Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 37903 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm huwa n-numru ta' ġibjuni li għandu konjezjoni tagħhom il-gvern f'Għawdex? Tista' tgħid kemm fil-preżent huwa numru ta' dawk il-ġibjuni li għadhom qed jintużaw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 38046.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37386 u 37071 u jgħid meta bdew in-negozjati ma' St. Philips Hospital li eventwalment wasslu għal ftehim propost? Jista' jagħti t-time lines tal-istadji kollha tan-negozjati u minn min saru min-naħa tal-gvern? Meta ddaħħlu fl-istorja kollha l-Foundation for Medical Services? Min rrapreżenta lill-fondazzjoni fl-istadji varji tan-negozjati u dan ix-xogħol ġie farmed out lil terzi? Jekk iva, lil min? Jikkonferma rapporti li n-negozjati bdew madwar sitt xhur wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2008? X’kienu l-alternattivi li ġew ikkunsidrati? Minn min saru dawn l-istudji dwar siti jew premises alternattivi? Jista' jippublika l-minuti u d-dokumenti kollha marbutin ma' dawn in-negozjati inklużi minuti tal-laqgħat kollha li saru? Liema kienu l-auditing firms allegatament involuti fin-negozjati f’isem il-gvern u anki s-sidien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37501, jista' l-Ministru jikkonferma li kemm-il darba qed jiġi kkonfermat li din l-art hija tal-gvern hijiex tinġi użata minn terzi skont jew kontra l-liġi u jekk inkriet huwiex isir xi abbuz mill-kirja innifisha li setgħa ħareġ il-gvern?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda kirja fuq din l-art u minn spezzjoni li saret dan l-aħħar irriżulta li din qed tiġi okkupata illegalment.
Tender dwar energy saving li għadu ma ġiex aġġudikat
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tender dwar energy saving li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li għalaq fil-15 ta' Mejju 2012 għadu ma ġiex aġġudikat s'issa u dan meta energy saving campaigns għandhom jkunu ta' prijorità ta' kull amministrazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37632 u jikkonferma jekk l-ex Direttur għal Corporate Services, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament tal-Awtorità ta' Malta tal-Ambjent u l-Ippjanar kienx ħallas lura l-flus tal-allowance tal-karozza li kien ħa żejda?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas lura lill-awtorità għadu ma sarx. L-awtorità ppreżentat ittra uffiċċjali fil-qorti permezz ta’ liema ntalab il-ħlas. Qed isiru wkoll diskussjonijiet permezz tal-avukati.
San Ġwann — bini ta' childcare centre - ilqugħ għall-ilma tax-xita
Question
B'referenza għaċ-childcare centre li qed tinbena fi Vjal ir-Rihan San Ġwann 'il fuq mill-iskola primarja, tista' l-Ministru tikkonferma rapporti li wasluli li l-post li żar il-Prim Ministru xi xhur ilu ma għandux ilqugħ għall-ilma tax-xita u jekk dan huwa minnu dan se jkun konformi ma' dak li s-soltu titlob l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-bini ta’ Child Care Centre u l-estensjoni tal-iskola primarja se jkollhom ilqugħ għall-ilma tax-xita skont il-kundizzjoni 1 h tal-permess PA/01187/12 maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Tista' l-Ministru tgħid jekk it-tender tal-Health Safety & Security li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament pubblikat fil-31 ta' Lulju 2012 u li għalaq fil-31 t'Awwissu 2012, ma ġiex awarded, għaliex għadu ma ġiex awarded u meta se jiġi awarded?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ ippubblikat l-Award Notice tal-Health, Safety and Security tender, fil-5 ta’ Novembru 2012.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li qegħdin jistennew biex jidħlu fil-korsijiet tat-training?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent hemm madwar 3,485 persuna reġistrata u 10,840 persuna oħra bejn impjegati u inattivi li qed jistennew biex jibdew xi taħriġ mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC).
Il-Fondi Soċjali Ewropej (5.7 miljun euro) li permezz tagħhom il-Korporazzjoni kienet qed toffri programmi ta’ taħriġ taħt l-Employability Programme mill-2009 sa din is-sena waslu fit-tmiem tagħhom. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni ħadet ħsieb li tissottometti applikazzjoni oħra għal proġett ġdid li jipprovdi fondi ġodda biex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi ta’ taħriġ. Dan il-proġett ġdid, bl-isem ta’ ‘
Enhancing Employability through Training’
, kien approvat u se jitnieda fil-ġimgħat li ġejjin. Dawk li qed jistennew biex jidħlu fil-korsijiet tat-taħriġ ser jibbenefikaw minn dan il-proġett li għandu fondi ta’ madwar 3.4 miljun euro oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b'kuntratt definit jaħdmu ġewwa Sptar Monte Carmeli? Kif ġew ingaġġati? Kemm minnhom jaħdmu u jitħallsu minn kumpaniji privati? Ma' liema kumpaniji saru dawn l-arranġamenti? Jista', mingħajr ma jsemmi ismijiet, jindika x'tip ta' xogħol qegħdin jagħmlu u jekk dan huwiex ristrett biss għal tindif jew anke għal xogħol amministratti? Jekk iva, fuq liema livel?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm 77 persuna b’kuntratt definit li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli, kif ukoll 440 persuna li jaħdmu fuq kuntratt definit ma’ kumpanija privata u li jagħtu servizz fl-istess sptar. Dawk tal-ewwel kollha ġew ingaġġati wara proċess ta’ intervista, filwaqt li dawk li jaħdmu ma’ kumpaniji privati ġew ingaġġati permezz ta’ proċess immexxi mill-istess kumpaniji.
Il-ħaddiema li huma impjegati fuq kuntratt definit ma’ kumpaniji privati jagħmlu xogħol ta’ Careworkers u ta’ Infermiera, u dawn huma rispettivament ingaġġati mill-kumpaniji Support Services Ltd u Health Services Ltd, li magħhom sar kuntratt għall-għoti ta’ servizz wara li kienu nħarġu tenders rilevanti.
Jista l-Prim Ministru jgħid il-Bord għat-Tnaqqis mis-Sentenzi, kemm irċieva talbiet mil-bidu ta din il-leġislatura sal-lum (sena, sena) u kemm minnhom ġew milqugħa? It-talbiet li ġew milqugħa kif huma maqsumin? Huma maqsuma skont it-tip ta' reat? F'kull każ is-sentenza kemm ġiet imnaqqsha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord għat-Tnaqqis mis-Sentenzi ġie imwaqqaf fit-22 ta’ Awwissu 2012 bis-saħħa tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.
Il-Bord għat-tnaqqis mis-Sentenzi huwa responsabbli sabiex jiddeċiedi dwar l-għoti, it-telf jew l-għoti lura ta’ ġranet ta’ tnaqqis mis-sentenza mitlufa, hekk kif stipulat fl-Artikolu 20(2) tal-imsemmi Att. Dan ma jsirx a bażi ta’ talba iżda skont il-proċeduri msemmija fl-Att.
Fil-preżent il-Bord stabbilixxa l-proċeduri li bihom ghandu jopera u qiegħed jikkonsidra l-ewwel każijiet tiegħu.
Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li persuni li jieħdu l-pilloli Cozaar regolarment, la qed isibuhom fl-ispiżerija tal-Isptar, la fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana u lanqas fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek billi f'kull okkażżjoni qed jiġu mgħarrfin li huma out of stock?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kienet ġiet ippreparata ordni, imma matul dak il-perjodu l-kuntratt skada. Meta intalbet estensjoni tal-kuntratt, l-aġent ġie lura b’mediċina alternattiva għall-mediċina rikjesta fil-kuntratt. Bħal issa għaddejjin komunikazzjonijiet biex jiġi stabbilit jekk il-mediċina alternattiva offruta hijiex aċċettabbli. Sadanittant inħarġet sejħa oħra għall-offerti u qegħda fi stadju ta’ aġġudikazzjoni.
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jinvestiga l-ilment ta' bosta residenti tas-Swatar, Msida, dwar il-fatt li f'Tower Road, Swatar, tgħalaq minħabba li ngħqalet bankina b'mod li ġie ristrett l-aċċess għall-bypass u b'konsegwenza ta' dan ir-residenti qed ikollhom jinżlu Ta' Paris biex joħorġu għal main road? Tista' tinstab soluzzjoni anqas inkonvenjenti mill-arranġament preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li t-triq imsemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ġewwa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jieħdu l-above grade allowance? Kemm kull wieħed/waħda ilhom jieħdu l-above grade allowance għal aktar minn tliet xhur konsekuttivi?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga x’passi ttieħdu wara rapporti li allegatament saru rigward servizzi veterinarji fil-ħanut li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ġieli użaw trattament mediku fuq annimali meta l-ħanut huwa biss wieħed ta' animal grooming u jingħad li l-operaturi tal-istabbiliment m'għandhomx liċenzja veterinarja? Iddaħħlu l-pulizija f’xi stadju jew ieħor?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-ilmenti ta’ abbuż ta’ professjoni veterinarja jiġu nvestigati mill-Kunsill Tal-Kirurgi Veterinarji. Sa fejn ninsab infurmat, fil-passat kien hemm rapporti fuq l-istabbiliment in kwestjoni fejn il-Kunsill Tal-Kirurgi Veterinarji kien irċieva ittra b’ilment li tirrigwarda s-sigurtà u l-kwalità tas-serivizz li jingħata minn dan l-istabiliment; b’mod partikolari fuq l-użu ta’ sedativi biex jikkalmaw l-annimali. Dan il-kunsill kien għamel l-investigazzjonijiet neċessarji li inkluda spezzjoni fuq il-post fejn isir dan ix-xogħol ta’ ‘grooming’.
Il-konklużjonjiet ta’ dawn l-investigazjonijiet kienet li medicini minn dan l-istabbiliment jingħataw minn nies bi kwalifika. Instab ukoll li kull meta kien hemm il-bżonn tas-sedazzjoni biex jiffaċilita x-xogħol għal persuna li qiegħed/qiegħda jagħmel il-
grooming
, din is-sedazzjoni ngħatat biss minn veterinarju li huwa reġistrat mal-Kunsill u huwa maħruġ b’
warrant
mogħti mill-President ta’ Malta biex jaħdem il-professjoni veterinarja f’Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37230 u jgħid fiex wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-tender marbut mal-pannelli fotovoltajiċi fuq bjut tal-gvern u propjetajiet oħra u jekk l-aġġudikazzjoni saret, kemm hija l-feed in tariff maqbula kif ukoll jekk din il-feed in tariff hix se sservi ta' benchmark għal proġetti oħrajn simili?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-proċess tal-aġġudikazzjoni jinsab fi stadju avvanzat tali li r-rata l-aktar vantaġġuża ġiet referuta lill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi għall-approvazzjoni. Għaldaqstant f’dan l-istadju mhuwiex prudenti li fil-preżent tkun pubblikata aktar informazzjoni waqt li l-proċess ta’ aġġudikazzjoni għadu mhux konkluż.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37269 u jgħid kemm hemm VAT inspectors fil-VAT Department? Dan huwa l-full compliment jew le? Kemm suppost għandu jkun hemm VAT inspectors biex dawn ilaħħqu mal-work load tagħhom? Jista' jgħid jekk il-VAT inspectors kollha humiex jagħmlu xogħol ta' VAT inspectors, jew jekk hemmx minnhom li qed jingħataw xogħol purament klerikali? Jekk dan huwa minnu kemm minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-misotqsija parlamentari 37229, jista' l-Prim Ministru jwieġeb rigward l-events organizing company privata li ħadet ħsieb ix-xogħol loġistiku marbut mal-konferenza 5+5?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-organizzazzjoni loġistika tas-Summit tal-5+5 kienet kollha f’idejn il-kumitat organizzattiv imwaqqaf fi ħdan l-uffiċċju tiegħi.
Ovvjament, sabiex jiġu organizzati d-diversi avvenimenti marbutin mas-summit, ġew utilizzati servizzi ta’ diversi kuntratturi sabiex ġew armati l-postijiet kollha li ntużaw.
Dwar il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, għall-għajnuna fil-koordinazzjoni tal-Palazz Verdala tħallset is-somma ta’ €4720.
Għal dan ix-xogħol ma ħarġitx sejħa għall-offerti.
Tista' l-Minstru tgħid meta twaqqaf u għaliex ġie mwaqqaf l-aħħar kuntratt tat-trainers li suppost spiċċa f'Diċembru 2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq niċċara li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma waqfet l-ebda kuntratt tat-‘trainers’ li rebħu t-tenders taħt l-‘Employability Programme’. Kulħadd kien jaf li dawn kienu kuntratti fuq “timeframe”. Peress li ħafna mill-fondi allokati fil-proġett intużaw u l-miri stabbiliti ntlaħħqu l-ETC organizzat inqas korsijiet fl-aħħar xhur.
Sabiex jitkomplew il-programmi ta’ taħriġ, il-Korporazzjoni applikat għal aktar fondi Ewropej li ġew approvati. Il-proġett bl-isem
Enhancing Employability through Training
ser jitnieda fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Korporazzjoni ħarġet numru ta’ sejħiet għal tenders ġodda biex dawk interessati li joffru s-servizzi ta’ taħriġ taħt dan il-programm jiġu magħżula.
Jista' l-Ministru responsabbli mill-Wasteserv jgħid kemm għandom jieħdu flus iż-żewġ kumpaniji tal-iskart riċiklabbli u għal kemm żmien dawn l-istess flus ilhom dovuti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Wasteserv għaddiet il-flus kollha dovuti skond il-kontijiet li nħarġu u ġew maqbula maż-żewg kumpaniji tal-iskart riċiklabbli. Nieħu l-opportunità biex niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dettalji kummerċjali huma ta’ natura sensittiva.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37149 u jgħid kemm hu stmat li se jitilgħu l-operational costs għat-tħaddim ta' dan l-off site hospital ta' St. Philips (meta wieħed jeskludi l-consumables)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.