Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' użura li tressqu l-Qorti f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm ingħataw sentenzi mill-Qrati Maltin dwar dawn il-każijiet? X'penali weħlu l-akkużati li instabu ħatja f'kull każ, sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-2002 sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena kien hemm 66 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi relatati ma' użura. Infurmat ukoll illi matul l-istess perijodu kien hemm 26 persuna li kellhom il-każ tagħhom deċiż; 6 kienu ġew liberati, wieħed miet matul il-proċeduri, filwaqt li l-oħrajn ġew mogħtija sentenzi li kienu jinkludu ħabs, ħabs u multa, ħabs u multa u li jirrifondi l-flus lill-vittma, sentenza sospiża, sentenza sospiża u multa; multa u probation.
Skola Primarja tal-Kulleġġ Santa Klara — uniformijiet
Question
Tista' l-Ministru tinvestiga l-ilment ta' għadd ta’ ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fl-iskola Primarja tal-Kulleġġ Santa Klara, f'San Ġwann dwar il-kwistjoni tal-uniformijiet ta’ uliedhom peress li wara li dawn irċevew ittra mill-iskola ta' uliedhom subien biex jaraw l-uniformijiet il-ġodda fuq il website tal-kulleġġ, ħafna bdew jieħdu passi immedjati biex jixtru qomos bojod u qliezet griżi skont kif talbet l-ittra u wara ftit huma ġew mgħarrfa mill-Prinċipal tal-Iskola li kellhom jixtru wkoll qomos bl-istriples vjola u bojod għax skont ma qalu s-suppliers tal-iskola dawk kien qed ibiegħ u dawn it-tip ta’ qomos jiswew aktar minn erba' darbiet aktar mill-qomos l-oħra (E13 b’paragun ma' E4)? Tista' tinvestiga l-ilment ta' madwar mitejn ġenitur, peress li l-ġenituri jħossu li jekk sar xi żball min-naħa amministrattiva tal-iskola m'għandhomx ikunu huma li jħallsu u jagħmlu tajjeb għal dan, peress li l-ġenituri ġew mgħarrfa minn uliedhom li se jiġu kkastigati ladarba ma jkollhomx il-qomos vjola u lanqas jibdew jitħallew jattendu ħarġiet tal-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ġenituri qatt ma rċevew bil-miktub li l-qmis hija bajda. Huwa minnu li fuq il-websajt ir-rigi vjola ma jidhrux. Però anke l-kulur seta’ jkun ieħor (eż: Kafe latte, griż ċar). Il-ġenituri ingħataw l-informazzjoni dwar min kien qed jipprovdi l-uniformi wara li l-kuntrattur rebaħ is-sejħa għall-applikazzjoni biex juri nteress biex jipprovdi.
Infurmata li fl-ittra li ntbagħtet mill-Prinċipal issemma l-isem ta’ min kien ħa t-
tender,
u allura s-
supplier
tal-uniformi. Kull min mar għandu jistaqsi għall-uniformi tal-iskejjel ta’ Santa Klara dejjem ingħata l-qmis
striped
li tifforma parti mill-uniformi. Il-qomos bojod ma ssemmew qatt u min kellu diffikultà dejjem seta’ jċempel l-uffiċċju tal-Kulleġġ, jibgħat
e-mail
jew jikteb.
L-istudenti jridu jmorru l-iskola bl-uniformi approvata mid-direttorat, f’dan il-każ bil-qmis
striped
.
Jista' l-Ministru jgħid il-kumpanija Integrated Solutions kemm ħadet tenders tal-Gvern u/jew ta' kumpaniji parastatali matul din il-Leġislatura?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li sal-14 ta’ Novembru 2011, il-kumpanija Integrated Solutions ma ngћatat l’ebda kuntratt permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti matul din il-leġislatura.
Billi ftit jiem ilu ċ-Chief Executive Officer ta' Transport Malta qal lill-istampa li l-entità li huwa jmexxi waħħlet xi multi ta' xi eluf ta' euros minn Settembru 'l hawn, jista' l-Ministru jgħid b'mod aktar konkret għal kemm kienu jammontaw dawn il-multi u kif kienu mifruxa fuq il-medda taż-żmien involut?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — Skola privata Newark - biddliet fil-location
Question
Tista' l-Ministru tgħarraf lill-Kamra kemm u x'tip ta' ilment rċieva d-Dipartiment tal-Edukazzjoni u jew il-Ministeru tagħha matul din il-leġislatura dwar l-iskola privata Newark li biddlet il-location tagħha xi sena ilu, kif ukoll tagħti rendikont tal-ischool population tagħha tul l-aħħar erba' snin flimkien mal-ismijiet tal-persuni li f'isimhom kienet u llum tinsab irreġistrata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat tal-Kwalita u Standards fl-Edukazzjoni irċieva żewġ ilmenti dwar l-iskola msemmija.
· F’Ġunju 2010 kien hemm ilment minn ġenituri li uliedhom kienu qed ikunu
bullied
mill-għalliema u ma ġewx ittrattati sew minnhom.
· F’ Novembru 2011 kien hemm diversi ilmenti li l-iskola kienet qed tkun ta’ inkonvenjent lill-ġirien minħabba storbju mill-istudenti
Iż-żewġ ilmenti ġew investigati u ttieħdu l-passi meħtieġa.
L-informazzjoni dwar il-popolazzjoni tal-iskola f’dan l-aħħar erba’ snin u l-ismijiet tar-reġistrazzjoni tal-iskola qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm il-WasteServ li tiddependi ħafna fuq fondi pubbliċi, għandha tagħti u tieħu mingħand il-kumpanija Green MT? Kemm imorru lura fiż-żmien dawn l-ammonti? Kif se jsir il-ħlas? Se jsiru xi off-sets? Meta mistennija jsiru dawn is-settlements?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl ta’ rapporti li dehru f’sezzjoni tal-istampa lokali li s-senior manager tal-ICT ta’ Transport Malta inqabad iwieġeb it-telefown tal-uffiċċju ta’ kumpanija privata li mhux biss ħadet 26 biċċa xogħol differenti mill-istess awtorità li jaħdem magħha, imma li bħalissa għandha wkoll għadd ta’ tenders oħrajn mitfugħa quddiem din l-awtorità, jista' l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu kontra l-impjegat konċernat, u meta ġiet infurmata l-Pulizija b’dan il-każ? Billi ingħad li Transport Malta nnifisha qiegħda tinvestiga l-każ, jista' jgħid min qed imexxi dan il-każ u jekk huwiex wieħed intern jew ġewx imqabbdin nies indipendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iqisx bħala prattika aċċettabbli li kif ġie kkonfermat dan l-aħħar fuq il-mezzi tax-xandir kellna Segretarju Ġenerali tal-Partit fil-Gvern jiżvela li kellu fil-pussess tiegħu dokumenti tal-Kabinett u studji li ġew ippreżentati lill-istess Kabinett dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku, kif ukoll li jkollok Ministru tal-Gvern li jieħu miegħu u jirreferi għall-Minuti tal-Kabinett f’laqgħa tal-grupp parlamentari tal-istess partit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fiż-żewġ każijiet ingħata l-permess tiegħi bħala Prim Ministru.
bales tal-plastik li ttieħdu l-Magħtab jew fl-impjant tal-WsteServ
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar xahrejn kemm kien hemm bales tal-plastik li ttieħdu l-Magħtab jew fl-impjanti tal-WasteServ fil-madwar? Kien hemm fosthom materjal li suppost kien destinat għall-esportazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bales li ttiehdu fil-kumpless tal-Magħtab mhumiex ta’ plastik tajjeb għar-riċiklaġġ imma huma ta’ materjal hekk imssejjah refuse derived fuel (RDF). Dan ikun taħlita ta’ materjal li jinkludi plastik u karta kif ukoll kontaminanti oħra. Dan il-materjal ma jistax jinbigħ għar-riċiklaġġ bħal ħafna materjali oħra li jinbigħu mill-impjant ta’ Sant’Antnin iżda huwa tajjeb biex minnu tiġi rkuprata l-enerġija.
Peress illi f’Malta għad m’għandniex impjant fejn dan il-materjal jista’ jiġi rkuprat, dan irid bilfors jiġi esportat bi spiża sinjifikanti. Barra minn hekk, hemm bżonn ta’ spazju enormi biex dan il-materjal jinħażen. Għalkemm ammonti ta’ dan il-materjal qed jiġu esportati, ix-xahar li għadda l-kuntrattur responsabbli mill-esportazzjoni ltaqa’ ma xi diffikultajiet u kellha tinstab soluzzjoni alternattiva. Ammont ta’ RDF, madwar 250 tunellata, infatti ittieħed fil-kumpless tal-Magħab fejn tpoġġa f'sezzjoni tal-landfill għal ħażna biex jekk xi darba Malta jkollha impjant li fih jista’ jiġi trattat l-RDF, dan il-materjal jkun jista' jiġi ‘mined’.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29104 u ċioe: Billi l-Ministru qal li Transport Malta kienet kompletament responsabbli għall-istudji dwar l-istess rotot li fil-biċċa l-kbira issa se jiġu mibdula u anki modifikati minnha stess għall-buses tal-Arriva, jista' jgħid:
a) kemm saru studji b’kollox qabel biss ħarġu l-offerti għall-operaturi;
b) minn min saru;
ċ) kemm ġew jiswew
d) kif intgħażlu l-konsulenti konċernati;
e) jekk hux se jsiru studji ġodda biex isir it-tibdil mill-ġdid;
f) jekk dawn humiex se jsiru minn Transport Malta stess jew minn xi konsulenti mill-ġdid;
ġ) kemm mistennija jiġu jiswew dawn l-istudji ġodda jekk verament se jsiru; u
h) jekk se jitqabbdu konsulenti, kif se jintgħażlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Priġunieri li jiskontaw il-piena fit-Taqsima tal-Forensika
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29093 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn min qed issir l-għażla tal-priġunieri li qed ikollhom il-privileġġ li jiskontaw il-piena ta’ ħabs fit-Taqsima Forensika fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm hemm priġunieri f’din it-taqsima bħalissa u t-taqsima proprja kemm tesa' pazjenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Rigward l-ewwel parti tad-domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru W307.
Ninsab infurmat illi bħalissa t-taqsima ġiet irranġata li minn kapaċità ta' 25 resident tista' tilqa' 41.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni jekk hemmx xi ħsieb, u jekk iva, meta mistenni jinfetaħ mill-ġdid ir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd kummerċjali MFB u MFA ħalli persuni jkunu jistgħu japplikaw biex jbiddlu l-kategorija tad-dgħajsa tagħhom minn MFC għall-kategorija tal-bastimenti tas-sajd professjonali? Jista' jikkonferma jekk it-talbiet li kellhom jinżammu fuq il-waiting list għadhomx jgħoddu? Bħalissa, kemm hemm talbiet simili fuq il-waiting list?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25760.
Group of States Against Corruption — compliance u evalution reports
Question
Jista' l-Ministru jippubblika r-rapport tal-GRECO - Group of States Against Corruption - tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-compliance flimkien ma' żewġ evalution reports tal-istess grupp dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi kif ukoll dwar il-qafas legali biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni f'pajjiżna?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Id-dokument li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa dokument tal-GRECO u mhux tal-Gvern Malti u għalhekk il-pubblikazzjoni ta' dawk id-dokumenti tispetta lill-GRECO.
Il-Gvern Malti dejjem awtorizza lill-GRECO biex tippubblika r-rapporti tagħha dwar Malta u bi ħsiebu wkoll jawtorizza fil-ġranet li ġejjin il-pubblikazzjoni tal-aħħar rapport li sar f'Ottubru 2011. Il-GRECO ġeneralment tippubblika r-rapporti tagħha fuq il-website tagħha (http://www.coe.int/greco)
Transport Malta — Chief Executive Officer - range tas-salarji
Question
Billi l-Ministru ftit ilu ta indikazzjoni tar-range tas-salarji taċ-Chief Officers ta' Transport Malta, jista' jkun aktar speċifiku u jabbina s-salarji indikati mal-karigi speċifiċi taghom, skont l-areali huma responsabbli għaliha? Din ir-range tinkludi ukoll il-pakkett finanzjarju li qed igawdi minnu iċ-Chief Executive Officer ta' Transport Malta? Jekk le, jista' jgħid fiex jikkonsisti dan il-pakkett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
persuni bi bżonnijiet speċjali li nstabilhom xogħol
Question
Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2008 kemm kien hemm persuni bi bżonnijiet speċjali li nstabilhom xogħol mal-gvern u/jew ma' agenziji/azjendi parastatali? Tista' tagħti breakdown ta' dawn l-impjiegi mingħajr ma jissemmew l-ismijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Imsida — Triq Giorgio Mitrovich - katusi tad-drenaġġ mifqugħa
Question
Billi ġewwa Triq Giorgio Mitrovich, Msida hemm katusi tad-drenaġġ mifqugħin b’tali mod li qed jolqtu lir-residenti kollha ta’ din it-triq bl-overflowing drainage, jista' l-Ministru jgħid x’passi beħsiebha tieħu l-korporazzjoni/dipartiment konċernat, speċjalment wara r-rapporti li saru xi xahar ilu, billi l-problema kompliet taggrava u billi ġejt infurmat li s-sistema hija mqabbda mal-mains prinċipali tad-drenaġġ li hemm fi Triq Testaferrata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf loll-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-ittra, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ntbagħtet mid-Direttorat Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa lill-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jinvestiga l-każ dwar allegat leaky/defective lower house drains fil-vesti tiegħu ta' sid ta' daru, meta l-post huwa mikri u huwa biss inkwilin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dan l-ilment kien diġa ġie investigat minn ufficjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fit-2 ta’ Settembru 2011 fejn irriżulta li l-‘lower house drains’ kienu miksurin. Għaldaqstant, wara li l-uffiċċjal ta’ dan id-Direttorat staqsa min kien is-sid ta’ din il-proprjetà, il-complainant kien informa li huwa kien is-sid, u għalhekk intbagħt avviż lilu stess, biex isewwi din il-ħsara li qed tikkawża overspilling drainage fi Triq Giorgio Mitrovich, l-Imsida. Kien biss wara li saret din il-Mistoqsija Parlamentari li l-uffiċċjal ta’ dan id-Direttorat ġie nfurmat mod ieħor, jiġifieri li l-complainant huwa l-inkwilin u mhuwiex is-sid ta’ din il-proprjetà. Wara din l-informazzjoni l-ġdida, inħareġ avviż ieħor lis-sidien ta’ din il-proprjetà.
Msida, Triq Giorgio Mitrovich — overspilling drainage
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’passi se jieħu d-Dipartiment tas-Sanità minħabba l-problema kronika ta' overspilling drainage fi Triq Giorgio Mitrovich, l-Imsida li qed twassal saħansitra għal għadd ta' ġrieden f’din it-triq żgħira?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din il-Mistoqsija Parlamentari tirreferi għall-istess każ tal-Mistoqsija Parlamentari 29550. Għaldaqstant infurmat li avviż inħareġ lis-sid tal-fond inkwestjoni u jekk ix-xogħlijiet neċessarji ma jsirux fi żmien raġjonevoli tittieħed azzjoni legali.
Dwar ġrieden, infurmat li sar trattament għal kontra l- ġrieden minn uffiċċjali tal-
pest control
fi ħdan l-istess Direttorat. Din iż-żona se tibqa' taħt sorveljanza u trattament jiġi repetut kif ikun il-bżonn.
Rapport ta' Ħidma tal-Gvern 2008-2013 — kopji stampati
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28662, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fuq il-print run u art work/grafika tar-rapport ta’ ħidma kif ukoll tad-distribuzzjoni tar-rapport? Billi qed jingħad li 500 kopja intbagħtu lill-persuni li jiġu mid-9 u l-10 distrett fuq talba taghħom stess, jista' jagħti breakdown lokal, lokal mid-distretti l-oħrajn kemm kien hemm talbiet simili għall-kopji tar-rapport?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li n-nefqa totali fuq il-print run tar-rapport tat-tielet sena ta’ ħidma, laħqet €4,838 (VAT inkluża). L-art work sar mil-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Informazzjoni mingħajr ħlas addizzjonali. In-nefqa għad-distribuzzjoni bil-posta kienet dik ta’ €992.00.
Tqassmu bil-posta madwar 1,600 kopja. Il-kumplament tqassmu f’ministeri, dipartimenti, u postijiet pubbliċi oħra.
It-tqassim bil-posta sar f’dawn il-lokalitajiet u tqassmu bejn wieħed u ieħor hekk ;
Attard 42
Balzan 35
Iklin 18
Floriana 12
Bkara 55
Swieqi 78
Pembroke 35
Zurrieq 30
Mdina 10
San Gwann 55
Pieta 12
Qormi 44
Santa Venera: 25
Tarxien 8
Zebbug 56
Rabat Ghawdex 40
San Pawl il-bahar; 64
Marsa 14
Hamrun 40
Naxxar 38
Mellieha 46
Imqabba 13
Gharghur 29
Sliema 81
Gzira 37
Qrendi 10
Valletta 38
Rahal Gdid 39
Marsaxlokk 16
Siggiewi 65
Mosta 60
Mgarr 55
Rabat 52
Msida 54
Ta’ Xbiex 38
San Giljan 73
Dingli 30
Wied il-għajn 38
Lija 21
Safi 12
Kalkara 35
Birgu 42