Issa li għadda żmien konsiderevoli mill-mawra uffiċjali tal-Prim Ministru fl-Awstralja, jista' jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1156 u 1101 u jagħti rendikont finanzjarju tan-nefqa totali fuq id-delegazzjoni kollha, inkluż biljetti ta' l-ajru, akkomodazzjoni, ikel u spejjeż oħra?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1191 u jgħid xi pjani għandu l-gvern biex jiżgura li l-ADT Emission Tests fuq il-karozzi tal-linja u l-karozzi privati ma jiksrux l-emission laws tal-pajjiż, kif ukoll biex flimkien ma' l-awtoritajiet konċernati jiżgura li jkun hemm enforcement xierqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Emmissions Tests qegħdin isiru kemm b'Random Roadside Checks u kemm ukoll tests ta' l-Emmission li jsiru fuq rapporti ta' l-SMS Emmissions Campaign. Dawn l-emmissions tests isiru skond ir-Regolamenti dwar Testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi bil-mutur huma tajba għat-triq. Barra minn dan infakkar lill-Onor. Interpellant li jien tajt struzzjonijiet lill-ADT biex tfittex mingħand l-Awtorita' dwar l-Istandards, pariri tekniċi dwar metodoloġiji t'infurzar ta' dawn ir-regolamenti aktar preċiżi minn dik li tintuża llum. Ninsab infurmat li l-MSA se tkun qed tagħti l-pariri tagħha fil-ġranet li ġejjin. Fuq struzzjonijiet tiegħi wkoll, l-Awtorita' wkoll qiegħda tirrevedi l-istruttura ta' l-Enforcement Officers biex dan il-Unit jissaħħaħ. Dan l-aħħar wkoll żdiedu inspections fuq il-VRT Stations.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex fl-iSptar Mater Dei jiġu nstallati sistemi li jagħmlu użu mill-enerġija alternattiva?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-binja ta’ l-iSptar Mater Dei tinkludi numru ta’ Environmental Friendly Features, kif jidher fil-lista ta’ hawn taħt:
· Użu ta’
Building Management System
komputeriżżat, b’aktar minn 13,000
input/output points
u
field devices
għal immaniġġjar efficjenti tas-sistema ta’ ventilazzjoni u arja kundizzjonata,
·
Power Factor Correction
Units
li huma mqabbda ma’
low voltage
Switchgear
,
· Użu ta’ ħġieġ
double glazed
(thermal insulation),
· Użu ta’ lampi
energy saving
u
electronic ballasts
għal tubi florexxenti.
· Numru sostanzjali ta’
motion sensing detectors
biex id-dwal jinxtelu u jintfew awtomatikament mal-moviment tal-persuna,
·
Thermal insulation
u
Acoustic Attenuation
fil-ħitan ta’ ġewwa,
· L-użu ta’
water cooled chillers
li jipprovdu
pre-heating
ta’ l-ilma domestiku. Dan inaqqs il-load minn fuq il-b
oilers
u konsegwentement inkun hemm tnaqqis fil-konsum tal-fuel,
· L-
areas
kollha għall-użu tal-pazjenti huma mibnija fuq in-naħa tat-Tramuntana ta’ l-isptar. B’hekk jitnaqqas l-effett ta’ temperaturi gholjin fis-sajf,
· L-apparat ta’ ventilazzjoni huwa mgħammar
b’heat recovery units
,
· Madwar 270
electronic motor variable speed drivers
jintużaw biex jirregolaw l-ispeed ta’ muturi li jaħdmu bl-elettriku (fannijiet u lampi). B’hekk jitnaqqas il-konsum ta’ l-enerġija,
· L-ilma tax-xita jinġabar biex jintuża għall-irrigazzjoni u użi oħra,
· Jigi riciklat il-
Grey Water
(bħal ilma li jintrema minn xi sinkijiet) u jintuża għall-irrigazzjoni.
Informat ukoll li bħalissa il-Management ta’ Mater Dei qiegħed jesplora il-possibilita ta’ l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija alternativa bħal riħ, sħana u dawl tax-xemx. Fix-xhur li ġejjin ser isir
feasibility study
dwar l-integrazzjoni ta’ dawn is-sorsi alternattivi mas-sistemi ezistenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ADT hijiex beħsieba tilqa' talba li ilha ssir minn għadd ta' residenti tas-Swatar sabiex il-bus number 75 li tgħaddi mis-Swatar lejn l-isptar Mater Dei jkollha bus stopqrib l-HSBC Call Centre għall-konvenjenza ta' dawn ir-residenti? Hemm xi ħsieb li tiġi investigata mill-ġdid l-possibbilita' li tiżdied l-frekwenza tal-bus route number 169 li tgħaddi minn dan il-lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi l-Awtorita qieghda tevalwa l-aħjar post fil-viċinanza ta' l-HSBC tas-Swatar, li ma jkunx ta' riskju kemm għar-residenti u l-passiġieri, kif ukoll għat-traffiku li jgħaddi minn dawn in-naħat.
Infurmat ukoll li hekk kif jiġi stabbilit il-post eżatt dan il-bus stop tkun tista tgħaddi minn fuqu r-rotta bin-numru 75 (mill-Belt Valletta lejn l-isptar Mater Dei) b'hekk li dan is-servizz ikun qiegħed jikkumplimenta r-rotta bin-numru 169 bil-għan li r-residenti tas-Swatar ikunu moqdija aħjar.
Jista' l-Prim Ministru jispjega kif fil-gazzetta "The Times" tas-7 ta' Ġunju 2008 huwa ġie rraportat jgħid li: "The government was looking at all possibilities when it came to the shipyards but it was still too early to comment" iżda mbagħad 11- il jum biss wara, fit-18 ta' Ġunju 2008, il-Gvern ħabbar li t-tarzna se tkun privatizzata? Jista' jgħid liema kienu l-possibilitajiet kollha li l-gvern kien qed iħares lejhom? Jista' jgħid x'ġara matul dawn il-11- il jum biex il-Gvern iddeċieda li mill-possibilitajiet kollha li kien qed iħares lejhom, jagħżel dik tal-privatizzazzjoni ? Jista' jgħid kif fis-7 ta' Ġunju huwa qal li kien għadu kmieni ħafna biex wieħed jikkumenta, iżda mbagħad 11- il jum biss wara l-Gvern ħabbar id-deċiżjoni tiegħu favur il-privatizzazzjoni tat-tarzna ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M’għandi xejn x’inżid ma’ l-istqarrijiet pubbliċi li diġa għamilt fejn spjegajt b’mod eżawrenti l-possibbiltajiet kollha li ġew kunsidrati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Gvern li jneħħi d-departure tax minn Novembru li ġej, hemmx xi pjani biex kif ġara fil-kwistjonijiet tas-satellite dishes, fil-każ tad-departure tax jingħataw refunds lil dawk li ħallsu din it-taxxa matul l-aħħar snin ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta hi fin-negattiv anke minħabba l-fatt li l-paragun ma jreġix. Filwaqt li l-imposta fuq is-satellite dishes kienet qed titħallas għal sena sħiħa u r-refuzjonijiet kienu relatati mal-perijodu li l-liċenzja ma kinetx aktar tapplika, id-departure tax titħallas għal kull safra partikulari.
Madankollu, jekk xi ħadd ibbukkja safra li ser issir wara l-1 ta’ Novembru 2008, u laħaq ħallas id-departure tax, għandu wkoll id-dritt għal refużjoni.
Regolamenti ġodda dwar l-industrija tal-logħob tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jieħu l-Gvern biex jiżgura l-enforcement tar-regolamenti ġodda dwar l-industrija tal-logħob tan-nar b'mod partikolari biex irazzan abbużi li jidhru li ilhom għaddejjin snin sħaħ f'postijiet li kienu qed joperaw b'mod illegali f'nofs l-abitat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru diversi spezzjonijiet f’postijiet diversi madwar Malta u Għawdex sabiex jinstabu u jiġu mrażżna abbużi fix-xogħol tal-logħob tan-nar u fil-ħażna ta’ splussiv li jintuża għal dan il-għan. Fil fatt ittieħdu diversi persuni quddiem il-Qorti sabiex iwieġbu għal akkużi diversi relatati ma' dan l-abbuż.
Dawn l-ispezzjonijiet ser ikomplu jsiru tant li qed jiġi iffurmat spettorat għal dan il-għan u ser ikollu d-dmir li jara li il-kmamar tan-nar qed joperaw skond il-Liġi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport li kellu jsir mill-ADT dwar dak li seta' tefa' l-proġett tal-pont Manwel Dimech lura fit-tlestija tiegħu u jekk ir-rapport huwa lest, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 995 u jgħid skond id-Dipartiment tat-Taxxi Interni kemm hemm każi in dispute li ġew riferuti mit-taxpayers lill-Ombudsman?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 995.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet tal-Gvern biex tkun implimentata l-wegħda elettorali 160 fil-programm tal-Partit Nazzjonalista biex kull familja tingħata ħames bozoz energy saving fis-sena għal sentejn ? Jista' jgħid jekk teżistix xi target date dwar meta għandu jibda t-tqassim ta' dawn il-bozoz? Jikkonferma li dwar din l-inizjattiva tħejja rapport mill-Awtorita Maltija tar-Rizorsi u jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Membru li s-sitwazzjoni għadha dik kif spjegata fir-risposta għad-Domanda 870 magħmula lill-Prim Ministru
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jaqbilx ma' dak li ċ-chairman tad-Dipartiment ta' l-Oftalmoloġija fl-iSptar Mater Dei, Thomas Fenech qal fil-gazzetta "The Times" tal-15 ta' Ġunju dwar il-waiting list għall-operazzjonijiet tal-kataretti meta kiteb: "The tremendous increase in volume was not accompanied by an increase in man power. The man power plan recommended in 1998 to deal with what was clearly foreseen as an increasing trend in the demand for this procedure has to this day not yet been implemented and today we have the same man power but more than double the patients!" Jikkonferma l-eżistenza ta' man power plan imfassal għaxar snin ilu, li rrefera għalih is-sur Fenech? Jekk jikkonferma l-eżistenza ta' dan il-pjan, jista' jgħid x'azzjoni ttieħdet dwaru ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-man power plan tad-Dipartiment ta’ l-Oftalmoloġija ilha fis-seħħ għal dawn l-aħħar 10 snin. Minn dak iż-żmien saru numru ta’ ħatriet fil-livelli ta’ Konsulent, Resident Specialist, Higher Specialist Trainee u Basic Specialist Trainee. Fl-istess ħin f’dan id-Dipartiment kien hemm diversi riżenji. Għaldaqstant in-numru ta’ tobba / specjalisti proġettat fil-man power plan ma ntlaħaqx. Is-sitwazzjoni fil-preżent hija kif ġej:
Grad
Plan
In Post
+/-
Chairperson
1
1
0
Konsulent
4
3
-1
Resident Specialist
4
2
-2
HST / BST
8
5 (+6)*
-3
Houseman
2
3**
+1
* 6 tobba qegħdin jistudjaw barra minn Malta.
** dawn it-3 tobba se jiġu assenjat mad-Dipartiment mis-7 ta’ Lulju 2008
Dan juri li meta is-6 tobba li qegħdin jistudjaw barra jiġu lura, ikun hemm biżżejjed tobba biex jintlaħaq in-numru rikjest fil-
man power
plan
. Bħalissa qed jiġu processati applikazzjonijiet għal reklutaġġ fil-grad ta’ BST u qed jiġu preparati sejħiet fil-grad ta’ HST u Resident Specialist
Il-Ministeru ser jittratta dan il-każ fi pjan ħolistiku li qegħdin naħdmu fuqu bħalissa biex tiġi ndirizzata l-problema tal-
waiting lists
.
B'referenza għall-Eurostar Programme ta' l-Unjoni Ewropea li huwa ntiż biex ikabbar l-investiment ta' l-SME's fir-riċerka, x'inhi r-raġuni li skond rapport maħruġ nhar il-25 ta' Ġunju, 2008 Malta ma tidhirx li hi parteċipi f'dan il-programm, minkejja li hemm bosta pajjiżi ġodda fl-UE inklużi bħal Ċipru u l-Istati Baltiċi kif ukoll pajjiżi mhux fl-UE bħall-Iżlanda, Izrael, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija?
Response (BORG, TONIO)
Il-programm Eurostar li l-Onorevoli Interpellant qed isemmi fil-Mistoqsija ma jaqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tribunal ta' għall-Investigazzjonijiet ta' l-Inġustizzji
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fil-konfront ta' każijiet fejn deċiżjonijiet tat-Tribunal għall-Investigazzjonijiet ta' l-Inġustizzji baqgħu qatt ma twettqu, fid-dawl tad-dikjarazzjoni li għamel is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Joe Saliba fuq TVM fis-17 ta' Ġunju 2008, li stqarr li huwa jemmen li n-nies involuti f'dawn il-każijiet għandhom jingħataw rimedju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm 13-il każ fejn ir-rakkomandazzjoni tat-Tribunal għall-Investigazzjonijiet ta’ l-Inġustizzji għadha mhix implimentata.
Ir-raġunijiet għal dan jinkludu li hemm kawżi pendenti l-Qorti fejn ir-rakkomandazzjoni tat-Tribunal qed tiġi kkontesta, minħabba li hemm kumpaniji li m’humiex tal-Gvern u oħrajn fejn il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku ma qablitx mar-rakkomandazzjoni suġġerita.
Billi ġurnal lokali kkwota figuri ta' kemm ġew ripatrijati immigranti irregolari, jista' l-Ministru jgħid jekk il-figuri kkwotati kenux korretti? Jista' jagħti breakdown sena b'sena u b'pajjiż pajjiż?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ immigranti li ġew ripatrijati matul l-aħħar ħames snin huwa ta' 2,776. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kif mitluba fl-aħħar parti tad-domanda.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pjani tal-Gvern dwar it-tibdil fil-bands ta' l-income tax għadhom dawk imħabbra mill-Prim Ministru f'intervista ma' "The Malta Independent on Sunday" fit-30 ta' Marzu, 2008 u f'intervista mal-magazine The Commercial Courier ta' April-Mejju 2008, u ċioe' li din il-miżura tibda titwettaq sa mill-budget għas-sena d-dieħla 2009? Jekk kien hemm tibdil fil-pjani tal-Gvern, jista' l-Ministru jħabbar target date ġdida meta se jidħol fis-seħħ it-tibdil fil-bands ta' l-income tax?
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kienx hemm xi refunds dovuti lejn l-aħħar tas-sena skond it-3 Year Refund Payment Programm li tħallsu qabel iż-żmien ? Jekk iva, kemm kienu u kemm ibbenifikaw tax payers minn dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond ittra li ntbagħtet lit-taxpayers f’Settembru 2007 jew fix-xhur ta’ wara dwar ir-Refund Payment Programme ma kien hemm l-ebda xahar speċifiku dwar meta se jitħallsu r-refunds skond l-imsemmi programm iżda kien intqalilhom biss li l-ewwel pagament kellu jsir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2007, u jekk ikun il-każ, it-tieni pagament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008 u t-tielet pagament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009.
Ghalhekk ma kienx hemm refunds li tħallsu qabel iż-żmien skedat peress li d-diskrezzjoni dwar meta jsir il-ħlas inżammet mid-dipartiment u bl-ebda mod ma ntrabat li dawn isiru fil-bidu, fin-nofs jew fl-aħħar tas-sena. Id-dipartiment intrabat biss li jħallas imgħax ta’ 1 fil-mija fix-xahar jekk il-ħlas isir wara ż-żmien indikat fl-ittra għalkemm ma kienx obbligat bil-liġi li jagħmel dan.
Billi fl-1 ta' Marzu, 2005 l-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq kien wiegħed li x-xogħol fuq il-ground ta' Manoel Island kellu jibda fl-ewwel tliet xhur ta' 2006, u li l-MIDI kellha tgħaddi l-ground tal-Gvern meta dan jkun lest skond ftehim iffirmat bejn iż-żewġ partijiet kif ġie approvat mill-Parlament, jista' l-Ministru jgħid issa li għaddew aktar minn sentejn mid-data mħabbra meta mistenni jitlesta dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra .
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-pożizzjoni inbidlitx minn kif ħabbarha l-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq fl-1 ta' Marzu, 2005 li meta l-ground l-ġdid ta' Manoel Island jitlesta u jkun mgħoddi lill-Gvern, il-Kunsill Malti għall-Isport ikun mgħarraf u mistoqsi jikkonsidrax sabiex jgħaddih b'riżoluzzjoni parlamentari skond proċeduri stabbiliti? Billi l-Ministru preċedenti ta' l-Edukazzjoni kien wieġeb nhar is-26 ta' Ġunju, 2007 li kien ser jitkellem mal-ministri sħabu li b'xi mod jista' għandhom x'jaqsmu ma' l-istess proġett biex l-obbligi li daħlu għalihom l-MIDI fir-rigward tas-suġġett mqanqal minni - tal-ground ta' Manoel Island - jiġi onorat mill-aktar fis, xi progress sar minn dak iż-żmien 'l hawn u x'inhi l-policy tal-Ministru attwali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-iSport għadu bil-ħsieb li jikkonsidra li l-ground msemmi jiġi mgħoddi b’Riżoluzzjoni Parlamentari meta jitlesta x-xogħol.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija li tirrigwarda x-xogħol tal-MIDI nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.