Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #35469 Sitting 490 2012-06-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ meta is-Sur R Cachia Caruana nħatar Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Ministry of Foreign Affairs Forms 1 ta’ kull ma sewa lill-kaxxa ta’ Malta l-istess ambaxxatur għas-servizzi tiegħu, mis-sena 2007 sal-lum? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi emendi għall-kuntratt tas-Sur Cachia Caruana – jekk kien hemm – mis-sena 2006 'l-quddiem u jekk iva, jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe dokument ieħor li jista' jeżisti – apparti mill-kuntratt innifsu – li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-impjieg tas-Sur Cachia Caruana; kif wkoll il-pakkett finanzjaru tiegħu, li jinkludi s-salarju bażiku u l-global emoluments, flimkien ma' bonuses oħrajn u allowances? Jista' jgħarraf lill-Kamra jekk mill-ħatra tal-E.T. is Sur Cachia Caruana lil hawn bħala rappreżentant permanenti huwa qattx irċieva xi pagamenti b’xi arretrati min-naħa tal-Gvern Malti u jekk iva, jgħid għalxiex kienu jammontaw u għal-liema raġunijiet ingħataw/ittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 15976.
Leg 11 PQ #35490 Sitting 490 2012-06-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

rappreżentant permanenti għall-Unjoni Ewropea — tibdil tal-kuntratt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-fatt il-kuntratt li kellu oriġinarjament is-Sur Cachia Caruana meta laħaq rappreżentant permanenti ta’ pajjiżna għall-Unjoni Ewropea qattx ġie mibdul b’wieħed ġdid? Jekk fl-affermattiv, jista' jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 15976.

Għargħur — Triq il-Ġnien - culvert mikxuf

Question

Billi hemm culvert mikxufa fi Triq il-Ġnien il-Għargħur meta wieħed ikun sejjer lejn Busietta Gardens u billi minħabba d-djuq tagħha spiss ikun hemm il-periklu li xi karrozzi jispiċċaw fil-culvert innifisha, jista' l-Ministru jara li titwaħħal xi gradilja tal-ħadid biex jiġu evitati inċidenti simili peress li dan jiġri l-aktar meta jkunu ġejjini karrozzi minn naħa opposti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din il-materja hija responsabbiltà tal-kunsill lokali rispettiv u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #35555 Sitting 490 2012-06-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Bulebel — ħinijiet tax-xogħol ta' ħaddiema f'fabbrika

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi arranġement speċjali mal-Labour Office biex fabbrika partikulari f’Bulebel li timpjega għadd kbir ta' ħaddiema barranin li nifhem li qegħdin jaħdmu f’mod regolari f’pajjiżna, bl-awtorizazzjoni tad-dipartiment ikkonċernat, fejn dawn spiss jaħdmu mis-sebgħa ta' filgħodu sas-sebgħa u nofs ta' filgħaxija kuljum inklużi s-Sibtijiet u l-Ħdud u fejn dawn jingħataw jum wieħed biss off li minkejja t-talbiet tagħhom biex ikun il-Ħadd, ħafna drabi jispiċċa jkun is-Sibt, darba kull ħmistax? Huwa aċċettabbli li dawn spiss jiġu sfurzati wkoll jaħdmu overtime sad-disgħa u nofs ta' filgħaxija b’ €0.75 fis-siegħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Mistru kkonċernat.

Impjant ta' Sant'Antnin

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 35160 dwar l-iżvilupp ta’ family park f’Wied il-Għajn, b’mod partikolari għall-kundizzjoni Nru 5 li tinsab f'paġna 4 tal-Planning Gain fejn jingħad li l-proġett kellu jitwettaq fi żmien ħames snin minn mindu ngħatat id-deċiżjoni tal-permess tal-applikazzjoni (“The family park shall be implemented within 5 years from the issue of this permit”) PA 04607/06 fit-30 ta’ Jannar 2007, jiġifieri jiskadi fit-30 ta’ Jannar 2012, ma jidhirlux il-Ministru li l-kelma “implement” li bl-Ingliż tfisser “carry into effect”, bil-Malti tfisser “twettaq” u “twettaq” għal xi ħaġa bħal dan il-każ, park tal-familja, ifisser ikun komplut? Ma jaħsibx li n-nuqqas li jitlesta l-proġett kif imwiegħed jista’ jwassal biex residenti ta’ din il-lokalità jiftħu kawża biex jieħdu dak li kien imwiegħed lilhom snin ilu?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — studju fuq Radon, emissjonijiet b'element radjuattiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35148 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura u issa qed tiġi riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra xi studji li segħet għamlet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar Radon, l-emissjonijiet b'element radjuattiv li spiss joħorġu mingħajr ma' wieħed biss jinduna minn basements u attics peress li dan huwa gass bla riħa, kulur jew togħma, minħabba li nifhem li saru diversi studju ambjentali minn għadd ta' esperti f'pajjiżna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MEPA — studju fuq emissjonijiet tar-radjazzjoni mill-Smart Meters

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35149 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura u issa ġiet rifetua lilu u jgħid jekk qabel iddaħħlu l-ismart meters f'pajjiżna, qattx saru studji mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa, peress li huwa mifhm li l-emmissjonijiet tar-radjazzjoni tagħhom huwa meqjus li jkun ferm aktar frekwenti milli jammettu ċerti kumpaniji tal-enerġija f'għadd ta' pajjiżi? Peress li ħafna għaqdiet konnessi mas-saħħa ambjentali sabu li f'pajjiżi oħrajn ir-radio frequency tal-ismart meters jistgħu jkunu ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem, jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar flimkien mal-Awtortijiet tas-Saħħa għamlitx xi studji dwar dan u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dak li rriżultalha dwar il-frekwenza tar-radjazzjoni li tiġi emitted kif ukoll x'inhuma l-peak power tar-radiation signals minn ċerti distanzi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ma sar l-ebda studju mill-Awtorità tas-Saħħa f’dan ir-rigward iżda minn informazzjoni li għandu d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jidher li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Kommunikazzjoni evalwat dokumentazzjoni referuta lilha mill-Enemalta qabel ma dawn l-smart meters inxtraw. L- Awtorita` ta’ Malta dwar il-Kommunikazzjoni tqis li dawn jaqgħu taħt il-kategorija ta’ short range device li jikkomparaw ma’ remote controls li jintużaw sabiex jinfetħu l-bibien ta’ garaxxijiet. Mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-Enemalta l-Awtorita` ta’ Malta dwar il-Kommunikazzjoni approvat l-installazzjoni ta’ dawn il-meters peress li kienu konformi mal-liġi li taqa` taħt il-ġurisdizzjoni tal-istess Awtorita` peress li l-exposure limits minn dawn l-smart meters huma ta’ livelli baxxi ħafna. Nissuġġerixxi li din il-mistoqsija tiġi refereta ukoll lill-Minsitri responsabbli mill-Enemalta u mill-Awtorita` ta’ Malta dwar il-Kommunikazzjoni fir-rigward ta’ informazzjoni dwar il-peak power radiation signals minn ċerti distanzi.

Enemalta — żarmar tal-istallazzjoni fil-Qajjenza

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 25092 u 35211 dwar iż-żarmar tal-istallazzjoni tal-impjant tal-Korporazzjoni Enemalta mill-Qajjenza, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-iskedi biex isir dan kif ukoll it-timelines tal-korporazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi kif imwieġeb fil-Mistoqsija Parlamentari numru 35211 ir-responsabbiltà taż-żarmar tal-impjant tal-Gass huwa f’idejn il-Gasco. Il-Korporazzjoni Enemalta tinsab infurmata li l-Gasco qegħda fil-proċess tal-applikazzjoni mal-MEPA għal dan iż-żarmar. Għalhekk diment li l-permess għadu ma ħariġx għad m’hemm l-ebda skedi u timelines stabbiliti. Ta’ min wieħed jinnota li bħalissa l-impjant għadu qed jiffunzjona normali.

kontijiet li qed joħorġu l-Arms Ltd

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35213 u 35029 u jgħid x’inhi r-raġuni li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed joħorġu f’mod haphazard anki għall-perjodi li jvarjaw peress li hemm kontijiet fejn l-ewwel kien hemm min ġie invoiced mill-24 ta' Awwissu 2011 sal-10 ta' Marzu 2012 biex ftit wara irċieva kont ta' xahar biss mill-11 ta' Marzu 2012 sat-13 ta' April 2012 meta l-konsumatur huwa regolari ħafna fil-ħlas lill-ARMS Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li sabiex jiġi rregolarizzat il- billing cycle fuq perijodu ta’ kull xaharejn , uħud mill-konsumaturi qegħdin jirċievu kontijiet għal-perijodu ta’ konsum iqsar minn dak ta’ xahrejn.

San Vinċenz de Paul — qtugħ mill-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy li pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei li jkunu nkitbu biex jintbagħtu San Vinċenz de Paul tibda tinqatgħalhom parti mill-pensjoni dakinhar stess li japplikaw għad-dħul f’din id-dar tal-anzjani qabel saħansitra tkun ġiet ipproċessata l-applikazzjoni u/jew ikunu ntbagħtu hemmekk?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li permezz ta’ emendi fl’2011 fuq Avviż Legali 259/04, pazjenti li jibqgħu fl-Isptar Mater Dei wara li jiġu uffiċjalment discharged mill-isptar għax m’għandhomx bżonn aktar kura medika jew riabilitazzjoni, tibda tinqagħtalhom parti mill-pensjoni mid-data tad-discharge uffiċjali. Dan japplika anke meta dan il-pazjent anzjan ikun applika sabiex jidħol f’dar tal-anzjani.

informazzjoni dwar permessi ta' pjan terran

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tikkonferma li ċertu xogħol li qed isir fil-pjan terran li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex isir bil-permessi meħtieġa u x’azzjoni tista' tittieħed biex dan ix-xogħol li allegatament qed isir mingħajr permess qed iwassal biex jkun sors sabiex jidħlu saħansitra ġrieden fl-imsemmi block b’inkonvenjent kbir għar-residenti nfushom, jitwaqqaf?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed isir xogħol strutturali f'żewġ appartamenti separati fil-pjan terran tas-sit indikat. Waqt li l-iżvilupp f' wieħed mill-appartamenti (Flat nru 8) huwa kopert bil-permess ta' żvilupp (PA 1493/08) maħruġ fl-20 ta' Ġunju, 2008, ix-xogħol fl-ieħor (Flat Nru 7) mhux awtorizat skond rifjut tal-applikazzjoni PA 2175/07, datat 22 t'Awwissu, 2007. Dwar dan l-iżvilupp illegali li preżentamant jinsab wieqaf, kien inħareġ Avviż biex Tieqaf u tat-Twettiq ECF 795/07 kontra l-persuna responsabbli talli sar żvilupp mingħajr permess li jikkonsisti minn ftuħ ta' tieqa' fuq il-faċċata li tagħti għal ġewwa l-basement kif ukoll twaqqa' parti mill-boundary wall. Il-każ għadu pendenti.

Xiri ta' Petrol u Diesel tal-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu l-Platts average monthly CIF Med. tal-petrol u diesel li tixtri l-Korporazzjoni Enemalta bejn Jannar u Mejju 2012? Jekk għal xi raġuni ma jistax jagħti l-prezzijiet taż-żewġ prodotti, jista' juża l-prezzijiet ta' dawn iż-żewġ prodotti kif kienu f'Jannar 2012 u juża 100 bħala bażi, imbgħad iżid jew jnaqqas skont kif kien il-każ fi tmien Frar, Marzu, April u Mejju 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #35371 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — Direttur Eżekuttiv - Performance Bonus

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk id-Direttur Eżekuttiv tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi ħax il-performance bonus kif stipulat? Jekk iva, kemm kien jammonta u liema perjodu kien ikopri? Jekk ma ngħatax, għaliex ma ngħatax?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi għad irid jingħata il-performance bonus kif stipulat fil-kuntratt tiegħu. L-ammont li ser jingħata ikopri minn Jannar 2011 sa Diċembru 2011.
Leg 11 PQ #35372 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — ħinijiet normali ta' tgħallim

Question

B'referenza għall-Klawżola 32 tal-Avviż Legali 131 tal-2012, tista' l-Ministru tiddefinixxi l-ħinijiet normali ta' tgħallim fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Studenti full-time minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea huma eżentati mill-ħlas l-istess bħala studenti Maltin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-kuntest tat-tagħlim li jsir fl-ITS, il-ħinijiet normali tat-tagħlim ikopru s-sigħat kollha stabbiliti skont it-timetable tal-korsijiet full-time. Studenti minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja huma eżentati mill-ħlas.
Leg 11 PQ #35373 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — Kariga ta' Deputat Direttur

Question

Tista' l-Ministru tgħid b'liema proċedura l-persuna li sa ftit ġimgħat ilu kienet fil-kariga ta' Deputat Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turisti qabel irriżenjat minn din il-kariga, marret lura fil-kariga tal-lecturerfl-Istitut għall-Istudji Turistiċi? X'inhuwa s-salarju u l-kundizzjonijiet ta' xogħol li qed japplikaw għal din il-persuna bħalisa bħala lecturer? L-impjieg tagħha huwa mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi dirett jew mas-Servizz Pubbliku?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna li sa ftit ġimgħat ilu kienet fil-kariga ta' Deputat Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi marret lura fil-kariga ta’ lecturer fl-istess Istitut għax kienet fuq perjodu ta’ unpaid leave skont il-ftehim kollettiv iffirmat bejn l-MUT u l-MTA. L-impjieg tagħha huwa mal- Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta. Il-kundizzjonijiet ta' xogħol li qed japplikaw bħalissa għal din il-persuna huma l-istess bħal dawk ta’ lecturers oħra skont il-ftehim kollettiv in vigore . Is-salarju tagħha huwa ta’ € 22,208.24.

WSC — water meters

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex xi pjanijiet biex tiddisponi mill-water meters l-antiki? Jekk iva kif se jsir dan? Ħareġ jew inħareg xi tender? Jekk iva, fiex wasal?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tiddisponi mill-meters ta’ l-ilma antiki billi minn żmien għal żmien tbiegħ dawn il-meters permezz ta’ tender.
Leg 11 PQ #35420 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

karta tal-identità damaged

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35178 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta persuna tmur biex tibdel il-karta tal-identità għax tkun damaged ikollha tħallas xi fee ta’ xi €5 - €10?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, preżentament, persuna li tibdel il-karta tal-identità tagħha, minħabba li tkun damaged, tħallas €2.33, skont art. 10(2) tal-Att dwar il-Karti tal-Identità (Kap. 258).

LPG mingħajr mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35055 u 34783 u jikkonferma li fl-imgħoddi dejjem kienet il-prattika li qatt ma kien jinġieb l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat miegħu? Jista' jikkonferma wkoll li f’dawk il-każijiet rari fejn xi drabi l-LPG ma jkunx diġà fih l-mercaptan, il-Korporazzjoni Enemalta nnifisha kienet tara li r-raffinerija minn fejn kien jitgħabba l-prodott, kienet tipprovdi wkoll anki mercaptan u/jew fuq il-vapur waqt li jkun ġej, jew inkella meta jkun qed iħott l-LPG għal fil-istallazzjoni tal-Qajjenza sabiex issir it-taħlita meħtieġa? Huwa minnu li sa ftit żmien ilu ma kienx jinxtara l-mercaptan sfuż? Minn meta beda jsir dan? Min kien ħa d-deċiżjoni li jibda jinxtara l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat mal-prodott? Ġie stabbilit għaliex inxtrat dik il-kwantità kbira ta’ mercaptan meta ma kienx se jiġi użat? Meta nxtraw dawn it-tankijiet ikkonċernati bil-mercaptan li kienu suġġetti għall-inkjesta riċenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Bord of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical Mercaptan by Enemalta Corporation li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30t’April, 2012, f’seduta Nru. 466

kontijiet li qed joħorġu l-Arms Ltd

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35029 u jgħid x’inhi r-raġuni li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed joħorġu f’mod haphazard anki għall-perjodi li jvarjaw peress li hemm kontijiet fejn l-ewwel kien hemm min ġie invoiced mill-24 ta' Awwissu 2011 sal-10 ta' Marzu 2012 biex ftit wara irċieva kont ta' xahar biss mill-11 ta' Marzu 2012 sat-13 ta' April 2012 meta l-konsumatur huwa regolari ħafna fil-ħlas lill-ARMS Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

testijiet fuq emissjonijiet fuq commercial vehicles u trucks

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-commercial vehicles u trucks humiex eżentati minn testijiet fuq emissjonijiet waqt VRT tests?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li vetturi kummerċjali kif ukoll trakkijiet, mhumiex eżentati minn testijiet fuq emissjonijiet waqt VRT tests.