Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta r-rapport dwar żewġ ajruplani li ttajru qrib xulxin f'April 2007 ferm aktar milli jippermettu n-normi tas-sigurta' dwar l-avjazzjoni?
Tista' l-Ministru tgħid kemm waslu rapporti għand il-Ministeru ta' każi ta' bullying fi skejjel pubbliċi f'dawn l-aħħar snin fil-livelli varji edukattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li rapporti dwar każi ta’ bullying fi skejjel pubbliċi f’dawn l-aħħar snin fil-livell varji edukattivi huma dawn:
Matul is-sena 2003 ġew irrapurtati 118 każ ta’ bullying.
Matul is-sena 2004 ġew irrapurtati 174 każ ta’ bullying.
Matul is-sena 2005 ġew irrapurtati 181 każ ta’ bullying.
Matul is-sena 2006 ġew irrapurtati 186 każ ta’ bullying.
Matul is-sena 2007 ġew irrapurtati 186 każ ta’ bullying.
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandu programmi ta’ “Anti-Bullying Services”
b’għalliema mħarrġa biex jagħtu appoġġ f’dawn is-sitwazzjonijiet. L-iskejjel għandhom ukoll 134 guidance teachers u 17-il-counsellor li jagħmlu interventi professjonali f’dawn il-każijiet.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern biex jiżgura li l-ADT Emission Tests fuq il-karozzi tal-linja u l-karozzi privati ma jiksrux l-emission laws tal-pajjiż, kif ukoll biex flimkien ma' l-awtoritajiet konċernati jiżgura li jkun hemm enforcement xierqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu ċittadini Maltin u Għawdxin bil-kanċer tal-pulmun f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li bejn l-ewwel ta’ Jannar 2003 u l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena 2007 ġew irreġistrati li mietu total ta’ 632 persuna kawża tal-kanċer tal-pulmun f’residenti ta’ Malta u Għawdex.
It-tabella hawn taħt turi din l-informazzjoni sena b’sena.
Mwiet kaw
ż
a tal-kanċer tal-pulmun bejn is-sena 2003 u s-sena 2007
Sena
Mwiet
2003
127
2004
123
2005
122
2006
134
2007
126
Total
632
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi l-Onor Interpellant għall-White Paper li ħareg il-Gvern fit-22 ta’ Novembru 1999 intitolata ‘Privatizzazzjoni Strateġija għall-futur’ partikolarment għat-Taqsima 4 fejn hemm propost il-programm tal-Privatizzazzjoni.
Finanzi, Ekonomija u Investiment — Ħaddiema part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 685.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 179 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 179 u 360 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 179, 360 u 681 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?
Billi l-Ministru qal li l-Gvern qed jistħarreġ permezz ta' l-awtoritajiet kompetanti għaliex pajjiżna għandu żieda fil-prezzijiet ferm ogħla minn pajjiżi l-oħra tal-Eurozone, jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jitlesta dan l-istudju u jiġi ppublikat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni tagħmel moniteraġġ tal-prezzijiet ta’ firxa wiesa’ ta’ prodotti ta’ l-ikel li jinsabu fis-suq. Meta jiġi nnutat li xi prezzijiet ikunu varjaw b’mod mhux normali, ssir analiżi biex jiġi ivverifikat jekk hemmx xi ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni.
Dak li qed jipprova jalludi għalih l-Onor. Interpellant mhux xi studju statiku ta’ sitwazzjoni tas-suq kollu, imma ta’ setturi speċifiċi (u fis-settur wiesa’ ta’ l-ikel) li jista’ jidher li qed iħallu impatt negattiv fuq l-għoli tal-prezzijiet mingħajr ġustifikazzjonijiet raġonevoli.
Saru investigazzjonijiet fuq ċaqlieq ta’ prezzijiet u f’ħafna mill-każijiet irriżulta li ċ-ċaqlieq kien ġustifikat minħabba l-għoli ta’ prezzijiet minn barra u spejjeż għola fit-trasport pero’ minħabba li l-informazzjoni miġbura hija ta’ natura kummerċjali hija għalhekk kunfidenzjali u ma tistax tiġi ppublikata.
Jista' l-Ministru jwieġed mistoqsijiet parlamentari 884, 179, 360 u 681 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 983, 884, 179, 360 u 681 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 966 u jgħid jekk fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kienx hemm xi refunds dovuti lejn l-aħħar tas-sena skond it-3 Year Refund Payment Programm li tħallsu qabel iż-żmien ? Jekk iva, kemm kienu u kemm ibbenifikaw tax payers minn dan?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 966.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 967 u ċioe': Billi l-Ministru qal li l-Gvern qed jistħarreġ permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti għaliex pajjiżna għandu żieda fil-prezzijiet ferm ogħla minn pajjiżi oħra tal-Eurozone, jista' jgħid meta hu mistenni jitlesta dan l-istudju u jiġi ppubblikat?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 967.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 965 li saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid fiex waslet it-talba tas-sinjura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament , dwar is-saqaf tal-garaxx tagħha tal-Gvern nru.9 li qed iċedi, fit-triq ta' wara r-residenza tagħha, li kien ġie spezzjonat mill-awtoritajiet ikkonċernati s-sena li għaddiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li wara l-ispezzjoni imsemmija, jonqos l-approvazzjoni neċessarja ta’ l-entitajiet konċernati u wara ssir t-tiswija meħtieġa.
Issa li għadda żmien konsiderevoli mill-mawra uffiċjali tal-Prim Ministru fl-Awstralja, jista' jwieġeb mistoqsija parlamentari 1101 u jagħti rendikont finanzjarju tan-nefqa totali fuq id-delegazzjoni kollha, inkluż biljetti ta' l-ajru, akkomodazzjoni, ikel u spejjeż oħra?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 995 u jgħid skond id-Dipartiment tat-Taxxi Interni kemm hemm każi in dispute li ġew riferuti mit-taxpayers lill-Ombudsman?
Issa li għadda żmien konsiderevoli mill-mawra uffiċjali tal-Prim Ministru fl-Awstralja, jista' jagħti rendikont finanzjarju tan-nefqa totali fuq id-delegazzjoni kollha, inkluż biljetti ta' l-ajru, akkomodazzjoni, ikel u spejjeż oħra?
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tas-sinjura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament , dwar is-saqaf tal-garaxx tagħha tal-Gvern nru.9 li qed iċedi, fit-triq ta' wara r-residenza tagħha, li kien ġie spezzjonat mill-awtoritajiet ikkonċernati s-sena li għaddiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-garaxx indikat mhux proprjeta’ ta’ xi Dipartiment jew entita’ taħt id-dekasteru tiegħi. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.