hemm sitt kazi mhux deċiżi mit-Tribunal tac-CET meta s-CET spiċċat fl-1999?
Meta saret l-aħħar seduta tat-tribunal tas-CET?
Meta twaqqaf il-bord jew tribunal u min huma l-membri biex jiġu deċiżi sitt kazi biss?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li qed tiġi mitluba dwar l-arrears of revenue tiġi ppublikata kull sena fir-rapport magħmul mill-Awditur Ġenerali.
Rigward is-sitt każi mhux deċiżi mit-Tribunal taċ-CET, dawn tħallew pendenti mit-Tribunal taċ-CET meta dan skadielu t-terminu.
L-aħħar seduta tat-Tribunal taċ-CET saret f’Jannar 2008.
Bħalissa m’hemmx bord jew tribunal biex jiġu deċiżi dawn is-sitt każi u d-dipartiment qed jipprova jasal fi ftehim mal-persuni konċernati sabiex il-każijiet jiġu konklużi u ma jkunx hemm ħtieġa li jitwaqqaf tribunal ieħor għal perjodu ta’ tliet snin sabiex jiġu deċiżi biss dawn is-sitt każijiet.
Ir-rapport tal-inkjesta dwar il-VAT nnota li fid-Dipartiment tal-VAT il-moral tal-ħaddiema kien wieħed baxx. Aktar min hekk, irrakkmanda li l-image tad-dipartiment kellu jitjieb. Il-Kummissarju ma caħadx li l-Assistant Directors ma kenux involuti fit-tfassil, twettiq u moniteraġġ tal-policies tad-dipartiment fl-għola forum tad-Dipartiment qabel il-każ. Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jitfassal pjan biex isir jew sarx rebranding tad-dipartiment biex jgħolli l-moral tal-istaff u jipprova jirbaħ il-kredibilità fost il-persuni rreġistrati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-management tad-Dipartiment tal-VAT għamel laqgħat ad hoc mal-sssistenti diretturi fejn kienu jintalbu feedback fit-tfassil u t-twettiq ta’ policies tad-dipartiment. Fir-rigward ta’ moniteraġġ tal-policies, dan kien parti mir-responsabilitajiet tal-assistenti diretturi skont il-performance agreement.
Id-dipartiment m’għandux il-ħsieb li għalissa jagħmel proċess ta’
rebranding
.
Fit-twegiba tad-Dipartiment tal-VAT għar-rimarka tal-Bord ta’ inkjesta rigward in-nuqqas ta' accountability u risk awareness at various levels tal-management għandu ċerti riservi dwar il-konklużjonijiet tal-Bord. Id-Dipartiment daħal fil-fond biex juri l-veduti tieghu b’mod partikolari l-obbligi ġodda bid-dħul ta Malta fl-UE li jenħtieg li d-Dipartiment jkun presenti fi Brussels għal diversi kumitati. Aktar minn hekk minħabba nuqqas ta' staff ma kienx hemm persuna waħda li setgħet tagħmel upgrading ta' job descriptions.
Jista' l-Ministru jgħid :
Kemm huwa n-numru ta' safriet li saru minn membri tal-istaff tal-VAT matul is-snin 2008, 2009 u 2010?
X’inhuma il-gradi tal-persuni li attendew?
F’liema fora ħadu sehem?
Kemm-il darba l-istaff ta’ Dar Malta fi Brussels iffurmaw parti mid delegazzjonijiet tal-VAT Department?
Jekk jaqbilx li s-safar min-naħa tad-Dipartiment għandux jiġi razzjonalizzat speċjalment meta ninsab infurmat li hemm speċjalisti fi Brussels innifsu dwar dan il-qasam?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ safriet li saru minn membri tal-istaff tal-VAT fis-snin 2008, 2009 u 2010 kien ta’ 245.
Dawn kienu jikkonsistu f’ laqgħat, normalment ta’ ġurnata, ġewwa Brussell. Dawn il-laqgħat huma:
KUNSILL: Working Party on Tax Questions;
KUMMISSJONI: VAT Committee; Working Party No.1; Standing Committee on Administrative Cooperation (SCAC); Sub Committee on Information Technology(SCIT); Advisory Committee on Own Resources; Fiscalis Committee; Recovery Committee; Eurofisc; Eurocanet; Anti-Tax Strategy Group; Meeting of the Deputy Directors General.
Il-gradi tal-uffiċċjali li jattendu dawn il-laqgħat huma Direttur Ġenerali, Direttur, Assistant Direttur, Project Manager(MITA), Software Developer(MITA), Uffiċcjal Prinċipal Anzjan u Uffiċċjali Prinċipal.
Dawn il-laqgħat jirrikjedu l-attendenza regolari ta’ uffiċċjali involuti direttament fl-amministrazzjoni, fl-operat, fl-infurzar, fl-interpretazzjoni tal-liġi tal-VAT, fl-informatika jew fit-teħid tad-deċiżżjonijiet. Tant li kemm il-kunsill kif ukoll il-kummissjoni jħallsu l-spejjeż tal-vjaġġ. Id-Dipartiment tal-VAT jibgħat biss rappreżentant wiehed f’dawn il-kumitati filwaqt li l-maġġoranza qawwija tad-delegazzjonijiet l-oħra jkunu magħmula minn diversi uffiċċjali ta’ kull pajjiż membru..
Dawn il-laqgħat jirrikjedu
follow-ups
mid-Dipartiment tal-VAT. Għaldaqstant m’huwiex il-każ li għal-laqgħat bħal dawn jattendi biss l-Attachè Fiskali mir-Rappreżentanza ta’ Malta fi Brussell.
Id-Dipartiment tal-VAT jipparteċipa wkoll f’
seminars
ta’ jumejn u nofs sponsorjati mill-Kummissjoni Ewropeja taħt il-Pogramm Fiscalis rigward l-interpretazzjoni u l-implementazzjoni tad-diversi miżuri tad-Direttiva tal-VAT u tar-Regolamentazzjoni tal-VAT kif ukoll
multi-lateral controls
organizzati flimkien ma’ stati membri oħra.
Il-gradi tal-uffiċċjali li normalment jattendu dawn is-seminars huma Direttur, Assistent Direttur,
A
ccountant, Project Manager, Software Developer, Programmer, Uffiċjal Prinċipal Anzjan, Uffiċċjal Prinċipal, Uffiċċjal Assistant Prinċipal, Uffiċċjal Eżekuttiv filwaqt li għall-
multi-lateral
controls jattendu spetturi tal-VAT fil-grad ta’ Uffiċċjal Prinċipal, Uffiċċjal Assistent Prinċipal, Uffiċċjal Eżekuttiv u Skrivan Anzjan.
Fit-tweġiba preċedenti tiegħu d-Dipartiment tal-VAT qed jgħid li sar reklutaġġ ta' ħames accountants u ħames economics officers, jista' l-Ministru jgħid meta ġew ingaġġati dawn l-ufficjali? Jekk illum kienx hemm żieda jew nuqqas fin-numru tan-nies ngaġġati? Jekk ix-xogħol taghhom huwiex relatat mal-kwalifici li għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li 2 accountants ġew trasferiti mit-Tax Compliance Unit fis-6/5/2009 u fis-7/7/2009, rispettivament, filwaqt li 3 accountants ġew ingaġġati permezz ta’ 2 sejħiet għal applikazjoni fis-27/1/2010, fl-1/2/2010 u fl-24/5/2010, rispettivament.
L-
Economics Officers
ġew ingaġġati b’sejħiet fil-25/1/2010, fl-1/2/2010, fid-19/4/2010, fit-3/5/2010 u fil-15/12/2010, rispettivament.
Ninsab infurmat wkoll li n-numru ta’ nies impjegati fid-Dipartiment tal-VAT naqas u għalkemm ħarġu sejħiet għal spetturi tal-VAT, dawn ma kienux imtlew għax ma nstabux kandidati addattati biex jimlew il-vakanzi.
Minkejja li kien hemm żieda fin-nies ingaġġati kien hemm 21 uffiċċjali oħra li telqu mid-Dipartiment għaliex jew ħadu ħatriet oħra jew tkeċċew jew għax irtiraw bil-pensjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-complement tal-SAG mis-sena 2008 sal-lum? X'inhuma l-pjanijiet konkreti tal-gvern dwar l-SAG għall-ġejjieni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri tal-Korp fit-Taqsima tal-S.A.G. mhuwiex wieħed fiss u jvarja minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tas-servizz. Huwa maħsub illi fil-futur din l-iskwadra tkompli tissaħħaħ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm membri tal-istaff tal-Ministeru fuq id-Direttorat Ambjentali tal-Ministeru konnessi mal-proġett Eko-Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fid-Direttorat Eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali hemm 8 membri tal-istaff, flimkien ma' impjegata oħra li bħalissa qed tibbenefika minn parental leave.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk Malta rratifikatx il-European Landscape Convention? Jekk le, għaliex? Jekk din ir-ratifika għadha ma saritx, meta mistenni li sseħħ?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li Malta s'issa għadha ma rratifikatx il-European Landscape Convention.
Rigward ir-raġuni għaliex Malta għadha ma rratifikatx din il-konvenzjoni u meta mistennija li tagħmel dan, nitlob lill-Onorevoli Membru biex jindirizza dawn il-mistoqsijiet lill-Ministeru konċernat.
Billi sa tmiem Lulju kien hemm 81 ordni ta' infurzar fuq dipartimenti tal-gvern jew entitajiet governattivi, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown dettaljat ta' dawn il-pendenzi kollha, kif ukoll ta' kemm kull każ imur lura fiż-żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’ xi seduta oħra.