Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — studju fuq Radon, emissjonijiet b'element radjuattiv

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra xi studji li segħet għamlet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar Radon, l-emissjonijiet b'element radjuattiv li spiss joħorġu mingħajr ma' wieħed biss jinduna minn basements u attics peress li dan huwa gass bla riħa, kulur jew togħma, minħabba li nifhem li saru diversi studju ambjentali minn għadd ta' esperti f'pajjiżna?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudji u l-monitoraġġ kompitu tal-MEPA m'huwiex fuq indoor radon imma fuq radjazzoni, inkluż dik ġejja mir-radon, li tinsab fl-arja, fil-ħamrija u fl-ilma baħar. L-Indoor Radon li taħtu jaqgħu 'basements' u 'attics' huwa kompitu tal-Ministeru tas-Saħħa.

MEPA — studju fuq emissjonijiet tar-radjazzjoni mill-Smart Meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel iddaħħlu l-ismart meters f'pajjiżna, qattx saru studji mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa, peress li huwa mifhm li l-emmissjonijiet tar-radjazzjoni tagħhom huwa meqjus li jkun ferm aktar frekwenti milli jammettu ċerti kumpaniji tal-enerġija f'għadd ta' pajjiżi? Peress li ħafna għaqdiet konnessi mas-saħħa ambjentali sabu li f'pajjiżi oħrajn ir-radio frequency tal-ismart meters jistgħu jkunu ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem, jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar flimkien mal-Awtortijiet tas-Saħħa għamlitx xi studji dwar dan u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dak li rriżultalha dwar il-frekwenza tar-radjazzjoni li tiġi emitted kif ukoll x'inhuma l-peak power tar-radiation signals minn ċerti distanzi?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninformal lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħmel monitoraġġ ta' "Ionizing Radiation" u mhux "Non-Ionizing Radiation", skond il-kompitu tagħha. Ta' min isemmi ukoll li l-kwalita' tal-arja ta' ġewwa mhuwiex kompitu tal-MEPA. Għaldaqstant nitolbok tirreferi d-domanda tiegħek lill-Ministru tas-Saħħa.

Impjant ta' Sant'Antnin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34913, 34552 u 34294 u cioè: B'referenza għall-kundizzjoni tal-planning gain marbuta mal-permess tal-applikazzjoni PA04607/06 tal-impjant ta' Sant Antnin, billi huwa mifhum li l-WasteServ kisru dan il-ftehim u huma dovuti jħallsu penali ta’ miljuni ta’ Ewro lill-Kommunità ta' Wied il-Għajn, ma jaħsibx il-Ministru li l-iskuża li qed iġġib l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-Family Park PA/04886/06 mhix ġustifikata u m'għandha x’taqsam xejn mal-kundizzjoni tal-istess planning gain imma dan huwa relatat biss mal-permess biex jinbeda x-xogħol fuq il-park innifsu? Kemm-il darba d-developer li f’dan il-każ huwa l-kumpanija parastatali WasteServ dam biex jingħata il-permess mill-awtorità peress li dan żgur mhuwiex tort tar-residenti imma kollu tort tal-amministrazzjoni preżenti għax kien l-istess gvern li ppermetta li dawn jintrabtu mal-kundizzjonijiet tal-permess fosthom tal-planning gain innifsu, x’passi effettivi biħsiebha tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex issir ġustizzja skont l-obbligi kuntrattwali mar-residenti kkonċernati u x’kienu r-raġunijiet il-kumpanija WasteServ naqset li tlestli dan il-family park fi żmien ħames snin mill-ħruġ tal-permess relevanti li ngħata fit-30 ta' Jannar 2007? Jista' jagħti tweġiba kategorika wkoll jekk tqisx li l-WasteServ kisrux l-obbligi kuntrattwali tagħhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-WasteServ ma kisritx il-kundizzjoni imsemmija tal-permess minħabba li x-xogħlijiet għadhom għaddejin fuq il-family park. Il-kundizzjoni kienet titlob li jiġi implimentat u mhux komplut. Il-Park mistenni li jkun komplut f'Diċembru li ġej. Il-garanzija bankarja, kienet biex f'każ li ma jiġix implimentat il-proġett il-kunsilli ikun jistgħu jagħmlu proġetti ta' titjib fil-lokalità għal benefiċju tal-kommunita. L-awtorità approvat il-permess tal- family park liema xogħlijiet għaddejjin biex dan jitlesta kemm jista' jkun malajr. F'każ li l-proġett ma jitlestiex, l-awtorità tieħu l-passi neċessarji.
Leg 11 PQ #35179 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar konsulent

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament huwiex jaħdem bħala konsulent fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, fuq xiex u fuq liema terms and conditions? Qatt ħadem mal-Ministeru kemm ilu rtirat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-individwu msemmi ma jaħdimx bħala konsulent fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u anqas qatt ma ħadem ma’ dan l-uffiċċju kemm ilu li rtira.

Enemalta — żarmar tal-istallazzjoni fil-Qajjenza

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35092 u jgħid meta l-Korporazzjoni Enemalta se tlesti miż-żarmar tal-istallazzjoni fil-Qajjenza meta l-Liquigas immorru n-naħa ta’ wara l-Freeport? Jista' jgħarraf lill-Kamra jekk l-Korporazzjoni Enemalta humiex sejrin jirritornaw l-art privata lil sidha? X'sejrin jagħmlu l-Korporazzjoni Enemalta bl-art li hija tagħhom, u din hija parti kbira u ta' mal-baħar?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li ż-żarmar tal-istallazzjoni tal-LPG fil-Qajjenza ser isir mill-Gasco hekk kif miftiehem fil-kuntratt tal-privatizzazzjoni tad-Diviżjoni tal-Gass u bħalissa l-Korporazzjoni għadha qed tagħmel l-evalwazzjoni tagħha dwar l-art.
Leg 11 PQ #25502 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Skart perikoluż

Question

Billi xi żmien ilu kien ingħad li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet qed tiżen l-għażliet legali li kellha quddiemha dwar investigazzjoni li kienet għamlet dwar skart perikoluż li minħabba fl-stop order innifisha wassal lill-Korporazzjoni Enemalta biex titfi l-air filters tal-Marsa Power Station għal għadd ta' xhur, u billi skont kelliem tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kif ikkwotat f'ġurnal lokali tas-17 ta' April 2011, ir-regolatur kien qed jara flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta nnifisha u l-operatur tal-barriera kif se jiġu determinati ir-responsabilitajiet u liabilities rispettivi ta' kull entità fir-rigward ta' dan il-każ, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'azzjoni konkreta ttieħdet biex ma jiġrix dak li kien se jiġri fil-każ tar-rimi tal-waste oils fid-drenaġġ qrib Hexagon House fejn kulħadd baqa' b'li ħa, u entità governattiva minkejja li ġiet mitluba tieħu azzjoni legali baqgħet m'għamlet xejn fid-dawl tal-assikurazzjoni li min kien għamel ir-reat ma deherx li ħalla r-reat jirrepeti ruħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità wieżnet l-possibilitajiet legali kollha u ġie determinat li l-ġeneratur tal-iskart u l-operatur tal-barriera għandhom iħallsu multa bħala ammessjoni ta’ l-illegalità li wettqu, liema multa tirrifletti r-reat skont il-parametri tal-liġijiet eżistenti u hija d-doppju li tribunal tal-Qorti jista’ jimponi fiċ-ċirkostanzi. S’issa l-ġeneratur tal-iskart ħallas l-ammont dovut, pero` l-Awtorità ha tirriserva d-dettalji ta’ dan l-proċess sakemm jiġi konkluż l-każ, sabiex l-Awtorità stess titrasmetti l-informazzjoni kollha lill-pubbliku.

kontijiet li qed joħorġu l-Arms Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed joħorġu f’mod haphazard anki għall-perjodi li jvarjaw peress li hemm kontijiet fejn l-ewwel kien hemm min ġie invoiced mill-24 ta' Awwissu 2011 sal-10 ta' Marzu 2012 biex ftit wara irċieva kont ta' xahar biss mill-11 ta' Marzu 2012 sat-13 ta' April 2012 meta l-konsumatur huwa regolari ħafna fil-ħlas lill-ARMS Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ngaħrraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.

Taħriġ u superviżjoni tad-disposal tal-mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34669 u cioè permezz tal-Korporazzjoni Enemalta, jagħti lista mingħajr ismijiet tal-ħaddiema li kienu responsabbli għas-superviżjoni tad-disposal tal-kimika mercaptan u tagħti d-dettalji dwar it-taħriġ li dawn ingħataw jekk qatt irċevietx taħriġ simili?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Bord of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical Mercaptan by Enemalta Corporation li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30 t’April, 2012, f’seduta Nru. 466.

LPG mingħajr mercaptan

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34783 u jikkonferma li fl-imgħoddi dejjem kienet il-prattika li qatt ma kien jinġieb l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat miegħu? Jista' jikkonferma wkoll li f’dawk il-każijiet rari fejn xi drabi l-LPG ma jkunx diġà fih l-mercaptan, il-Korporazzjoni Enemalta nnifisha kienet tara li r-raffinerija minn fejn kien jitgħabba l-prodott, kienet tipprovdi wkoll anki mercaptan u/jew fuq il-vapur waqt li jkun ġej, jew inkella meta jkun qed iħott l-LPG għal fil-istallazzjoni tal-Qajjenza sabiex issir it-taħlita meħtieġa? Huwa minnu li sa ftit żmien ilu ma kienx jinxtara l-mercaptan sfuż? Minn meta beda jsir dan? Min kien ħa d-deċiżjoni li jibda jinxtara l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat mal-prodott? Ġie stabbilit għaliex inxtrat dik il-kwantità kbira ta’ mercaptan meta ma kienx se jiġi użat? Meta nxtraw dawn it-tankijiet ikkonċernati bil-mercaptan li kienu suġġetti għall-inkjesta riċenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.

ħruq illegali tal-mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34687 u 34314 u jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’liema stadju saret taf bil-problema tal-mercaptan u bil-ħruq illegali tagħhom? Minn min ġiet mgħarrfa? Min min-naħa tal-awtorità sar jaf b’dan? X’passi ttieħdu mill-awtorità appena saret taf b’dan u x’wassal biex l-ewwel għeddet li tieħu azzjoni bil-Qorti u sallum kważi tliet snin wara l-inċident jidher li għadu ma sar xejn, meta huwa mifhum li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellha bażi soda biex tagħmel dan sa minn Novembru tas-sena 2009?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34914.
Leg 11 PQ #35057 Sitting 483 2012-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Biometric ID Cards

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34751 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal il-proċess tal-Biometric ID Cards peress li ftit tal-ġimgħat ilu meta kien hemm min ċempel l-Uffiċċju tal-Karti tal-Identità ngħataw t-tweġiba li l-proċess kien se jibda dan ix-xahar, tant li min beda jmur biex iġeddidha bagħtuh lura d-dar u qalulhom li fi ftit żmien kienu se jibdew jibagħtu għan-nies kollha, iżda meta kien hemm min reġa' staqsa dwar dawn l-iżviluppi f’dawn l-aħħar jiem qalulhom li ma kienu jafu xejn u li żgur il-proċess mhuwiex se jibda għalissa? Jista' ġentilment jgħarraf il-Kamra dwar l-aħħar żviluppi ta’ dan il-proċess kif wkoll dwar id-date lines involuti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi meta mitluba jaraw xi kwalità ta’ informazzjoni qed tingħata lill-pubbliku, l-Uffiċċju tal-Karti tal-Identità ma humiex konxji miċ-ċirkustanzi li fihom il-pubbliku allegatament ingħata xi indikazzjoni ta’ meta l-proċess kien se jibda. Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-proċess hu maħsub li jibda fil-gimgħat li ġejjin u li iktar informazzjoni għandha titħabbar ‘il quddiem. Anzi l-gvern hu kommess li ssir kampanja ta’ informazzjoni biex kulħadd ikun ippreparat għal din il-bidla.

Enemalta — żarmar tal-istallazzjoni fil-Qajjenza

Question

Jista' l-Minsitru jgħid meta l-Korporazzjoni Enemalta se tlesti miż-żarmar tal-istallazzjoni fil-Qajjenza meta l-Liquigas immorru n-naħa ta’ wara l-Freeport? Jista' jgħarraf lill-Kamra jekk l-Korporazzjoni Enemalta humiex sejrin jirritornaw l-art privata lil sidha? X'sejrin jagħmlu l-Korporazzjoni Enemalta bl-art li hija tagħhom, u din hija parti kbira u ta' mal-baħar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.

ħruq illegali tal-mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34687 u 34314 u jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’liema stadju saret taf bil-problema tal-mercaptan u bil-ħruq illegali tagħhom? Minn min ġiet mgħarrfa? Min min-naħa tal-awtorità sar jaf b’dan? X’passi ttieħdu mill-awtorità appena saret taf b’dan u x’wassal biex l-ewwel għeddet li tieħu azzjoni bil-Qorti u sallum kważi tliet snin wara l-inċident jidher li għadu ma sar xejn, meta huwa mifhum li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellha bażi soda biex tagħmel dan sa minn Novembru tas-sena 2009?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34914.

Taħriġ u superviżjoni tad-disposal tal-mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34669 u permezz tal-Korporazzjoni Enemalta, jagħti lista mingħajr ismijiet tal-ħaddiema li kienu responsabbli għas-superviżjoni tad-disposal tal-kimika mercaptan u tagħti d-dettalji dwar it-taħriġ li dawn ingħataw jekk qatt irċevietx taħriġ simili?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Bord of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical Mercaptan by Enemalta Corporation li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30 t’April, 2012, f’seduta Nru. 466.

Method Statement u Standard Operating Procedure tal-Enemalta rigward il-kimika mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34668 u jippubblika l-method statement u l-standard operating procedure tal-Korporazzjoni Enemalta, kif għandha tiġi trasportata, handled u meqruda l-kimika tal-Mercaptan skont l-Avviż Legali 353 tas-sena 2007?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Bord of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical Mercaptan by Enemalta Corporation li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30 t’April, 2012, f’seduta Nru. 466.

Enemalta — Occupational Risk Assessments -

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34667 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Occupational Risk Assessments tal-Korporazzjoni Enemalta li kienet obbligata bil-liġi li timxi magħha skont il-proċeduri stabbiliti dwar ħruq u disposal tal-Mercaptan peress li l-Att 27 tas-sena 2000 u l-Avviż Legali 36 tas-sena 2003 jeżiġu li assessment simili suppost issir minn persuna kompetenti kif ipprovdut minn dawn ir-regolamenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Bord of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical Mercaptan by Enemalta Corporation li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30 t’April, 2012, f’seduta Nru. 466.

Transport Malta — azzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34387 u cioè: B'referenza għall-ittra mill Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern tat-18 ta' Settembru 2008 li referenza tagħha qed tintbagħat separatament, jista' l-Minsitru jgħid x’azzjoni ħadet Transport Malta billi l-korrispondenza kienet ġiet mgħoddijja lilhom mid-Director Estate Management Department of Government Property Division?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-twessiegħ tat-triq in kwistjoni sar mill-applikant stess biex ikun jista’ jibni skont il-linja li ġiet mogħtija mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Dan ġie kkonfermat f’ittra datata 27 ta’ Marzu 2008. F’dan ir-rigward m’għandu jkun hemm l-ebda kumpens peress li skont il-liġi, din l-art għandha tiġi ċeduta lill-Gvern bħala parti mill-kontribuzzjoni għall-formazzjoni tat-triq.

Investigazzjoni rigward ħruġ ta' visas

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar allegazzjonijiet marbutin mat-taqsima konsulari Maltija fi Tripli rigward ħruġ ta' visas?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34525.

Impjant ta' Sant'Antnin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34552 u 34294 u cioè: B'referenza għall-kundizzjoni tal-planning gain marbuta mal-permess tal-applikazzjoni PA04607/06 tal-impjant ta' Sant Antnin, billi huwa mifhum li l-WasteServ kisru dan il-ftehim u huma dovuti jħallsu penali ta’ miljuni ta’ Ewro lill-Kommunità ta' Wied il-Għajn, ma jaħsibx il-Ministru li l-iskuża li qed iġġib l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-Family Park PA/04886/06 mhix ġustifikata u m'għandha x’taqsam xejn mal-kundizzjoni tal-istess planning gain imma dan huwa relatat biss mal-permess biex jinbeda x-xogħol fuq il-park innifsu? Kemm-il darba d-developer li f’dan il-każ huwa l-kumpanija parastatali WasteServ dam biex jingħata il-permess mill-awtorità peress li dan żgur mhuwiex tort tar-residenti imma kollu tort tal-amministrazzjoni preżenti għax kien l-istess gvern li ppermetta li dawn jintrabtu mal-kundizzjonijiet tal-permess fosthom tal-planning gain innifsu, x’passi effettivi biħsiebha tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex issir ġustizzja skont l-obbligi kuntrattwali mar-residenti kkonċernati u x’kienu r-raġunijiet il-kumpanija WasteServ naqset li tlestli dan il-family park fi żmien ħames snin mill-ħruġ tal-permess relevanti li ngħata fit-30 ta' Jannar 2007? Jista' jagħti tweġiba kategorika wkoll jekk tqisx li l-WasteServ kisrux l-obbligi kuntrattwali tagħhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.