Legislature:
Category:
Reset
Active:

WasteServe — fondi pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30226 u 29883 u jikkonferma kemm il-WasteServ li tiddependi ħafna fuq fondi pubbliċi, għandha tagħti u tieħu mingħand il-kumpanija Green MT? Kemm imorru lura fiż-żmien dawn l-ammonti? Kif se jsir il-ħlas? Se jsiru xi off-sets? Meta mistennija jsiru dawn is-settlements?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30347.

Persuna impjegata mal-gvern li tagħmel xogħol privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għandhiex l-approvazzjoni biex tagħmel xogħol privat hekk kif jitlob il-Public Service Management Code? Peress li din il-persuna hija nvoluta sew f'xogħol privat, jekk jinsab li din m'għandhiex approvazzjoni x'passi se jittieħdu fil-konfront tagħha? Jista' jagħti dettalji tax-xogħol li din il-persuna hija nvoluta fih?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata tagħmel parti mid-Dipartiment għat-Tindif u l-Manutenzjoni u ma jirriżultax li għandu approvazzjoni għal xogħol privat. Fil-każ li din il-persuna tinqabad fuq lant ta’ xogħol privat waqt il-ħin tax-xogħol, jittieħdu passi dixxiplinari bl-istess mod ta’ kif diġà sar f’każ preċedenti.

Sptar Mater Dei — informazzjoni dwar maintenance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29961 u jgħid kemm hemm kuntratti ma' ditti ewlenin lokali għall-maintenance tal-Isptar Mater Dei? X’inhuwa l-valur u t-terminu ta’ kull kuntratt? Id-disturbance allowances li ġew imwiegħda l-ħaddiema tal-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dawn il-kuntratti se jitħallsu mis-somma miftiehma tal-kuntratt jew għad irid isir provvediment ieħor supplementary, speċjalment billi l-ħaddiema ġew imwiegħda żiediet simili minn mindu beda jopera l-isptar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kalkolu tal-fuel poverty

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29958 u ċioe: Billi għadd ta’ pajjiżi jużaw bħala definizzjoni għal dak li jissejjaħ fuel poverty persentaġġ tad-dħul nett tagħhom li jitħallas fuq il-kontijiet tagħhom tal-enerġija, jista' l-Ministru jgħid f’pajjiżna fuq liema persentaġġ tad-dħul medju tal-individwi jiġi kkalkulat dan? Kemm huwa stmat b’mod approssimattiv li hawn familji Maltin li qegħdin isofru minn fuel jew energy povertyperess li f'pajjiżi bħar-Renju Unit il-fuel poverty huwa mifhum li jiġi fis-seħħ meta wieħed iħallas f’kontijiet tad-dawl u ilma flimkien ma' spejjeż oħrajn relatati mal-enerġija 'l fuq minn 10% tad-dħul net tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm total ta’ 5.6% ta’ households li jonfqu aktar minn 10% tad-dħul nett tagħhom fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u spejjeż oħra relatati mal-enerġija (fuels).

WasteServe — fondi pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29883 u jikkonferma kemm il-WasteServ li tiddependi ħafna fuq fondi pubbliċi, għandha tagħti u tieħu mingħand il-kumpanija Green MT? Kemm imorru lura fiż-żmien dawn l-ammonti? Kif se jsir il-ħlas? Se jsiru xi off-sets? Meta mistennija jsiru dawn is-settlements?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Minn mindu l-Gvern nieda l-iskema ta’ ġbir ta’ skart separat permezz tal-Borża l-Griża u t-tħaddim tal-Bring In sites u CA sites, inġabru madwar 50,816 tunnellati ta’ skart riċiklabbli (sa l-aħħar ta’ Settembru 2011) li qabel kien jisfa’ mormi fil-landfill. Dan għax ingħaraf li materjal li altrimenti kien qed jintrema fil-landfill kellu potenzjal li jinbiegħ u jiġi esportat bil-mira li jiġu koperti l-ispejjez ta’ ipprocessar u b’hekk ma jsirx użu minn fondi pubbliċi. Iktar tard, meta l-potenzjal wera l-frott mixtieq, daħlu abbord ukoll l-iskemi awtorizzati li llum għandhom r-responsabbilita li jiġbru dan ll-iskart f’isem il-Producer skond miri u kundizzjonijiet mfassla mill-MEPA. Irridu ngħidu wkoll li ma’ dan il-materjal tal-ippakeġġjar qegħda tingabar ukoll ammont sostanzjali ta’ karta, li għalkemm ma taqax taħt it-titlu ta’ packaging u allura sa issa ma hemmx obbliġu min naħa tal-iskemi li din tinġabar, din xorta waħda qed tinġabar u tinbiegħ biex b’hekk, aktar skart li originarjament kien imur fil-landfill, issa qed jiġi mibdul fi prodott kummerċjali li qed jitpoġġa fuq is-suq. Immorru specifikament fuq il-Green MT fejn insibu li bejn Lulju 2009 u Gunju 2011, din bagħtet materjal għall-ipproċessar lill-WasteServ kemm permezz tal-borza l-griża kif ukoll mill-Bring In Sites u li minnu nbiegħu 14,928 tunellata. Wara li wieħed jikkunsidra d-dħul li ġie mill-bejgħ ta’ recyclables, l-ispejjeż tal-ipprocessar kif ukoll l-kumpens mistħoqq minħabba li qed tinġabar ukoll non-packaging paper , jirriżulta li l-Green MT kellha tagħti € 408,810 lill-WasteServ filwaqt li kellha tiġi kkreditata bl-ammont ta’ € 689,860. Meta wieħed jagħmel offset, dan jirriżulta f’pagament nett ta’ € 281, 050 lill-Green MT, liema pagament diġa’ sar. Nixtieq ngħid li dan l-istess mekkanizmu ġie implimentat mall-iskema l-oħra, l-GreenPAK li bl-istess prinċipju kellha tagħti lill-WasteServ € 148,907 filwaqt li kellha tiġi kkreditata bl-ammont ta’ €208,500. Hawnhekk ukoll saru l-offsets meħtieġa u dan irrizulta f’pagament ta’ € 59,593 lill-GreenPAK, liema somma tħallset ukoll. Ta’ min wieħed jghid, li l-GreenPAK għaddiet inqas materjal lill-WasteServ li minnu nbiegħu 4,357 tunnellati għall-perjodu minn Jannar 2010 sa Ġunju 2011. Fiż-żewġ każijiet allura għandna sitwazzjoni fejn mill-iskart inġabru flus li wara li tneħħew l-ispejjeż minnhom, tgħaddew bħala qliegħ lill-iskemi rispettivi. Il-mekkanizmu li ntuza biex jiġi kkunsidrat kumpens gġall-karta non-packaging ġie diskuss mal-Finanzi u mal-Approving Body Sal-aħħar ta Ġunju 2011, inbiegħu mill-WasteServ madwar € 2.7 miljuni f’recyclables wara li dawn kienu pproċessati fl-impjant ta’ Sant’ Antnin. Tajjeb infakkar, li l-prezzijiet li jiġu nnegozjati għal dawn il-prodotti, ivarjaw skond is-suq internazzjonali u għalhekk ma hemm l-ebda garanzija fuq offsets pożittivi li l-WasteServ ser tagħmel fil-futur. Dan jiddependi ħafna mill-prezzijiet tas-suq li jinġiebu permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti. Pero’ l-mekkanizmu li bih dan jiġi kkalkolat qiegħed issa stabbilit u hu identiku għal kull skema.

Trainees Fisheries Protection Officers — riżultati tas-sejħa għall-postijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu ppubblikati r-riżultati tas-sejħa għall-mili ta' postijiet ta' trainees fisheries protection officers u dan stante li l-interviews ilhom li saru mit-2, 3 u 4 ta' Lulju 2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dan l-eżerċizzju wasal fil-fażi finali tiegħu u għalhekk il-pubblikazzjoni tar-riżultati għandha ssir f’qasir żmien.

Bejgħ ta' light heating oil minn Ras Ħanżir

Question

Peress li hemm allegazzjonijiet li qed jinbiegħ xi light heating oil minn Ras Ħanżir, jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ sabiex jiġi determinat jekk dan huwiex isir b'mod illegali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Estimi tal-Budget — miscellaneous receipts

Question

B’referenza għal-line item 0917 taqsima XIV miscellaneous receipts fl-Estimi tal-Budget, jista' l-Ministru jgħid għalxiex inhi attribwita l-qabża ta’ concession fees għal €28 miljun?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Solid Waste Management Strategy — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuqiex mistennija jintnefqu madwar €2.5 miljun aktar mis-sena finanzjarja li waslet biex tintemm fuq is-Solid Waste Management Strategy?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi ż-żieda ta’ madwar €2.5 miljun fuq is-Solid Waste Management Strategy ser tintuża biex tagħmel tajjeb għall-espansjoni f’oqsma tal-operat tal-kumpanija WasteServ Malta Ltd.
Leg 11 PQ #30276 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tiġdid tal-karti tal-identità — somma allokata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif ġiet allokata biss is-somma ta’ €10,000 għat-tiġdid tal-karti tal-identità għas-sena finanzjarja l-ġdida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif diġa’ ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29224, il-proċess tal-bdil tal-karti tal-identità huwa maħsub li jibda hekk kif l-iżvilupp tas-sistema elettronika jkun tlesta, li mistenni jkun kmieni fl-2012. Kif għidt diġa wkoll, aktar dettalji dwar kif ser isir dan il-proċess jitħabbru fi żmien qasir. Tajjeb inżid li t-tiġdid tal-karti tal-identità qiegħed jiġi ppjanat li jsir b’mod u pass regolari, għaliex l-għan aħħari huwa mhux tant li sempliċiment jitwettaq eżerċizzju ta’ tiġdid imma li dan il-proċess iservi bħala opportunità biex tiġi kkonsiladata l-informazzjoni li tinstab fid-diversi sistemi tal-Gvern u b’hekk tissaħħaħ is-sigurtà tal-identità tal-persuna. Is-somma ta’ €10,000 allokata taħt il-Vot tal-Uffiċċju Elettorali hija maħsuba biex tkopri spejjeż relatati mal-proċess tat-tiġdid tal-karti tal-identità kurrenti sakemm tibda tiffunzjona s-sistema l-ġdida.

kalkolu tal-ġid nazzjonali tal-pajjiż

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29913 u jgħid jekk wieħed jieħu d-dejn nazzjonali u jżid miegħu d-dejn li għandu l-gvern fil-korporazzjonijiet u entitajiet kollha parastatali b’mod kumulattiv, kemm jammontaw bħala persentaġġ tal-ġid nazzjonali tal-pajjiż?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li għas-sena 2010, id-dejn kumulattiv għas-settur pubbliku, li jinkludi l-gvern ċentrali, entitajiet li jiffurmaw parti mil-gvern, kunsilli lokali u korporazzjonijiet pubbliċi, bħala persentaġġ tal-ġid nazzjonali tal-pajjiż huwa ta’ 86.6%.

studji li waslu biex Malta għandha l-għola ekonomija sewda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29914 u jgħarraf lill-Kamra, u jekk huwa possibbli jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ukoll, analiżi u/jew studji li setgħu saru min-naħa tal-gvern u/jew minn xi konsulenti mqabbdin minnu flimkien ma' entitajiet oħrajn parastatali li setgħu ġew imqabbdin biex janalizzaw il-fatturi ewlenin li wasslu biex pajjiżna għandu waħda mill-ogħla ekonomiji sewda fl-Unjoni Ewropea bħalissa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern innota r-rapport tal-Kummisjoni Ewropea “Tax reforms in Member States”. Minn dan joħroġ li r-raġunijiet għaliex teżisti l-ekonomija sewda huma varji u ħafna drabi din tiġri minħabba fatturi istituzzjonali u kulturali, fatturi ekonomiċi u modi kif partijiet mis-soċjeta jkunu mdorrija jmexxu u jagħmlu il-kummerċ. Minn naħa tiegħu l-Gvern jinsab determinat li jkompli jwettaq miżuri li b’mod gradwali jnnaqqsu l-evażjoni ta’ taxxa. Infakkar li f’dawn l-aħħar snin il-Gvern dejjem sostna dan l-isforz tiegħu fil-prattika billi daħħal u ħaddem miżuri u skemi li jkomplu jgħinu biex l-ekonomija s-sewda tinkixef u tingħaqad mal-ekonomija formali.
Leg 11 PQ #30339 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — sistema ta' punch clock jew palm reader

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’qed jsir fil-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ħadd ma jabbuża mis-sistema tal-punch clock jew palm reader li teżisti? Jikkonferma li f'każ partikolari kien hemm minn inqabad jabbuża mis-sistema ta' kontroll u minflok ħadu passi dixxiplinarji kontrih, talbuh iħallas somma bħala kumpens u/jew jinqatgħulu mil-leave?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha diversi miżuri biex tara li s-sistema ta' palm reader hiex qed tiġi abbużata. L-ewwel miżura hija li s-Superjuri ta' l-impjegati rispettivi għandhom faċilita' li jaraw l-palming records ta' l-impjegati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, biex b'hekk ikunu jistgħu jiġbdu l-attenzjoni ta' dawk il-ħaddiema li jkunu qed jabbużaw mis-sistema. L-unità tar-Riżorsi Umani tgħin ukoll f'dan ir-rigward, billi meta tinnota xi abbuż hija ukoll tiġbed l-attenzjoni tas-superjur rispettiv. Il-proċedura rispetttiva li tiġi adotta meta jinqabad abbuż huwa li jidħlu fis-seħħ il-parametri tal-Ftehim Kolletiv li jistabbilixxi li l-impjegat jingħata warning bħala parti mill-passi dixxiplinarji. Barra min hekk ħin li mhux maħdum, l-impjegat ma jistax jitħallas paga tiegħu. Għaldaqstant, l-impjegati qed ikunu nfurmati bin-numru tas-sigħat li ma jistgħux jitħallsu għalih jew jinqata’ mill- leave entitlement ta' dak l-impjegat.

Inċentivi fuq xiri ta' vetturi elettriċi

Question

Wara li jikkonsulta mal-Ministeru tal-Finanzi, jista' l-Ministru jikkonferma kemm kien hemm kumpaniji li bbenefikaw mill-inċentiv għal dawk li jixtru vetturi elettriċi fis-sena finanzjarja li waslet biex tintemm?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tewġiba tingħata f’seduta oħra.

Xiri ta' solar heaters — sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew minfuqa s’issa mit-€800,000 allokati bħala sussidju għax-xiri ta' solar heaters matul din is-sena finanzjarja? Kemm għad hemm applikazzjonijiet għal sussidji simili li għadhom qed jiġu proċessati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tewġiba tingħata f’seduta oħra.

dħul tal-gvern minn liċenzji, taxxi u multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid a bażi ta' xiex il-gvern qed jikkalkula li se jdaħħal xi €36 miljun aktar minn liċenzji, taxxi u multi fis-sena finanzjarja li ġejja? Huma kontemplati xi żidied f’dawn it-tariffi eċċ. matul is-sena finanzjarja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda prevista minn liċenzji, taxxi u multi fis-sena finanzjarja li ġejja meta mqabbla mal-Estimu Rivedut għall-2011 hija primarjament magħmula minn: - żieda ta’ 11-il miljun ewro mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti peress li hu maħsub li jkun hemm żieda fil-bejgħ ta’ proprjeta’ matul is-sena d-dieħla; - żieda ta’ 8.5 miljun ewro fil-liċenza ta’ Ċirkolazzjoni b’riżultat tal-iskema mħabbra fil-Baġit biex persuni li għandhom ħlasijiet pendenti ta’ liċenżji jew ħlasijiet ammisnistrattivi marbuta mal-karrozzi jkunu jistgħu jirregolarizzaw ruħhom, żieda fin-numru ta’ vetturi u żieda marġinali fil-liċenza mis-seba’ sena biex tinkoraġġixxi l-bdil ta’ vetturi qodma, kif imħabbar fid-diskors tal-baġit għall-2009; - żieda ta’ 8.3 miljun ewro mit-taxxa fuq ir-registrazzjoni ta’ vetturi, li tinkludi t-taxxa ta’ registrazzjoni ta’ vetturi ġodda flok karrozzi qodma skrappjati taħt l-iskema ta’ inċentivi mogħtija għat-tieni sena konsekuttiva biex nilħqu l-miri ambjentali u l-bdil fit-taxxa ta’ reġistrazzjoni għall-karrozzi privati fuq il-Euro standard biex nippromwovu karozzi b’emissjonijiet inqas, kif imħabbar fid-diskors tal-baġit għall-2012; - żieda fuq il-fuel għall-bunkering tal-vapuri barra l-ibħra nazzjonali (6.55 miljun ewro), imħabbra fid-diskors tal-Baġit u li mhu se taffettwa bl-ebda mod il-preżż ta’ fuel mibjugħ f’Malta. Mhumiex kontemplati żidied f’dawn it-tariffi matul is-sena finanzjarja.

dħul tal-gvern minn VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid a bażi ta’ xiex il-gvern qed jikkalkula li se jdaħħal €45 miljun aktar f’VAT matul is-sena finanzjarja li ġejja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-istima tal-gvern, inkluż dik tad-dħul mill-VAT, huma kkalkolati abbażi tat-tkabbir ekonomiku.

dħul tal-gvern minn miscellaneous receipts

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’wassal lill-gvern biex għas-sena finanzjarja li ġejja qed ibassar li jdaħħal €22 miljun aktar f’dawk li huma miscellaneous receipts meta fis-sena li qegħdin fiha skont ir-revised figures mistenni jdaħħal €6 miljun anqas mis-sena ta’ qabel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji tad-dħul għall-2012, kif ipparagunat ma’ dak tas-sena 2011, huwa kif elenkat fid-diversi revenue items inkluzi taħt miscellaneous receipts, kif spjegat fl-Estimi Finanzjarji għall-2012.

Estimi tal-Budget, — dividends on investments

Question

B’referenza għal-line item 0639 SectionX, Dividends on Investments tal-Estimi tal-Budget, billi fis-snin imgħoddija l-gvern daħħal bejn €1 miljun u €1.4 miljun bħala medja, jista' l-Ministru jgħid a bażi ta' xiex din is-sena qed ibassar li jdaħħal madwar €5.2 miljun?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dħul taħt Dividends on Investments kif ipproġettat fl-Estimi Finanzjarji tal-2012, huwa mistenni li joriġina l-aktar minn entitajiet tal-gvern.

WasteServe — fondi pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29883 u jikkonferma kemm il-WasteServ li tiddependi ħafna fuq fondi pubbliċi, għandha tagħti u tieħu mingħand il-kumpanija Green MT? Kemm imorru lura fiż-żmien dawn l-ammonti? Kif se jsir il-ħlas? Se jsiru xi off-sets? Meta mistennija jsiru dawn is-settlements?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.