Istitut għall-Istudji Turistici — ħaddiema fuq kuntratt indefinit
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31577, tista' l-Ministru tindika jekk dan japplikax għal ħaddiema oħrajn fi gradi aktar baxxi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull ħaddiem mhux akkademiku fl-Istitut għall-Istudji Turistici preżentement fuq kuntratt indefinit fil-grad ta' Officer in Grade kellu l-impjieg tiegħu mal-gvern regolarizzat.
Jista' l-Ministru jgħid l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kemm ilha bil-pilloli Neulin/Theophylline SA 250mg out of stock u meta dawn mistennija jkunu available għall-pazjenti li jbatu bl-asthma peress li l-persuni kkonċernati ġew mgħarrfa miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana li dawn ilhom out of stock f'Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment Centrali tal-Procurment u Supplies (Taqsima tas-Saħħa) għandu l-pilloli Neulin/Theophylline SA 250mg in stock. Kien hemm problema sabiex jinstab sors minn fejn tinxtara wara li żewġ tenders ġew ikkanċellati.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kuntratti ta' konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt short u/jew medium/long term ta' konsulenti li ġew imqabbda mill-Ministeru tiegħu matul din il-leġislatura flimkien mad-dettalji sħaħ dwar in-natura tax-xogħol mogħti lilhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għal Transport Malta l-mooring charges li qed jiġu imposti minn Sandy Yacht Marina Ltd (Ta' Xbiex Moorings) humiex aċċettabbli jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tariffi miġbura minn Sandy Yacht Marina Ltd għall-użu tal-irmiġġi f’Tax-Xbiex huma kif stabbilit fi ftehim li ntlaħaq bejn Sandy Yacht Marina Ltd u Transport Malta. Dan il-ftehim, li ntlaħaq wara sejħa pubblika għall-offerti, jistabilixxi li Sandy Yacht Marina Ltd hi obligata li tinvesti f’irmiġġi ġodda u b’mod organizzat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25002, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li bħalissa qed jingħataw taħriġ intensiv bħala uffiċjali tal-gvern sabiex ikunu jistgħu jħaddmu fuq livell amministrattiv il-provedimenti sħaħ tal-liġi tal-freedom of information? Meta beda u meta mistenni jintemm? Fir-rigward tal-investiment f’sistemi tal-informatika biex jiffaċilitaw dan il-proċess, kemm sar investiment s’issa u meta mistenni li l-investiment kollu meħtieġ ikun sar sabiex il-provedimenti tal-liġi jaħdmu b’mod sħiħ fuq dan il-livell loġistiku wkoll?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninsab infurmat li t-taħriġ lil madwar 400 foi officer beda fi Frar tal-2010 u effettivament għadu sejjer sal-lum. Dan kien ikopri elementi ta’ taħriġ dwar dak li għandu x’jaqsam mal-provvedimenti tal-liġi u l-ifformular tal-Kodiċi ta’ Prattika, kif ukoll, aktar riċentement, aspetti oħra li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-Informatika. Dan apparti taħriġ ieħor aktar ġeneralizzat għal faxex sħaħ ta’ uffiċjali pubbliċi fil-gradi kollha li huwa intiż l-aktar biex jagħti idea ċara ta’ xi tfisser eżattament il-liġi tal-freedom of information. Dan qed isir permezz ta’ korsijiet li jkunu organizzati minn żmien għal żmien miċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ (CDRT). Barra minn hekk is-suġġett huwa parti mis-sillabu tad-Diploma fl-Immaniġġjar Pubbliku, kors imħejji miċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ.
Infurmat ukoll li l-investiment fuq din is-sistema jammonta għal ta’ Eur 49,395.36. L-iżvilupp u konsolidazzjoni taghha mistennija jkun konkluż lejn nofs is-sena.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31693, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji sħaħ dwar il-proġett imsemmi kif ukoll meta u jekk intefgħet l-applikazzjoni mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar flimkien mal-file number?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm ħsieb li dan il-ġnien jitkabbar u jsir ferm iktar attrajenti. U barra hekk f’livelli differenti se jkunu żviluppati l-uffiċju l-ġdid tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann u sala komunitarja. Il-klabb tal-Boċċi eżistenti se jiġi mibni mill-ġdid ftit ’il fuq fl-istess triq fl-inħawi ta’ Taż-Żwejt.
Saru applikazzjonijiet lill-MEPA kemm għal dan il-proġett u għal dak tal-iżilupp tal-klabb il-ġdid f’Taż-Żwejt. L-applikazzjoni mal-MEPA rigward il-ġnien u bini tal-Kunsill kienet sottommessa fid-19 ta’ Jannar u għandha
tracking number
146374 waqt li dik tal-klabb tal-boċċi intbagħtet fis-27 ta’ Jannar u ġġib t
racking number
146662.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le, li l-uffiċċjal tal-Gozo Channel li kien tneħħa mill-kariga tiegħu xi żmien ilu, kien għamel rakkmandazzjoni qawwija biex isiru barriers propju biex jiġi evitat li jsiru traġedji, bħalma ġara fil-każ tal-pulizija Kurt Gauci li minn hawn nixtieq nuri sogħba għall-mewta traġika tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Gozo Channel m’għandha l-ebda dokumentazzjoni dwar dak li qed jiġi mistoqsi.
Ninsab infurmat ukoll illi l-uffiċċjal li għal dawn l-aħħar sentejn kien responsabbli mill-operat tal-kumpanija qed jassigura li t-tqegħid ta’
barriers
isir skont l-esiġenzi ta’ xogħol li jkun għaddej fuq il-moll, kemm mill-kuntrattur kif ukoll mill-Gozo Channel, u anke skont l-esiġenzi ta’ aċċess ta’ vetturi għall-parti tal-moll li hi lil hinn minn
Quay
Nru. 1.
Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jittieħdu passi dwar l-għadd ta’ rapporti li għamlet il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li l-meter tagħhom il-ġdid jinsab wieqaf minkejja li dan suppost ħa post meter ieħor antik li ġie mibdul għax spiċċa wieqaf ukoll?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-meter imsemmi reġa’ nbidel fl-4 ta’ Jannar u dan qed jaħdem sewwa.
Filwaqt li wieħed jawgura li jkompli l-impenn favur it-tisħiħ tal-munita tagħna lkoll l-ewro, jista' l-Ministru jgħid jekk xi dipartimenti, aġenziji jew entitajiet governattivi, jew inkella xi korporazzjonijiet jew istituzzjonijiet li fihom għandu xi sehem il-Gvern Malti jew xi entitajiet ikkontrollati minnu, f'dawn l-aħħar xhur għamlux xi studji dwar worst-case scenario fl-eventwalità li tikkollassa l-munita ewro?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31569.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Family Friendly measures
Question
B’referenza għat-tweġiba li kien ta' xi xhur ilu għall-mistoqsija parlamentari 25673, jista' l-Ministru jagħti kif kien mitlub fiha, it-tweġiba għall-mistoqsija (b), jiġifieri l-breakdown ta’ kemm kienu (dakinhar li ta t-tweġiba) l-ħaddiema fid-dipartimenti li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kienu qegħdin jibbenefikaw minn dawk il-miżuri msemmijin f’(a) u dan qed jintalab għax huwa biss mill-Ministri ma kienx ta dan it-tagħrif mitlub?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi billi t-tarmac ċeda qrib ir-roundabout li hemm ħdejn il-ħanut Junior's fit-tarf ta' Vjal ir-Rihan, San Ġwann?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tiswija tal-ħsara li qed isemmi l-Onor Interpellant għadha ma saritx minħabba l-maltemp ta' dan l-aħħar. Infurmat ukoll li dan ix-xogħol għandu jsir hekk kif ikun possibli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew l-ismoking areas il-ġodda li hemm fl-Isptar Mater Dei? X'inhu d-daqs ta' kull waħda minnhom? Jistgħu jittieħdu passi biex ikun hemm ilquħ aħjar kontra l-maltemp billi kelli ilmenti li xi nies li użawhom spiċċaw ma kellhomx kenn biżżejjed meta kienu qed jagħmlu użu minnhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ammont tal-kont sottomess mill-kuntrattur li għamel ix-xogħol fuq l-ismoking shelters, bħalissa qed jiġi vverifikat mit-tekniċi tal-Isptar Mater Dei, u għaldaqstant ma jistax jingħata qabel dan l-eżerċizzju jkun lest.
Id-daqs ta’ kull waħda minn dawn l-i
smoking shelters
hija ta’ 7.2m x 2.4m x 3.0m
L-istruttura fejn jista’ jsir tipjip trid tkun tali li trid tkun konformi mar-Regolamenti tal-2010 dwar it-Tipjip f’Postijiet Pubbliċi Avviż Legali 23 tal-2010, u għalhekk tali spazju jrid ikun mgħotti b’saqaf u mhux magħluq b’aktar minn ħajt jew naħa waħda u għalhekk ma jistax ikun hemm aktar ilquħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-performance bonus li ngħata lill-Heads ta' ARMS Ltd wara li huwa kien iddikjara li se jingħatalhom dan, meta għamel iż-żjara fl-uffiċini tal-ARMS Ltd ġo Ħal-Luqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma nħossx li huwa prudenti li wieħed jiżvela ammonti speċifiċi individwali. Ngħid iżda li l-performance bonus li ngħata lil Heads ta’ ARMS kien f’konformità stretta mal-kuntratti tagħhom.
Għal dettalji tal-kuntratti in kwistjoni l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi għal PQ 19365.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar festini u riċivimenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdowns separati tal-infiq fuq diversi festini u riċevimenti li hu u/jew il-Ministeru tiegħu organizza matul din il-leġislatura fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' diversi proġetti infrastrutturali u/jew ambjentali madwar il-gżejjer Maltin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ urġenti tal-Housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilu pendenti għaxar snin sħaħ? Tista' tiġi kkunsidrata b’mod urġenti għal akkomodazzjoni alternattiva ground floor peress li għandha għadd ta’ ċertifikati mediċi on file?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tas-sinjura in kwestjoni hija proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. Peress li l-istock ta’ postijiet vojta huwa limitat ħafna, ninforma lilll-applikanta li f’kaz li hija tikri post mill-privat hija tkun tista tapplika għal sussidju fuq il-kera dejjem jekk hija tkun konformi mall-kundizzjonijiet tal-Iskema fi dhan l-Awtorità tad-Djar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji Maltin li ilhom ma jirċievu kont actual tad-dawl u l-ilma minn Mejju ta’ sena ilu? Kemm hemm familji mqabbdin s’issa mal-ismart meters? Kemm minnhom qegħdin jinqraw miċ-ċentru tal-ARMS Ltd b’mod remot? Kemm għad baqa' biex il-proċess li bih il-meters kollha jinqraw b’dan il-mod jitlesta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
pre infringements, infringements, u final notices relatati mal-ambjent
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ittra ta' pre infringements, infringements, u final notices irċieva l-Gvern Malti relatati mal-ambjent? Xi pjanijiet għandu l-Gvern Malti biex Malta ma tittellax quddiem il-ECJ – European Court of Justice?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid eżatt f’liema direttivi u liġijiet Ewropej konnessi mal-ambjent, pajjiżna ma laħħaqx mal-implimentazzjoni rikjesta u mitluba minnha? Fir-rigward ta’ dawn id-direttivi u liġijiet, jista' jelenka l-isem u n-numru ta’ liġi Maltija fejn kull waħda minnhom tapplika?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31099 li saret lill-Minsitru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u sisa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk qattx saret xi talba riċentement mill-Kunsill Lokali San Ġwann għad-devoluzzjoni tal-art f’Stefanotis Str, sabiex ikun jista' jsir ġnien pubbliku mill-kunsill kif kien oriġinarjament? Jekk iva, meta saru t-talbiet varji u x’kienet it-tweġiba uffiċjali min-naħa tal-Gvern Ċentrali?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern m’għandu l-ebda talba mill-Kunsill Lokali San Gwann għad-devoluzzjoni tal-art f’Stefanotis Street biex ikun jista’ jsir ġnien pubbliku. Il-Kunsill Lokali San Ġwann kien biss talab informazzjoni dwar it-titlu tal-art in kwistjoni fl-14 t’Ottubru 1996 liem informazzjoni kienet ingħatat mid-Dipartiment. Madanakollu, id-Dipartiment għandu talba mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali sabiex isir proġett ta’ tisbiħ fi Triq Stefanotis għall-użu pubbliku datata 1 ta’ Settembru 2011, liem talba għadha qed tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u f’liema każijiet mis-sena 2008 'l quddiem, il-kumpanija Wasteserv irċeviet struzzjonijiet mir-regolatur kompetenti biex isir offsetting ta’ refunds kontra ammonti dovuti minn kumpaniji bħal Green MT – dan wara li kien sar l-awditjar tal-approving body? Jista' jgħid jekk dan kienx japplika wkoll għall-perjodu li fih din l-istess kumpanija kienet allegatament qed topera illegalment tant li skont tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31016 ġie kkonfermat li l-istess kumpanija kienet ġiet mmultata €5000 talli kienet qed topera packaging waste recovery scheme mingħajr permess validu bejn 1 ta' Jannar 2010 u 24 ta' Ġunju 2010?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghalkemm l-iskema tal-ġbir tal-iskart riċiklabbli nbdiet fl-2008, permezz tagħha ddaħħal kunċett ġdid f’Malta fejn inħoloq suq għall-materjal riċiklabbli. Riżultat tal-fatt li dan kien suq ġdid, il-mekkanizmu f-iskemi li bih tinħadem ir-rifużżjoni kellu jgħaddi minn proċess ta’ evoluzzjoni u raffinar sakemm kien finalment definit. Dan kien ukoll rżultat tal-ħtieġa li riedu jiġu mistħarrġa l-effetti li setgħu jirriżultaw minn ċaqliq f’dan is-suq ġdid ta’ materjal riciklabbli.
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31016, ninfurmaħ li l-ewwel pagamenti lill-iskemi m’ilhomx li saru u allura, kif wieħed jistenna, għadu kmieni biex ikun hemm struzzjonijiet ta’ offsetting ta’
refunds
, kif ġie aċċennat fl-istess tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 31016. Madankollu, huwa maħsub li dan iseħħ f’perjodu ieħor ta’ rikonciljazzjoni.