Legislature:
Category:
Reset
Active:

Swieqi — Triq Josef Calleja - xogħol tal-asfaltar tat-triq

Question

Billi r-residenti ta' Triq Josef Calleja, fis-Swieqi ilhom snin sħaħ jiġu mwiegħda li se jsir ix-xogħol tal-asfaltar tat-triq, jista' l-Ministru jindika speċifikament meta dan ix-xogħol se jsir aktar u aktar billi ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali skont għadd ta' residenti ttieħdet gaffa fuq il-post biex jagħtuhom x’jifhmu li se jibda x-xogħol biex appena għaddiet l-elezzjoni baqa' ma sar xejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mill-programm ta' bini ta' toroq minn Transport Malta. Dan ix-xogħol għandu jsir fl-2012.

rapport dwar meter li hu ħażin

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jittieħdu passi dwar l-għadd ta’ rapporti li għamlet il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li l-meter tagħhom il-ġdid jinsab wieqaf minkejja li dan suppost ħa post meter ieħor antik li ġie mibdul għax spiċċa wieqaf ukoll?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Qliegħ mis-sussidjarja tal-Enemalta u l-Gvern, l-MOBC — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-qliegħ jew telf li għamlet is-sussidjarja tal-Korporazzjoni Enemalta u l-Gvern, l-MOBC mis-sena 2006 'l quddiem sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kwestjoni dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raguni li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ilha żmien twil tikkuntattja l-ARMS Ltd sabiex jinħarġilha kont attwali tad-dawl u ilma u mhux biss stima, sa minn Marzu 2011 u dejjem jingħataw it-tweġiba li m'għandhomx għalfejn jinkwetaw, filwaqt li baqgħu ma rċevewx il-kont uffiċjali mitlub?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ARMS Ltd minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Enemalta — ħlas lil ditta ta' awdituri

Question

Jista' l-Minisstru jgħid kemm tħallset id-ditta tal-awdituri PWC mill-Korporazzjoni Enemalta għas-servizzi tagħha sena b’sena mis-sena 2008 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Promozzjonijiet għall-miżuri tal-budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu u/jew ġew committed f'riklami fil-media, inkluż ġurnali u magazines bħala promozzjoni għall-miżuri tal-budget s'issa? Kif jipparaguna dan man-nefqa pubbliċitarja tas-sena l-oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont minfuq u/jew committed għal riklami b’informazzjoni għall-pubbliku ġenerali dwar il-miżuri u l-inizjattivi tal-Baġit 2012 huwa ta’ €96,689.45. L-ammont minfuq is-sena li għaddiet kien €69,927.20.

San Ġwann — irranġar ta' Triq Bellavista

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi urġenti biex tiġi rranġata Triq Bellavista San Ġwann, in-naħa ta’ fuq, billi ninsab infurmat li hemm partijiet fejn it-triq ċediet bil-kbir anke b’aktar minn pied?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

MEPA — twaqqif tal-operat tal-Falzon Waste Oils

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30922 u ċioe: Bili ftit jiem ilu, nhar l-1 ta' Diċembru 2011, l-gvern ħabbar permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar talbet lill-Falzon Waste Oils biex twaqqaf temporanjament l-operat tagħha sakemm l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar nnfisha tkun tista tagħmel il-verifiki meħtieġa, jista' l-Prim Ministru jgħid ladarba saret it-talba mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, meta effettivament twaqqaf l-operat ta' Falzon Waste Oils, kemm dam wieqaf u jew għadux wieqaf u jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar eventwalment rtirat din l-ordni ta' waqfien, meta fil-fatt Falzon Waste Oils reġgħu bdew joperaw mill-ġdid għan-normal?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-1 ta' Dicembru 2011, l-operatur tal-Waste Oils Company Ltd. intalab biex iwaqqaf l-operat relatat ma' tgħabijja u ħatt ta' fuel oil u gas oil fuq road tankers u ħatt ta' waste oils minn road tankers minħabba li kienu innutati rwejjaħ minn dawn l-attivitajiet. L-awtorità ħarġet Avviż ta' Infurzar (Referenza ECF606/11) biex l-operat imsemmi hawn fuq jieqaf b'effett immedjat. Dan l-Avviż ġie mgħoddi lill-operatur fit-2 ta' Diċembru 2011. Jista' jkun li Waste Oils jingħata permess li jagħmel xi ħatt ta' fuel kemm-il darba l-MEPA tkun żgurata li mhux ser jinħoloq inkonvenjent u din l-attivita ssir taħt is-supervizjoni tal-uffiċjali tal-MEPA

MEPA — uffiċjali li għandhom il-karozza tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm hemm uffiċjali li għandhom karrozzi tal-awtorità għall-użu personali tagħhom? Mingħajr ma jsemmi ismijiet jista' jindika l-karigi li jokkupaw? Kemm minnhom qegħdin fid-direttorat tal-ippjanar u kemm fid-direttorat tal-ambjent?

Response (DEMARCO, MARIO)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

persuna impjegata mal-gvern li tagħmel xogħol privat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31012, jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-individwu ssottomettiex/irreġistrax ċertifikati EPC wara t-3 ta' Jannar 2011? Jekk iva, se jittieħdu passi skont il-Public Service Management Code u dan peress li f'Jannar tal-2011 m'applikax biex jagħmel xogħol privat? Jista' jgħid jekk dan l-individwu kellux permess ta' xogħol privat fl-2010? Jekk le, peress li fir-risposta hemm ċar li dan l-individwu ħadem xogħol privat fl-2010, x'passi se jittieħdu skont il-Public Service Management Code?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

persuna impjegata mal-gvern li tagħmel xogħol privat

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 31012, jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan l-individwu hux qiegħed jiffirma u jibgħat l-ittri ta' infurzar lil dawk il-persuni li jkunu ssottomettew applikazzjoni għall-żvilupp għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jissottomettu lid-dipartiment iċ-ċertifikati (Energy Performance Certificate) u dan fil-kapaċità tiegħu ta' uffiċjal pubbliku? Jista' jikkonferma jekk ma' din l-ittra ta' infurzar, din il-persuna hux qed tibgħat ukoll il-lista msemmija fl-istess mistoqsija parlamentari bid-dettalji tiegħu privati fosthom l-email privata? X’inhi r-raġuni li qed tintuża l-email privata u mhux l-email tal-gvern minn uffiċjal pubbliku f’korrispondenza pubblika? Peress li possibbilment dan l-uffiċjal pubbliku qiegħed jitlob li jiġu sottomessi ċertifikati fi żmien stipulat għax inkella jittieħdu passi legali u fl-istess waqt jinforma lil dawn il-persuni li dawn iċ-ċertifikati jista' jagħmilhom hu stess privatament, jista' l-Ministru jgħid hux se jkun qed jinvestiga dan il-każ ta' kunflitt ta' interess u jgħid x’passi se jittieħdu fil-konfront ta’ dan l-individwu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

WasteServ — contaminate rate

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30819 u jgħid kif jispjega l-fatt li l-contaminate rate tal-WasteServ huwa ferm ogħla minn ta' faċilitajiet oħrajn privati li ħafna drabi jirriżultaw bħala aktar cost effective għall-klijenti tagħhom kif ukoll li għandhom prattiċi ta' waste segregation aktar effettivi wkoll? X’inhi l-contamination rate medja tal-WasteServ bħalissa peress li huwa mifhum li f’facilitajiet privati qajla tiżboq l-10%? Jekk dan huwa minnu dan ma jfissirx li l-ekwivalenti ta' din ir-rata għolja qed jispiċċa bħala refuse derived fuel li aktar tard jintbagħat lil-landfills mill-WasteServ innifisha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MEPA — multa lill-Green MT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30818 u jikkonferma jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar imponietx xi multa ta' madwar €5000 lill-GreenMT Ltd talli ħadmet f’mod illegali fir-rigward tal-Waste Compliance Scheme għal sitt xhur bejn Jannar u Ġunju 2010 fejn ġie allegatament determinat li kienet qed tikser Avviż Legali 337 tas-sena 2001 billi kienet qed topera waste management scheme mingħajr il-permess meħtieġ? Bħala regolatur tal-qasam tal-iskart, jista' jivverifika jekk l-operatur tal-gvern WasteServ meta kkalkulaw ir-refund mogħti lill-GreenMT, naqsux madwar 6,000 tunnellata mibugħta minn GreenMT lill-faċilitajiet tagħhom fl-istess perijodu proprju fiż-żmien li fih GreenMT kienet allegatament qed topera illegalment?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet imponiet multa ta' €5000 lill-Green MT Ltd peresss li kienet operat packaging waste recovery scheme mingħajr permess validu bejn 1 ta' Jannar 2010 u 24 ta' Ġunju 2010, liema multa kienet tħallset. Il-WasteServ tikkalkula r- refund li tinħareġ lill-iskemi skont l-ammont ta’ materjal li jiddaħħal fil-faċilitajiet tagħha u li eventwalment jintgħadd mal-ammonti riċiklabbli li jirraporta l-pajjiż. Għaldaqstant dan il-materjal imsemmi s’issa ġie kkunsidrat fil-kalkoli. Iżda, peress li l-kalkoli għadhom kollha suġġetti għall-awditjar tal- Approving Body , allura jistgħu jinħarġu struzzjonijiet lill-WasteServ biex jitnaqqsu l-ammonti rilevanti f’perjodu ieħor ta’ rikonċiljazzjoni tal-iskemi.

Malta Enterprise — relacation tal-Corporate Headquarters

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30390 rigward l-ispejjeż tar-rialokazzjoni tal-Malta Enterprise, kif ukoll in-nefqa sostanzjali li ġiet konfermata, jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż, b’mod partikolari tad-direct ordersu lil min ingħataw?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30390.

pazjenti li jitilgħu għall-kura taħt Puttinu Cares — biljetti tal-ajru

Question

Jista’ l-Ministru jiċħad jew jikkonferma rapporti li wasluli li pazjenti li jitilgħu għall-kura taħt Puttinu Cares qabel kien ikollhom il-biljett tal-ajru mħallas kollu, filwaqt li dan l-aħħar jingħad li nbidlet il-policy u kulma qed jingħataw huwa skont fuq il-biljett tal-ajru? Jekk dan huwa minnu, jista’ jgħid meta nbidlet il-policy u għal liema raġuni? Jekk dan ir-rapport mhuwiex għal kollox korrett, jista’ jgħid x’inhi l-policy attwali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Skemi ġodda dwar Enerġija alternattiva — ERDF Funds

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux maħsub li jkun hemm skemi oħrajn 'il quddiem dwar enerġija alternattiva koperti minn ERDF Funds jew jekk l-iskema eżistenti hijiex l-aħħar waħda fis-sensiela?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fondi allokati għall-iskema ERDF Energy li ammontaw għal 15-il-miljun ewro, ġew meħuda kollha u għalhekk mhux ser ikun hemm sejħa oħra.

San Ġwann Stefanotis Str — talba għal ġnien

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saret xi talba riċentement mill-Kunsill Lokali San Ġwann għad-devoluzzjoni tal-art f’Stefanotis Str, sabiex ikun jista' jsir ġnien pubbliku mill-kunsill kif kien oriġinarjament? Jekk iva, meta saru t-talbiet varji u x’kienet it-tweġiba uffiċjali min-naħa tal-Gvern Ċentrali?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Kompetizzjoni Ġusta u l-Konsumatur.
Leg 11 PQ #20217 Sitting 434 2011-12-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Union Flood Directive — Msida - Triq il-Wied

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19443 dwar il-bini li twaqqa f'Triq il-Wied, Msida, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk Malta hiex timplimenta f'dan il-kuntest kif ukoll fil-kuntest tal-bini li jrid jitla' l-European Union Floods Directive?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Floods Directive 2007/60/EC daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ Novembru 2007. Il-Proġett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jirrigwardja numru ta’ permessi fosthom PA6983/05, PA3917/98, PA4450/98 u PA1814/03. L-ewwel tlett permessi ħarġu ferm qabel id-dħul tad-direttiva, (12/09/97, 24/09/98, 21/06/02 rispettivament) filwaqt li l-aħħar fażi tal-proġett il-konsultazzjonijiet saru ferm qabel id-dħul tad-direttiva. Fuq il-proġetti msemmija l-MEPA ħarġet permess flok binja eżistenti elevat mill-livell ta’ Triq il-Wied b’0.85 metri mingħajr basement. Wara d-dħul tad-direttiva, l-MRA hi responsabbli għall-implimentazzjoni tal- Floods Directive f’Malta u l-MEPA tikkonsulta ma’ l-MRA qabel jinħarġu l-permessi relattivi. Il-MEPA qed tikkonsulta mal-MRA meta żvilupp ikun f’ area li hija meqjusa bħala ‘ flood risk area ’.

Bejgħ ta' light heating oil minn Ras Ħanżir

Question

Peress li hemm allegazzjonijiet li qed jinbiegħ xi light heating oil minn Ras Ħanżir, jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ sabiex jiġi determinat jekk dan huwiex isir b'mod illegali?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-bejgħ tal-light heating oil ilu li spiċċa mill-2009. Minfloku beda jinbiegħ il-heating gas oil. Dan il-bejgħ isir mill-istallazzjoni ta’ Ras Ħanżir u jsir kollu taħt is-superviżjoni tal-uffiċjali tad-dwana. Għalhekk mhux mifhum kif dan il-bejgħ jista’ jitqies li hu illegali.