Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enquiries fuq sistema ġdida proposta dwar taxxa

Question

Jista' l-Ministru jara li l-helpline 188 tkun manned minn persuni aġġornati dwar it-tibdiliet li jkun qed jintroduċi l-Gvern għaliex f’temp ta’ ftit jiem mill- budget 'il hawn waslu rapporti li : a) persuna li għamlet enquiry dwar is-sistema il-ġdida proposta dwar taxxa qalulha li fil-każ tagħha d-DSS jiddeċiedu; b) filwaqt li f’każ ieħor minkejja li l-Gvern ħabbar li se jneħħi l-liċenzja fuq it-TVs, billi kien hemm għadd ta’ nies li rċevew kont għall-ħlas tal-liċenzja sa tmiem is-sena d-dieħla, minflok ma qalulha li dawn inħarġu bi żball u jew li wieħed ikun mistenni jħallas pro rata, qalulha li l-instructions li għandhom huma biex jgħidu lill-pubbliku li jridu jħallsu l-kontijiet kollha li joħorġu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna li pprovda s-servizz tal-188 ingħata taħriġ dettaljat. Fejn irriżulta li kien hemm mistoqsijiet ta’ natura personali, ngħataw parir sabiex isir kuntatt mad-dipartiment konċernat. Dwar il-liċenzja tat-televiżjoni, huwa minnu li l-kontijiet għal perjodu ta’ sena li jinħarġu sa tmiem l-2011 għandhom jitħallsu. Mhux se jinħarġu renewals ġodda fl-2012.

Accruals system — implimentazzjoni

Question

Billi l-gvern ilu jwiegħed l-implimentazzjoni sħiħa tal-accruals systems, jista' l-Ministru jgħid meta dan se jseħħ b'mod totali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 30897.

Marsa — Spencer Hill - postijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il post għandu l-gvern ġo Spencer Hill fil-Marsa? Kemm minnhom huma vojta? Il-gvern għandu xi ħsieb li jikrihom u/jew ibiegħhom jew għandu ħsieb li jagħmel użu minnhom huwa stess? Dawn jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet jew taħt l-Awtorità tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat peress li dawn il-propjetajiet jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet.

Uffiċjal tal-Gozo Channel — barriers mal-moll

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le, li l-uffiċċjal tal-Gozo Channel li kien tneħħa mill-kariga tiegħu xi żmien ilu, kien għamel rakkmandazzjoni qawwija biex isiru barriers propju biex jiġi evitat li jsiru traġedji, bħalma ġara fil-każ tal-pulizija Kurt Gauci li minn hawn nixtieq nuri sogħba għall-mewta traġika tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #31011 Sitting 434 2011-12-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — direct orders lill-kumpanija Group 4

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30797 u 30496 u jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar lill-grupp tas-sigurtà, Group 4, f’dawn l-aħħar ħames snin sal-lum? Jekk iva, meta u kemm kien l-ammont f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.

persuna impjegata mal-gvern li tagħmel xogħol privat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30875 u cioè:B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30342, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kemm-il persuna indikata fil-mistoqsija parlamentari qiegħda tħallas sabiex tirriklama l-email "personali u privat" tagħha fuq il-website tal-Ministeru stess (EPC assessors list) u jekk jarax xi forma ta' kunflitt ta' interess u dan peress li din il-persuna tagħmel parti mid-Dipartiment għat-Tindif u Manutenzjoni fejn jiġu reġistrati, proċessati u miżmuma dawn iċ-ċertifikati? Jekk u kemm ġew reġistrati ċertifikati minn din il-persuna s'issa? Jista' jikkonferma li peress li fil-mistoqsija parlamentari 30342 ġie indikat li l-persuna konċernata hija perit u tagħmel xogħol privat, jekk ġiex verifikat li din il-persuna isottomettietx applikazzjonijiet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u b'hekk ikun jista' jiġi konfermat verament din il-persuna hijiex involuta f'xogħol privat jew le? Jista' jivverifika dan b'konsultazzjoni mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar innifisha qabel twieġeb?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista li qiegħed jirreferi għaliha tikkonsisti mill-persuni kollha li temmew it-taħrig mogħti u li ġħalhekk kienu reġistrati bħala Assessuri. Dan sar wara li dawk konċeranti kienu mistoqsija jekk joġġezzjonawx jew le li d-dettalji tagħhom ikunu nklużi skont ir-regolamenti tad-Data Protection. Din il-pubblikazzjoni saret wara talba mill-pubbliku. Biex persuna tkun inkluża f’din il-lista ma ntalab ebda ħlas. Ninsab infurmat li dan il-perit imsemmi kien issottometta applikazzjoni waħda fl-2010. Madankollu meta fit-3 ta’ Jannar 2011 inħarġet ċirkolari mis-Segretarju Permanenti biex impjegati ma’ dan il-Ministeru japplikaw għall-permess anki dawk li diġà kellhom permess, dan l-impjegat ma applikax. Matul l-2011 ma kienx hemm applikazzjoni għall-permessi mal-Awtorità tal-Ambjent ul-Ippjanar minn dan l-impjegat.

Estimi tal-Budget — miscellaneous receipts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30676 u 30274 u ċioe: B’referenza għal-line item 0917 taqsima XIV miscellaneous receipts fl-Estimi tal-Budget, jista' l-Ministru jgħid għalxiex inhi attribwita l-qabża ta’ concession fees għal €28 miljun?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Bejgħ ta' light heating oil minn Ras Ħanżir

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30677 u 30350 u ċioe: Peress li hemm allegazzjonijiet li qed jinbiegħ xi light heating oil minn Ras Ħanżir, jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ sabiex jiġi determinat jekk dan huwiex isir b'mod illegali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30350.

Ħruġ ta' visas Schengen mill-Ambaxxata Maltija

Question

Fid-dawl ta' rapporti li dehru fissezzjoni tal-istampa lokali dwar allegazzjonijiet ta' abbużi fil-ħruġ ta' visas Schengen min-naħa tal-Ambaxxata Maltija fi Tripli, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk sarux investigazzjonijiet indipendenti dwar dawn l-allegazzjonijiet u meta kien l-ewwel darba li l-Gvern bdew jaslulu rapporti dwar allegazzjonijiet simili?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull allegazzjoni li saret, anke jekk mhux pruvata, ġiet mgħoddija lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #30922 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — twaqqif tal-operat tal-Falzon Waste Oils

Question

Bili ftit jiem ilu, nhar l-1 ta' Diċembru 2011, l-gvern ħabbar permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar talbet lill-Falzon Waste Oils biex twaqqaf temporanjament l-operat tagħha sakemm l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar nnfisha tkun tista tagħmel il-verifiki meħtieġa, jista' l-Prim Ministru jgħid ladarba saret it-talba mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, meta effettivament twaqqaf l-operat ta' Falzon Waste Oils, kemm dam wieqaf u jew għadux wieqaf u jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar eventwalment rtirat din l-ordni ta' waqfien, meta fil-fatt Falzon Waste Oils reġgħu bdew joperaw mill-ġdid għan-normal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Economist Intelligence Unit — esportazzjoni u importazzjoni ta' żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni uffiċjali tal-gvern għall-fatt li Malta kif indikat l-Economist Intelligence Unit tidher li esportat żejt aktar milli importat meta pajjiżna mhuwiex produttur taż-żejt?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29957.

Imsida — Triq Giorgio Mitrovich - katusi tad-drenaġġ mifqugħa

Question

Billi ġewwa Triq Giorgio Mitrovich, Msida hemm katusi tad-drenaġġ mifqugħin b’tali mod li qed jolqtu lir-residenti kollha ta’ din it-triq bl-overflowing drainage, jista' l-Ministru jgħid x’passi beħsiebha tieħu l-korporazzjoni/dipartiment konċernat, speċjalment wara r-rapporti li saru xi xahar ilu, billi l-problema kompliet taggrava u billi ġejt infurmat li s-sistema hija mqabbda mal-mains prinċipali tad-drenaġġ li hemm fi Triq Testaferrata?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30022.

studji li waslu biex Malta għandha l-għola ekonomija sewda

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra, u jekk huwa possibbli jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ukoll, analiżi u/jew studji li setgħu saru min-naħa tal-gvern u/jew minn xi konsulenti mqabbdin minnu flimkien ma' entitajiet oħrajn parastatali li setgħu ġew imqabbdin biex janalizzaw il-fatturi ewlenin li wasslu biex pajjiżna għandu waħda mill-ogħla ekonomiji sewda fl-Unjoni Ewropea bħalissa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30286.

kalkolu tal-fuel poverty

Question

Billi għadd ta’ pajjiżi jużaw bħala definizzjoni għal dak li jissejjaħ fuel poverty persentaġġ tad-dħul nett tagħhom li jitħallas fuq il-kontijiet tagħhom tal-enerġija, jista' l-Ministru jgħid f’pajjiżna fuq liema persentaġġ tad-dħul medju tal-individwi jiġi kkalkulat dan? Kemm huwa stmat b’mod approssimattiv li hawn familji Maltin li qegħdin isofru minn fuel jew energy povertyperess li f'pajjiżi bħar-Renju Unit il-fuel poverty huwa mifhum li jiġi fis-seħħ meta wieħed iħallas f’kontijiet tad-dawl u ilma flimkien ma' spejjeż oħrajn relatati mal-enerġija 'l fuq minn 10% tad-dħul net tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 30344.

Estimi tal-Budget — miscellaneous receipts

Question

B’referenza għal-line item 0917 taqsima XIV miscellaneous receipts fl-Estimi tal-Budget, jista' l-Ministru jgħid għalxiex inhi attribwita l-qabża ta’ concession fees għal €28 miljun?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dħul minn concession fees huwa ġenerat minn sejħiet li tagħmel il-Privitisation Unit għall-konċessjonijiet fl-2012.

Malta Enterprise — relacation tal-Corporate Headquarters

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra b’mod approssimattiv kemm mistennija tiġi tiswa r-relocation tal-Corporate Headquarters tal-Malta Enterprise minn San Ġwann għal Gwardamanga li għandu jinkludi r-refitting kollu li mistenni jsir lill-Istitut tal-Healthcare fl-ex Sptar San Luqa? Kemm mix-xogħlijiet ħarġu b’sejħa għall-offerti u kemm minnhom ħarġu b’direct order? Jista' jagħti lista tad-direct orders li nħarġu s’issa bil-valur tagħhom b’kollox?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ispiża approssimattiva biex il-Malta Enterprise tirrilloka fl-uffiċini l-ġodda ġewwa l-ex Sptar San Luqa hija ta’ €3.87M (VAT inkluża). Minħabba ż-żmien qasir li fiħ kellu jsir ix-xogħol u x-xogħlijiet li saru, 17 ġew mgħotija bi proċess ta’ Restrictive Tendering’ filwaqt li 3 ġew mogħtija bħala Direct Orders li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ispiża biex jinkera post simili kienet ser tkun ta' €500,000 fis-sena u għaldaqstant kien aktar għaqli li jsir investiment fi propjetà tal-gvern fejn l-investiment jista’ jiġi rkuprat fuq perjodu ta’ sitt snin.

Accruals system — implimentazzjoni

Question

Billi l-gvern ilu jwiegħed l-implimentazzjoni sħiħa tal-accruals systems, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30604 u jgħid meta dan se jseħħ b'mod totali?

Response (FENECH, TONIO)

Il-Gvern diġà jirrapporta iċ-ċifri tiegħu skont ir-regoli tal-ESA 95 li jinkorporaw fihom il-prinċipju tal-accrual accounting skont il-parametri tal-Eurostat.

Terminal taċ-Ċirkewwa — kirja tal-uffiċini

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30603 u jgħid kemm hija l-kirja tal-uffiċini tal-Gozo Channel għaż-żmien sakemm jitlesta t-terminal taċ-Ċirkewwa? Mingħand liema kumpanija jew individwu qed tinkera? Hemm xi relazzjoni bejn is-sidien ta' dawn l-uffiċini u l-famlija tal-Ex Chairman tal-Gozo Channel li rriżenja ftit jiem ilu biss? Meta ġiet fis-seħħ il-kirja u sakemm mistennija ddum b'mod approssimattiv?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

persuna impjegata mal-gvern li tagħmel xogħol privat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30342, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kemm-il persuna indikata fil-mistoqsija parlamentari qiegħda tħallas sabiex tirriklama l-email "personali u privat" tagħha fuq il-website tal-Ministeru stess (EPC assessors list) u jekk jarax xi forma ta' kunflitt ta' interess u dan peress li din il-persuna tagħmel parti mid-Dipartiment għat-Tindif u Manutenzjoni fejn jiġu reġistrati, proċessati u miżmuma dawn iċ-ċertifikati? Jekk u kemm ġew reġistrati ċertifikati minn din il-persuna s'issa? Jista' jikkonferma li peress li fil-mistoqsija parlamentari 30342 ġie indikat li l-persuna konċernata hija perit u tagħmel xogħol privat, jekk ġiex verifikat li din il-persuna isottomettietx applikazzjonijiet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u b'hekk ikun jista' jiġi konfermat verament din il-persuna hijiex involuta f'xogħol privat jew le? Jista' jivverifika dan b'konsultazzjoni mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar innifisha qabel twieġeb?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #30818 Sitting 425 2011-12-05 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — multa lill-Green MT

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar imponietx xi multa ta' madwar €5000 lill-GreenMT Ltd talli ħadmet f’mod illegali fir-rigward tal-Waste Compliance Scheme għal sitt xhur bejn Jannar u Ġunju 2010 fejn ġie allegatament determinat li kienet qed tikser Avviż Legali 337 tas-sena 2001 billi kienet qed topera waste management scheme mingħajr il-permess meħtieġ? Bħala regolatur tal-qasam tal-iskart, jista' jivverifika jekk l-operatur tal-gvern WasteServ meta kkalkulaw ir-refund mogħti lill-GreenMT, naqsux madwar 6,000 tunnellata mibugħta minn GreenMT lill-faċilitajiet tagħhom fl-istess perijodu proprju fiż-żmien li fih GreenMT kienet allegatament qed topera illegalment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.