Pembroke — Triq Pietru D'Armenia - sistema tad-dawl tat-triq
Question
Tista' l-Ministru tgħid:
a). jekk tafx li Triq Pietru D'Armenia f'Pembroke qed tkun għal żmienijiet twal fid-dlam;
b) jekk tafx li din il-problema hija riżultat tax-xogħol ħażin li sar meta saret is-sistema tad-dawl tal-istess triq;
ċ) kemm tħallas il-kuntrattur li kien għamel ix-xogħol tas-sistema tad-dawl tat-triq;
d) jekk qabel ma tħallas dan il-kuntrattur saritx ċertifikazzjoni tax-xogħol u jekk iva, ix-xogħol ġiex ċertifikat tajjeb;
e) jekk itteħdux passi kontra l-kuntrattur issa li qed jirriżulta li x-xogħol ma kienx sar tajjeb; u
f) għaliex l-Awtrorità tad-Djar bdiet tieħu xi azzjoni issa biex jerġa' jsir ix-xogħol mill-ġdid, meta l-kunsill ilu jitlob lill-Awtorità tad-Djar mill-2009 biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Filwaqt li jiġi ċċarat li l-Awtorità tad-Djar ma hiex responsabbli għad-dawl li jinsab fit-triq madankollu fl-inħawi hemm siti A5-A11 li għandhom dawl komun fuq barra.
L-Awtorità tad-Djar qed tagħmel rapport tekniku dwar ħsarat li hemm fid-dawl ta’ dawn is-siti u se tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex isewwi l-ħsarat u tevalwa l-passi oħra li jistgħu jittieħdu mill-aktar fis possibbli.
MEPA — każ tad-Dwejra - kopja tal-permess fuq is-sit
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex kopja sħiħa tal-permess kif maħruġ mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar l-iffilmjar fid-Dwejra ma tpoġġiex fuq is-sit elettroniku tal-awtorità stess minnufih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li minħabba li din hija talba għal-attivita temporanja għal-attivitajiet u mhux għall-iżvilupp permanenti, toħroġ komunikazzjoni bil-kundizzjonijiet. Dawn il-komunikazzjonijiet ma jitpoġġewx fuq il-website tal-MEPA.
Economist Intelligence Unit — esportazzjoni u importazzjoni ta' żejt
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni uffiċjali tal-gvern għall-fatt li Malta kif indikat l-Economist Intelligence Unit tidher li esportat żejt aktar milli importat meta pajjiżna mhuwiex produttur taż-żejt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew konklużi kirjiet għall-uffiċini minn kumpaniji tal-informatika fi Smart City u liema huma? Meta ġew finalizzati dawn il-kirjiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 28902.
Imtarfa — Dar tal-Anzjani - rapporti dwar molestji sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta waslu l-ewwel rapporti dwar molestji sesswali minn min kien qed imexxi d-dar tal-anzjani fl-Imtarfa? Meta tneħħiet il-persuna konċernata u meta ġew avżati l-Pulizija b'dan kollu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment konċernat dejjem jaġixxi b'mod immedjat u per proċedura jiġu mgħarrfa l-Pulizija għal kull investigazzjoni li jidrilhom huma, kif ukoll il-persuna tiġi sospiża skont ma jipprovdi r-regolament tal-Public Service Commission.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24188, tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm konsulenti oħrajn tal-Public Broadcasting Services li qed jitħallsu mill-Ministeru innifsu u/jew minn xi għejun oħra? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx xi ismijiet li għandhom jiżdiedu ma' dawk li ġew mogħtija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24188?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni attwali tal-Gvern Malti dwar il-landfill għal skart perikoluż li l-Gvern ilu jippjana għadd ta' snin u li għadha qed tistenna l-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Billi ftit ilu ta x’jifhem li dan il-proġett kien għadu qed jiġi mbuttat 'il quddiem b’impenn, iżda billi riċentement l-Onor. de Marco fil-Parlament ta x’jifhem li l-gvern seta' kellu r-riservi tiegħu dwar landfill ġdida, jista' jgħid jekk kienx se jkun hemm u turn ġdida mill-gvern dwar dan u bdil fil-politika tiegħu dwar hazardous waste landfill kif ilu ppjanat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-landfill imsemmija għadha fil-pjanijiet tal-gvern u hija parzjalment mibnija u tifforma parti mill-Għallis. Din għandha tibda topera ladarba jkun zviluppat impjant għas-separazzjoni u t-trattament ta’ l-iskart perikoluz u meta konsegwentement jinħareg il-permess tal-IPPC. L-impjant imsemmi għas-separazzjoni huwa neċessarju għax mhux kull tip ta’ skart perikoluż jista’ jintefa direttament fil-landfill iżda ġeneralment irid ikun trattat.
L-Onor de Marco f’din il-Kamra qal li
landfill
ma jistax ikun l-uniku jew l-aħħar soluzzjoni għad-dizpożizzjoni ta skart perikoluż, u dan minħabba il-fatt li ċ-ċokon ta pajjiżna ma jippermetiex li l-użu ta
landfills
ikunu soluzzjoni aħħarija.
Għalhekk pajjiżna qiegħed u ser ikollu jkompli juża mezzi oħrajn biex jiddisponi minn dan l-iskart, dejjem skont in-normi u regolamenti ambjentali.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — rapport ippubblikat
Question
Jista' l-Ministru jgħid, billi għaddew għadd ta' snin minn mindu ġew ippubblikati r-rapporti tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi, meta mistenni jsir dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapporti annwali ta’ Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi għas-snin 2008, 2009 u l-2010 se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra sal-aħħar ta’ Novembru 2011. L-audited accounts għal dawn is-snin ma setgħux ikunu konklużi minħabba kwistjoni relatata mat-taxxa li kienet identifikata mill-awdituri u li kellha tkun indirizzata liema kwistjoni pendenti issa ġiet solvuta.
Din l-informazzjoni diġà saret pubblika fil-ġranet li għaddew f’wieħed mill-ġurnali lokali
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta bdew jintużaw l-Air Quality Monitoring Stations taż-Żejtun, l-Msida, Kordin, Ħ'Attard u l-Għarb, Għawdex? Min kien stallahom u kkalibrahom qabel ma bdew jintużaw? Kemm-il darba ġew kalibrati minn meta ġew stallati u min minn? Jista' jgħid jekk dawn humiex ċertfikati u minn liema awtorità jew ditta sar u qed jsir dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istazzjonijiet għall-kejl fiss tal-monitoraġġ tal-arja ġew installati hekk kif mniżżel hawnhekk:
a) Kordin f'Lulju tal-2004
b) Żejtun u Msida it-tnejn li huma f'Lulju tal-2006
c)L-Għarb, Għawdex f'Ġunju tal-2007
d) Ħ'Attard f'Ottubru tal-2010.
L-istazzjon ta' Kordin ġie nstallat u kkalibrat mill-aġenti lokali tal-kumpanijja Environment S.A. f' Malta li huma l-kumpanija Technoline Ltd.
L-istazzjonijiet ta' Żejtun u Msida ġew installati u kkalibrati direttament mit-tekniċi tal-kumpanijja Environment S.A.
L-istazzjon tal-Għarb ġie nstallat u kkalibrat direttament mit-tekniċi tal-kumpanijja Air Monitors.
L-istazzjon ta' Ħ'Attard ġie nstallat u kkalibrat mit-tekniċi tal-MEPA bl-għajnuna tal-aġenti lokali għall-kumpanija Monitor Europe li huma Joseph Cachia & Sons Ltd. (part of the Demajo Group).
L-istrumenti kollha ta' kull stazzjon jiġu ikkalibrati kemm il-darba ikun neċessarju u mhux anqas minn 2-3 darbiet f'sena. Fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Ambjent hemm team ta' nies li xogħolu huwa li jieħu ħsieb l-operat ta' dawn l-istazzjonijiet u dan jinkludi ukoll l-ikkalibrar ta' dawn l-istrumenti. Ġieli jkun il-każ li xi strument ikollu bżonn jintbagħat barra minn Malta għall-kalibrazzjoni per eżempju f' Diċembru li għadda l-istrument għall-ġenerazzjoni tal-ożonu ntbagħat l-Ingilterra għand il-kumpanijja AEAT sabiex jiġi kkalibrat. Fil-każ tal-kalibrazzjoni li ssir mill-istaff tekniku tal-MEPA, jintużaw calibration gases u tagħmir tal-kalibrazzjoni li huma akkreditati skond EN 17025. Fl-isfond tal-proġett tal-fondi strutturali rigward il-monitoraġġ ambjentali l-Mepa bi ħsiebha tixtri aktar tagħmir tekniku bil-għan li jgħinha ttejjeb l-objettivi għall-kwalita' tad-data, u b'mod partikulari dan il-proġett ser jagħti iżjed għodda biex it-tekniċi tal-MEPA jkunu jistgħu iżjed jikkalibraw l-istrumenti bl-aħjar mod possibli.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-awtorizzazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex il-Korporazzjoni Enemalta taħraq il-mercaptans fis-sena 2009 kif ukoll id-dokumentazzjoni speċifika li turi liema sit jew siti li l-awtorità awtorizzat bil-miktub biex u fejn isir dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif jaf l-Onor Interpellant bħalissa għaddejja Investigazzjoni Ufficjali (Official Enquiry) mill-Ministeru għall-Finanzi. Fiċ-cirkostanzi jkun għaqli li l-Informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tingħata wara li tigi konkluża u publikata din l-investigazzjoni.
investigazzjoni dwar skart elettroniku mormi mill-GRTU
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minnha u f'liema data speċifika ġiet imnedija l-investigazzjoni min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tiġi investigata l-allegazzjoni li għamilt, li l-GRTU kienet allegatament rmiet skart elettroniku kuntrarju għall-provvediment tal-WEEE, ir-regolamenti tat-tagħmir elettroniku? Jista' jikkonferma rapporti li dehru fil-media dwar barriera fejn allegatament ġie mormi dan l-iskart? Minn dak iż-żmien 'il hawn x'passi ttieħdu kontra min rema dan l-iskart allegatament kontra r-regolamenti stipulati mil-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-investigazzjoni tal-MEPA fuq l-allegazzjoni li huwa għamel fuq dan ir-rigward għada għaddejja. L-investigazzjoni bdiet fil-11 ta' Ottubru, 2011. L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub illi jagħti id-dettalji dwar il-barriera fejn allegatament inxteħet dan l-iskart elettroniku.
Tista' l-Ministru tgħid liema kienu dawk il-ħwienet li tneħħew mis-sistema wara li nqabdu jabbużaw bl-iSmart Card? Liema kienu dawk il-ħwienet l-oħra li kienu sospiżi għal xi żmien minn din l-iskema minħabba abbużi simili?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minħabba li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura Kummerċjali u għalhekk tista’ tkun sensittiva ikun aħjar li din l-informazzjoni ma tingħatax. Madankollu għas-sodisfazzjoni tal-Onor Membru nista’ ngħaddilu l-lista b’mod privat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27911 u ċioe: Billi sa tmiem Lulju kien hemm 81 ordni ta' infurzar fuq dipartimenti tal-gvern jew entitajiet governattivi, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown dettaljat ta' dawn il-pendenzi kollha, kif ukoll ta' kemm kull każ imur lura fiż-żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi waqt li kienu qed jiġu analizzati l-81 ordni ta’ infurzar imsemmija fit-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 25977, irriżulta illi dawn kienu jinkludu 13 oħra maħruġa kontra dipartiment/awtorita' bħala s-sidien tal-art mhux bħala contravenors, 4 oħra simili maħrugin fuq l-M.I.P., li ma kienux inklużi, u ieħor li ma kellux x' jaqsam. B' hekk it-total maħruġin kontra Dipartimenti tal-Gvern u Entitajiet oħra governattivi, jammonta għal 67 ordni ta’ infurzar, fil-perjodu msemmi. Inoltre, peress li Enforcement Orders li nħargu fuq iktar minn Dipartiment wieħed kienu magħduda separatement, fil-fatt irriżulta li nħarġu f'59 ordni ta' infurzar differenti.
Minn dawn il-59 Enforcement Orders, hemm 43 li għadhom attivi, filwaqt illi 16 oħra kienu ngħalqu.
Id-dettalji li talab l-Onor. Interpellant fuq dawn id-59 Ordni ta' Infurzar huma mniżżla fil-lista mehmuża.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 27910 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk Malta rratifikatx il-European Landscape Convention? Jekk le, għaliex? Jekk din ir-ratifika għadha ma saritx, meta mistenni li sseħħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Malta ffirmat il-European Landscape Convention, magħrufa wkoll bħala l-Konvenzjoni ta’ Firenze, fl-20 ta’ Ottubru 2000 (il-jum li kien miftuħ għall-firma). Il-Gvern bħalissa qiegħed iwettaq evalwazzjoni komprensiva dwar jekk l-istrument tar-ratifika għandux jiġi ddepożitat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27872 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe jikkonferma li dehru fil-media li uħud mill-ġebel li qed jintuża għall-bini tal-Parlament il-ġdid se jittieħed minn barriera fil-Qala f'Għawdex li għandha notifika ta’ infurzar li minħabba f’hekk għadu ma nħarġilhiex il-permess ambjentali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li m’hemmx notifika ta’ infurzar fuq il-konfini u l-operat tal-barriera li minnha se jinxtara uħud mill-ġebel għall-bini tal-Parlament il-ġdid.
Kien hemm notifiki ta’ infurzar minħabba llegalitajiet li saru fil-madwar tal-barriera u mhux fil-barriera nfisha. Uħud minn dawn in-notifiki ngħalqu wara li l-illegalità tneħħiet, oħrajn għadha qed tittieħed azzjoni fuqhom.
Billi min kien għamel rapporti lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xi sentejn ilu kien wiegħed li kienu se jittieħdu passi dwar rimi ta' skart goff ġo Wied Sara li huwa parti mill-Wied tal-Grazzja f’Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħid x’passi effettivi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn dak iż-żmien 'l hawn? Ninsab nfurmat li fil-fatt ma sar xejn, u l-iskart imtela qasab u ħaxix ħażin u qed jieħu post pjanti rari? Jista' jinvestiga rapporti li wasluli li r-rimi sar minn farm house biswit il-wied? Jekk iva, x’passi ttieħdu biex tiġi regolarizzata l-pożizzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi l-MEPA ħadet azzjoni billi kien inħareg Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq ECF 1130/09 datat f'Ottubru, 2009 kontra s-sid ta' farmhouse biswit il-Wied ta' Sara minħabba f'varjazzjonijet mill-permess ta' żvilupp PA 6304/02 kif ukoll minħabba fi tfiegħ illegali ta' terrapien fil-wied. Eventwalment kienet saret applikazzjoni sanatorja PA 5053/09 liema applikazzjoni qeda tkun proċessata. Din l-applikazzjoni kienet sottomessa fit-terminu stabbilit fil-liġi u għalhekk il-MEPA ma tistax taġixxi biex tneħħi l-illegalitajiet qabel tkun deċiża. Sadanittant jien infurmat li minn spezzjoni li saret fit-18 t'Ottubru, 2011 ġie ikkonfermat li ma sar ebda xogħol ġdid bi ksur tal-Avviż. Għal daqstant l-awtorità se tibqa' ssegwi l-każ sa ma' jkun mitmum il-proċess tal-applikazzjoni indikata, hekk kif hi legalment marbuta li tagħmel.
Fiera Intrapriża Malta — nies mistednin għar-riċeviment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mistednin nies għar-riċeviment li sar fl-okkażjoni tal-Fiera Intrapriża Malta għall-intrapriżi ż-żgħar fil-Malta Fairs and Convention Centre? Kemm ġie jiswa r-riċeviment kollu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li għar-riċeviment waqt l-attivita Intrapriża Malta kien hemm madwar 700 persuna li attendew. L-istima għal dan ir-riċeviment hija ta €7,000.
Transport Malta — Chief Officers - pakketti finanzjarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-pakketti finanzjarji li qed igawdu minnhom iċ-chief officers ta’ Transport Malta? Kemm hemm chief officers b’kollox huma x’inhuma l-areas of responsibility tagħhom ilkoll?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għandha disa' chief officers. L-areas of responsibility huma murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-pakketti finanzjarji taċ-
chief officers
ta' Transport Malta jvarjaw bejn €39,000 u €64,000 fis-sena skont il-kuntratti rispettivi.
allowances
oħra jinkludu karozza jew
allowance
għall-karozza,
fuel, performance bonus
(sa massimu ta' 15% tas-salarju fis-sena),
telephone/mobile
,
internet u
insurance
medika.