Jista' l-Minsitru jgħid kif jispjega l-fatt li l-contaminate rate tal-WasteServ huwa ferm għola minn ta' faċilitajiet oħrajn privati li ħafna drabi jirriżultaw bħala aktar cost effective għall-klijenti tagħhom kif ukoll li għandhom prattiċi ta' waste segregation aktar effettivi wkoll? X’inhi l-contamination rate medja tal-WasteServ bħalissa peress li huwa mifhum li f’facilitajiet privati qajla tiżboq l-10%? Jekk dan huwa minnu dan ma jfissirx li l-ekwivalenti ta' din ir-rata għolja qed jispiċċa bħala refuse derived fuel li aktar tard jintbagħat lil-landfills mill-WasteServ innifisha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lit weġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30350 u ċioe: Peress li hemm allegazzjonijiet li qed jinbiegħ xi light heating oil minn Ras Ħanżir, jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ sabiex jiġi determinat jekk dan huwiex isir b'mod illegali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ghandhom talbiet biex jipprovdu oxygen concentrators lin-nies magħluqin f’darhom li jbatu minn qtuħ akut ta' nifs u li sal-lum qed ikollhom jiddependu fuq ċilindri tqal tal-ossiġenu għal ħafna sigħat tal-ġurnata? Dan l-apparat jipprovdih l-Isptar Mater Dei jew tiksbu u jew tikrih minn x’imkien? Jista' jgħid kemm hemm concentrators simili fid-djar ta’ familji Maltin ipprovduti minn Sptar Mater Dei? X’waiting list hemm bħalissa biex servizz simili jiġi provdut?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-talba għal Oxygen Concentrators hija ta’ 182 u dawn kollha tqassmu lill-pazjenti fid-djar tagħhom. 122 ġew provduti mill-isptar Mater Dei u s-60 l-oħra ġew mikrija. Il-waiting list ta’ pazjenti bħalissa mill-bidu ta Novembru 2011 hija ta 11 il-pazjent.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30496 u jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar lill-grupp tas-sigurtà, Group 4, f’dawn l-aħħar ħames snin sal-lum? Jekk iva, meta u kemm kien l-ammont f’kull każ?
B'referenza għall-avviż tal-gazzetta tal-gvern li l-Ministeru kien se jingaġġa casual subsitute clerks fuq kuntratt definit ta' sena, jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu ngaġġati b'kollox u f'liema dipartimenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Ministeru jżomm lista ta’ kandidati li jkunu kkwalifikaw b’suċċess skont il-parametri tal-avviż u minnha jimpjega skont it-talbiet li jkollu mid-dipartimenti rispettivi.
B'referenza għall-avviż tal-gazzetta tal-gvern li l-Ministeru kien se jingaġġa casual subsitute clerks fuq kuntratt definit ta' sena, jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu ngaġġati b'kollox u f'liema dipartimenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru minn żmien għal żmien joħroġ sejħiet biex jimla’ vakanzi ta’ casual substitute clerks. Dawn il-casuals ikunu abbinati ma’ clerks li jkunu b’xi leave ta’ sena jew aktar. Għaldaqstant in-numru ta’ casual substitute clerks li jkunu ngaġġati jiddependu mill-vakanzi li jinħolqu minn żmien għal żmien fid-Direttorati tal-Ministeru.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm hija l-kirja tal-uffiċini tal-Gozo Channel għaż-żmien sakemm jitlesta t-terminal taċ-Ċirkewwa? Mingħand liema kumpanija jew individwu qed tinkera? Hemm xi relazzjoni bejn is-sidien ta' dawn l-uffiċini u l-famlija tal-Ex Chairman tal-Gozo Channel li rriżenja ftit jiem ilu biss? Meta ġiet fis-seħħ il-kirja u sakemm mistennija ddum b'mod approssimattiv?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jelenka kemm għandu dħul u liema items ta' dħul għandu l-gvern fil-budget 2012 li mistennija jiġu minn one off payments lilu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-gvern kif imbassar fl-Estimi Finanzjarji għall-2012 huwa mistenni li jirriżulta mill-operat normali tad-dipartimenti u entitajiet tiegħu, li jinkludi wkoll l-ġbir sħiħ ta’ taxxi u licenzji dovuti.
Parlament il-Ġdid — ambjent u konservazzjoni tal-enerġija
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni fir-rigward tal-miżuri speċifiċi proġettati fil-Parlament il-Ġdid sabiex jiġi mħares l-ambjent u l-konservazzjoni tal-enerġija?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu u/jew jagħmlu xogħol tas-security guards mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sena b'sena mill-2008 sal-preżent? F'liema sena kull wieħed u/jew waħda minnhom ġew ingaġġati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ Xbiex Seafront, Msida — dry standing facilities
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li minkejja stqarrija tal-Ministeru li tmur lura sas-sena 2004 li l-Fisheries Conservation and Control Division kienet se tesiġi li dry standing ta’ dgħajjes kbar lejn Marsaxlokk kienet se sseħħ appena d-dry standing facilities proġettati jkunu stabbiliti, dan xorta waħda mhuwiex isir fir-rigward ta’ Ta’ Xbiex Seafront, Msida minkejja li huwa mifhum li dawn id-dry standing facilities ilhom miftuħin f’Marsaxlokk għal xi snin? Nixtieq nirrferi l-Ministru għall-ittra tad-Direttur Ġenerali lil Ta’ Xbiex sea front residents, Msida bid-data tal-5 ta’ Novembru, 2004.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda obbligu li d-dgħajjes jittellgħu għall-manutenzjoni biss fil-faċilitajiet offruti mid-Dipartiment tal-Kontroll tas-Sajd f’ Marsaxlokk, l-iskalm imsemmi huwa soġġett għar-regolamenti ppublikati fil-Bye-Law K.L.B 41/08/2011 maħruġ mill-Kunsill-Lokali tal-Imsida.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar lill-grupp tas-sigurtà, Group 4, f’dawn l-aħħar ħames snin sal-lum? Jekk iva, meta u kemm kien l-ammont f’kull każ?
Billi dan l-aħħar kien hemm każ fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li wassal biex wieħed mill-ogħla diretturi offra r-riżenja tiegħu wara l-mistoqsija parlamentari 30183 fejn kien irriżulta li kien qed jagħmel użu minn karrozzi tal-awtorità fl-istess waqt li kellu allowance għat-trasport mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise qattx investigat u jekk iva, ħaditx passi konkreti dwar għadd ta’ każijiet simili li allegatament ilhom jiġru fi ħdanha?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Malta Enterprise ma jeżistux każijiet simili ta' persuni li jirċievu allowance għat-trasport waqt li wkoll għandhom użu esklussiv ta' karozza tal-korporazzjoni. Skont il-corporate policy li ilha fis-seħħ mill-2009, is-servizz ta' trasport tal-korporazzjoni jintuża biss f'każijiet ta' delegazzjonijiet, kif ukoll fejn isiru laqgħat f'postijiet fejn il-parkeġġ huwa diffiċli ħafna, u dan bil-għan li ma jintilifx ħin produttiv.
San Ġwann — Triq Gladjoli - tindif ta' ħawt ħdejn sub station
Question
Billi hemm ħawt kbir mad-dawra tas-sub station tal-Korporazzjoni Enemalta li hemm fi Triq Gladjoli f'San Ġwann, li l-kunsill lokali qed jgħid li mhuwiex responsabbli għaż-żamma tiegħu, jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jittieħdu passi biex dan jinżamm nadif il-ħin kollu u miżbur għax qed iwassal għal ħafna ġrieden għad-dannu tas-saħħa u l-inkonvenjent tar-residenti tal-akkwati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi minn ispezzjoni li saret fil-post imsemmi, jirriżulta li din taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali. Għalhekk saret laqgħa mal-Kunsill Lokali San Ġwann fejn intlaħaq qbil li jsir ix-xogħol ta’ qtugħ ta’ ħaxix immedjatament matul din il-ġimgħa stess. Din iż-żona se tibqa’ tiġi segwita mill-kunsill lokali
Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-sena amministrattiva 2010 il-gvern ġabar flus mill-qrati Maltin bħala dħul mill-ispejjeż relatati mal-kawżi u sentenzi li ngħataw, kif ukoll mill-ftuħ ta’ kawżi ġodda?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fis-sena amministrattiva 2010 l-ammont globali ta’ flus li nġabru mid-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja bħala miżati tal-Qorti kien jammonta għal €4,090,567 filwaqt dak ta' Għawdex kien €303,092.82. Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Malta Enterprise — relacation tal-Corporate Headquarters
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra b’mod approssimattiv kemm mistennija tiġi tiswa r-relocation tal-Corporate Headquarters tal-Malta Enterprise minn San Ġwann għal Gwardamanga li għandu jinkludi r-refitting kollu li mistenni jsir lill-Istitut tal-Healthcare fl-ex Sptar San Luqa? Kemm mix-xogħlijiet ħarġu b’sejħa għall-offerti u kemm minnhom ħarġu b’direct order? Jista' jagħti lista tad-direct orders li nħarġu s’issa bil-valur tagħhom b’kollox?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-helpline 188 tkun manned minn persuni aġġornati dwar it-tibdiliet li jkun qed jintroduċi l-Gvern għaliex f’temp ta’ ftit jiem mill- budget 'il hawn waslu rapporti li :
a) persuna li għamlet
enquiry
dwar is-sistema il-ġdida proposta dwar taxxa qalulha li fil-każ tagħha d-DSS jiddeċiedu;
b) filwaqt li f’każ ieħor minkejja li l-Gvern ħabbar li se jneħħi l-liċenzja fuq it-TVs, billi kien hemm għadd ta’ nies li rċevew kont għall-ħlas tal-liċenzja sa tmiem is-sena d-dieħla, minflok ma qalulha li dawn inħarġu bi żball u jew li wieħed ikun mistenni jħallas pro rata, qalulha li l-instructions li għandhom huma biex jgħidu lill-pubbliku li jridu jħallsu l-kontijiet kollha li joħorġu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
ħaddiema part-time li mhux qed jirċievu l-benefiċċji
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29962 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hux jirċievi ilmenti minn ħaddiema part-time fil-lukandi li spiss qegħdin jiġu rifjutati benefiċċji pro rata skont is-sigħat li jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jiprekludi lill-uffiċjali tad-dipartiment li jiżvelaw jekk spezzjonijiet ikunux saru minħabba f’ilmenti, però ninsab infurmat li saru diversi spezzjonijiet f’lukandi minn dawn l-uffiċjali.