Legislature:
Category:
Reset
Active:

enerġija ġġenerata mill-iskart

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-targets tal-Waste to Energy li kellhom jiġu ġġenerati sal-lum u kemm għadna 'l bogħod milli nilħquhom? Dan partikolarment meta l-peak production annual output tal-Enemalta huwa madwar 2300 GWh? X'inhuma l-pjanijiet immedjati tal-Gvern biex jiġġenera aktar enerġija mill-iskart matul din il-leġislatura?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-miri għall-enerġija ġġenerata mill-iskart huma kif stipulati fil-National Renewable Energy Action Plan. Fis-sena 2011 l-enerġija ġġenerata mill-iskart kienet madwar 4.478 GWh-th bħala sħana u 1.581 GWh-el bħala elettriku. Fl- 2012 dawn il-figuri mistennija li jiżdiedu b’madwar 0.9GWH bħala sħana u 1.2 GWh oħra bħala elettriku. Dan se jseħħ permezz numru ta’ inizjattivi fosthom: a) introduzjoni ta’ CHP’s li jiġġeneraw enerġija elettrika mill- engineered landfills b) Użu akbar ta’ enerġija termali permezz tal- proġett li ser jgħaddi sħana għall-pixxina ta’ l-Inspire c) Żieda fil-ġenerazzjoni fl-impjant ta Sant’ Antnin hekk kif jitkompla l ottimizzar-tal-process.

Proġett tal-boroz griżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif kien ġie ffinanzjat l-proġett tal-boroz l-griżi? Inħarġu xi fondi pubbliċi għal dan l-għan? Jekk iva, kemm u lil min tħallsu? X'kien is-sehem tal-GRTU f'dan kollu? Kemm tħallset l-GRTU minħabba din l-iskema? Kemm tħallsu il-kolletturi nfushom? Kemm hemm verità f'rapporti li l-kolletturi tħallsu ferm inqas mill-GRTU innifisha? Kif sar il-pagament u kontra liema evidenza dokumentata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — konsulenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm għandu konsulenti bħalissa l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin? Min huma, kemm qed jitħallsu u x’arranġamenti kuntrattwali għandhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Malta il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għandu konsulent lil Professur David Attard li qed fuq kuntratt ta' sena u jitħallas €11,646 kull sena.

Każ dwar kont tal-ARMS Ltd

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, qatt ma kienet konnessa ma' dik il-cafeteria kummerċjalment la f’vesti ta’ sid, shareholder, direttur jew operatur? Minkejja li s-sinjur msemmi kemm-il darba ilmenta personalment dwar dan mal-ufficjali konċernati, talbuh biex jimla formola ta' reġistrazzjoni ta' bidla tal-konsumatur, meta hu qatt ma kellu x’jaqsam ma' dan il-post u minn fuq qalulu li kellu jħallas somma ta' €466 ukoll. Jista' jara li dan l-iżball amministrattiv jiġi rimedjat kemm jista' jkun malajr?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

direttivi u liġijiet konnessi mal-ambjent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31869 u jgħid eżatt f’liema direttivi u liġijiet Ewropej konnessi mal-ambjent, pajjiżna ma laħħaqx mal-implimentazzjoni rikjesta u mitluba minnha? Fir-rigward ta’ dawn id-direttivi u liġijiet, jista' jelenka l-isem u n-numru ta’ liġi Maltija fejn kull waħda minnhom tapplika?

Response (DEMARCO, MARIO)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

pre infringements, infringements, u final notices relatati mal-ambjent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31868 u jgħid kemm-il ittra ta' pre infringements, infringements, u final notices irċieva l-Gvern Malti relatati mal-ambjent? Xi pjanijiet għandu l-Gvern Malti biex Malta ma tittellax quddiem il-European Court of Justice?

Response (DEMARCO, MARIO)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

informazzjoni dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31867 u jgħid kemm hemm familji Maltin li ilhom ma jirċievu kont actual tad-dawl u l-ilma minn Mejju ta’ sena ilu? Kemm hemm familji mqabbdin s’issa mal-ismart meters? Kemm minnhom qegħdin jinqraw miċ-ċentru tal-ARMS Ltd b’mod remot? Kemm għad baqa' biex il-proċess li bih il-meters kollha jinqraw b’dan il-mod jitlesta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #32272 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — informazzjon dwar il-konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid b'mod aġġornat, min huma bħalissa l-konsulenti mħallsa mill-Public Broadcasting Services, xi ħlas jieħdu u għal kemm huwa l-kuntratt? Kemm hemm persuni full-time u part-timeu min huma, li qed jieħdu ħsieb il-monitoring tal-programmi u l-aħbarijiet? Tista’ l-Ministru tgħid x'karigi kellhom, jekk kellhom, qabel fil-Public Broadcasting Services? Ġie impjegat xi ħadd minn barra l-Public Broadcasting Services biex jagħmel dan ix-xogħol? Kif, b'liema kwalifiki u salarju kien impjegat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-PBS bħalissa m’għandhiex konsulenti. Mal-PBS hemm 79 impjegat full-time u persuna waħda part-time. Hemm żewġ persuni li jieħdu ħsieb il-monitoring tal-programmi li t-tnejn huma impjegati full-time li kollha ilhom jaħdmu mal-PBS għal aktar minn sittax-il sena. Is-sistema tal-monitoring inbidlet ħafna, u dawn iż-żewġ ħaddiema tekniċi fil-qasam tal-operat qegħdin jinġestjaw il-materjal kollu, kif ukoll jevalwaw il-programm. Dan qed isir għaliex TVM m’għadux jaħdem bit-tapes. Apparti minn dawn hemm persuna oħra li xogħlha hu li żżomm id-dettalji tal-items kollha tal-aħbarijiet. Din l-impjegata taħdem mal-Kumpanija bħala Clerk. Hemm persuna oħra li hi responsabbli mill-Quality Control tal-programmi kollha u bħala parti minn xogħlha tibgħat rapporti u jkollha laqgħat mal-producers. Din il-persuna hija impjegata fuq Contract for Service u tirraporta lill-Bord Editorjali. Sa ftit xhur ilu dan ix-xogħol kien isir minn tlett persuni li kienu jaħdmu fuq Contact for Service.

Kumpanija BWSC — ilment fuq il-kwalità tad-diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija BWSC ilmentatx f’dawn l-aħħar ġimgħat u/jew jiem dwar il-kwalità tad-diesel li tuża l-Korporazzjoni Enemalta? Kemm-il darba dan huwa minnu kif wieħed jista' jinkwadra dan kollu meta l-impjant huwa maħsub li se jaħdem fuq il-heavy fuel oil u suppost li jaħdem anki bl-agħar tip ta’diesel?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kumpanija BWSC ma lmentatx dwar il-kwalità tad-diesel li tuża’ l-Enemalta, li fil-fatt huwa ta’ kwalità akar superjuri minn dak speċifikat minn BWSC.
Leg 11 PQ #32062 Sitting 452 2012-02-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Istitut għall-Istudju Turistiċi — staff li saru tal-post mal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma rapporti li wasluli li meta staff mhux akkademiku tal-Istitut għall-Istudju Turistiċi saru tal-post mal-gvern kien hemm każi fejn skrivani tpoġġew fi skala 18 – l-ekwivalenti ta’ deffiena tal-oqbra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-regolarizzazzjoni tal-impjegati mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi sar billi dawn l-impjegati inħatru uffiċjali fuq skala tal-Gvern li hi komparabbli mal-paga li qed jirċievu.
Leg 11 PQ #32063 Sitting 452 2012-02-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Istitut għall-Istudji Turistiċi — informazzjoni dwar iċ-chairperson

Question

Tista' l-Ministru tgħid min qed jaqdi l-funzjoni ta’ chairperson tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi bħalissa billi għal raġunijiet li wieħed jista' jifhem, iċ-chairperson ilha ma tirrapporta għax-xogħol? Hija kellha rwol mhux eżekuttiv jew eżekuttiv? Jekk ir-rwol tagħha kien eżekuttiv, min assuma din ir-responsabbiltà f’dawn il-jiem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Viċi Chairman qed jaqdi l-funzjoni minflok ic-Chairperson li m'għandux rwol eżekuttiv.

Trasport Malta — Chief Office Enforcement

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandha l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bħala Chief Office Enforcement ma’ Trasport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nqisx li hu xieraq li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-impjieg mitlub.

ARMS Ltd — fee lil dawk li jitolbu kont aġġornat

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ARMS Ltd twaħħalx xi fee lil dawk il-konsumaturi kollha li jitolbuha kont tad-dawl u l-ilma aġġornat, anki f’każijiet fejn ikunu ilhom madwar sena ma jirċievu l-aħħar kont mhux estimate (stima)? Jekk iva, x’inhi din iċ-charge?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm miżata ta’ €4.66 sabiex jinħareġ kont b’data speċifika (u fuq qari ta’ meters indikati mill-konsumatur) li jkun jeħtieġ konsumatur. F’każ li konsumatur jkun jeħtieġ kont għax ikun ilu ma jinħareġ, ma jkun hemm l-ebda miżata applikabbli.

ARMS Ltd — persuni li ma jħallsux fi żmien 45 ġurnata

Question

F’każ fejn persuna tirċievi xi tliet jew erbgħa kontijiet tard għax tkun ġiet invoiced tard minn ARMS Ltd, jista' l-Ministru jgħid jekk il-klijent xorta waħda jiġi charged l-interessi bħal kull min ma jħallasx fi żmien 45 ġurnata mid-data tal-invoice u jista’ saħansitra jiġi mhedded ukoll li jaqtgħulu s-servizz tad- dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li meta jinħarġu diversi kontijiet f’daqqa, jingħata kreditu ta’ 120 ġurnata mid-data tal-kont, minflok 45 ġurnata tas-soltu. L-interessi jiġu applikati wara dawk il-120 ġurnata. Fuq dawn il-kontijiet partikolari, ma tinħariġx l-ittra tas-sospensjoni fil-perijodu tal-120 ġurnata li tkun ġiet mogħtija u għaldaqstant m’hemmx riskju li jiġi sospiz is-servizz tad-dawl, dement li ma jkunx hemm xi djun sostanzjali minn qabel ma jkunu inħarġu l-kontijiet partikolari li fuqu jkunu ngħataw 120 ġurnata. Konsumaturi li xorta jkollhom xi forma ta' diffikultà, jistgħu jikkontatjaw l-ARMS Ltd sabiex jgħamlu arranġament għal ftehim ta’ pagamenti bin-nifs. Dan il-metodu jista' jelimina ir-riskju ta’ sospensjoni tas-servizz, dement li l-ftehim jiġi onorat u pagamenti jsiru regolari kif jkun stipulat fil-ftehim. Niġbdu l-attenzjoni għall-fatt li meta jsir ftehim ta’ dan it-tip, xorta japplikaw l-interessi. Konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu pagamenti kull xahar skond kif jeħtieġu huma jew inkella bħala payment on account anke jekk dawn ma jkunux irċivew kont u mitluba sabiex jħallsu. Dan il-metodu jservi sabiex jinqasmu l-ispejjeż tal-konsum, fuq varji pagamenti.
Leg 11 PQ #32042 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kollaborazzjoni bejn Forzi Armati ta' Malta u l-awtoritijiet tal-Qatar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji dwar il-kollaborazzjoni diskussa bejn il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta' pajjiżna u l-ogħla awtoritajiet tal- Qatar waqt iż-żjara riċenti tiegħu hemmekk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żjara tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) kienet fuq stedina uffiċjali tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Qatar, u serviet sabiex tkompli tibni r-relazzjoniet bejn iż-żewġ Forzi. Waqt il-kriżi ġewwa l-Libja, il-FAM ikkontribwixxew fl-isforzi nazzjonali u internazzjonali sabiex għajnuna umanitarja twasslet lill-poplu Libjan. Dan irriżulta f’kooperazzjoni ma’ bosta entitajiet, kemm ċivili, kif ukoll militari, fosthom dawk tal-Qatar. Iż-żjara tad-delegazzjoni kienet okkażjoni biex l-ogħla entitajiet militari ta’ Malta u l-Qatar jiddiskutu l-possibilità li fil-ġejjieni r-relazzjonijiet ikomplu jissaħħu, u suldati taż-żewġ pajjiżi jkollhom l-opportunità li jsegwu korsijiet jew attivitajiet ta’ taħriġ f’kuntest ta’ kooperazzjoni bilaterali militari ġewwa l-Qatar, iż-żewġ partijiet qablu li l-kooperazzjoni bilaterali li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi għandha sservi ta’ qafas għal aktar kooperazzjoni f’dawk l-oqsma li jiġu identifikati li jkun hemm possibilità ta’ benefiċċju reċiproku għaż-żewġ pajjiżi.
Leg 11 PQ #32043 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara kummerċjali mal-Libja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx stabbilita data għaż-żjara kummerċjali li kellu jmexxi hu stess fil-Libja u li jidher li ġiet posposta minħabba ċerta instabbilità mill-aspett tas-sigurtà li rriżulta s’issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed isiru tħejjijiet għal din iż-żjara li se ssir fil-mument opportun.
Leg 11 PQ #32044 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tnaqqis fil-budget mill-Unjoni Ewropea

Question

Billi l-gvern ġie mġiegħel inaqqas €40 miljun mill-budget tiegħu mill-Unjoni Ewropea, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bħala cost cutting u cost control method iddaħħlitx xi prassi min-naħa tiegħu li x-xogħol ta' konsultazzjoni mill-Ministeri jikseb qabel xejn l-approvazzjoni tiegħu jew tal-Kabinett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

High net worth individual scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm kien hemm applikanti li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom taħt il-High net worth individuals scheme dwar residence permits li ħareġ il-Gvern f'Settembru li għadda? Kemm minnhom ġew approvati?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li s’issa kien hemm 8 persuni li tefgħu l-applikazzjoni taħt il-High Net Worth Individuals Scheme. Minn dawn l-applikazzjonijiet, 2 ġew approvati, filwaqt li s-6 l-oħra qiegħdin jiġu pproċesssati.

MEPA — applikazzjonijiet għal ċentru ċiviku fis-Swieqi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni mill-Gvern innifsu lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinbena ċentru ċiviku ġewwa s-Swieqi? X’inhu l-file number? Jekk huwa minnu li nbeda x-xogħol mingħajr il-permessi meħtieġa, x’passi ttieħdu mill-awtoritajiet dwar dan?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni għall-iscreening, numru 145527 għall-"Proposed civic centre and recreational area" ġiet sottomessa fil-31 t'Ottubru 2011 u ma jirriżultax li inbeda xi żvilupp marbut ma' dan il-proġett, ħlief li tqabbdet gaffa għal ftit siegħat biex tikxef xi punti fuq is-sit (test holes) sabiex ikun stabbilit il-livell tal-blat. Għaldaqstant mhux il-każ li jittieħdu xi passi t'infurzar min-naħa tal-Awtorità.

Sptar Mater Dei — Applikazzjonijiet għal medical lab scientists

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għall-medical lab scientists mal-Isptar Mater Dei wara s-sejħa li saret f’Jannar 2012? Meta mistennija jsiru l-interviews? Kemm mistennija jimtlew postijiet battala?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.