Jista' l-Ministru jispjega fhiex waslet il-ħidma relatata mal-preparazzjoni tat-Tieni komunikazzjoni ta' Malta lil Konvenzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima u għal meta suppost jitlesta u jkun preżentat dan ir-rapportaġġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li hu maħsub li l-ewwel abbozz tat-Tieni Komunikazzjoni Nazjonali lil Konvenzjoni Dwar it-tibdil fil-Klima, UNFCC, ikun ippreżentat f’Jannar 2009.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern rigward ir-rapport tal-Grupp ta' Konsulenza Lahmeyer dwar l-enerġija alternattiva f'Malta, filwaqt li jagħmel dan ir-rapport pubbliku?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li għadu qed jiġi ffinalizzat l-aħħar abbozz tar-rapport Lahmeyer li analizza x’teknoloġiji jistgħu jintużaw għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku f’Malta.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li riċentement setgħu ġew ikkanċellati xi titjiriet chartered mir-Russja ma' l-Air Malta bil-konsegwenza li dawn setgħu effettwaw l-għadd kbir ta' studenti li qed jiġu pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta kienet ikkuntrattata biex tagħmel numru ta’ titjiriet charter mir-Russja.
L-Awtoritajiet Russi ma tawx permess lil Air Malta biex topera dawn it-titjiriet. Biex żgur ma’ jintilfux numru ta’ turisti lejn Malta, l-operatur li huwa Holiday Malta sussidjarja ta’ l-Air Malta, għamel ftehim ma’ kumpanija Russa biex topera dawn it-titjiriet.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista kompluta ta' prodotti u servizzi f'pajjiżna li fuqhom hemm xi forma jew oħra ta' taxxa ambjentali u jgħid eżatt kemm hu d-dħul tal-Gvern minn dawn it-tip ta' taxxi, kemm b'mod assolut (f'ewros) kif ukoll bħala persentaġġ tal-prodott gross domestiku?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-informazzjoni mitluba tinsab fuq l-Ewwel Skeda ta’ L-Att ta’ l-2004 Dwar L-Eko-Kontribuzzjoni, Kap 473 tal-Liġijiet ta’ Malta u kif emendata permezz ta’ Avviżi Legali msemmijin fl-istess Skeda.
Nitlob l-Onor Membru li jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern rigward id-dokument "A Draft Renewable Energy Policy for Malta" li jmur lura għal Awissu 2006?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li minn mindu ħareġ id-dokument "A Draft Renewable Energy Policy for Malta" sa llum għaddew sentejn li matulhom kien hemm diversi tibdil fiċ-ċirkostanzi, fosthom żviluppi fil politika ta’ l-EU, kemm fuq biofuels kif ukoll fuq il-produzzjoni tal-enerġija minn-sorsi li jiġġeddu. Ġew miftiehma miri ġodda għall-Malta sat-2020. Kien hemm ukoll żviluppi sinifikanti ħafna fis-suq ta l-enerġija, kemm bħala splużjoni fil prezz taż-żejt, kif ukoll fil-kamp politiku li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista.
Għalhekk dan id-dokument irid jiġi aġġornat biex jirrifletti dan kollu.
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista sħiħa u updated ta' l-infringements ambjentali kollha li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ewropej u għal kull każ jagħti dettalji ta' fejn waslu l-proċeduri li suppost kellhom jittieħdu?
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pjani tal-Gvern dwar it-tibdil fil-bands ta' l-income tax għadhom dawk imħabbra mill-Prim Ministru f'intervista ma' "The Malta Independent on Sunday" fit-30 ta' Marzu, 2008 u f'intervista mal-magazine The Commercial Courier ta' April-Mejju 2008, u ċioe' li din il-miżura tibda titwettaq sa mill-budget għas-sena d-dieħla 2009? Jekk kien hemm tibdil fil-pjani tal-Gvern, jista' l-Ministru jħabbar target date ġdida meta se jidħol fis-seħħ it-tibdil fil-bands ta' l-income tax?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 950.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1295 u jgħid issa li għaddew aktar minn sentejn mid-data mħabbra meta mistenni jitlesta dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt ma’ l-iżviluppaturi jorbothom ilestu dan il-piċċ fi żmien erba’ snin mill-ħruġ tal-permessi relattivi ta’ l-iżvilupp. Ninsab infurmat ukoll li l-MEPA qed fil-preżent tevalwa applikazzjonijiet għal dawn il-permessi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont dovut mill-Gvern Malti lill-kumpanniji u suppliers ta' British Pharmaceuticals mir-Renju Unit sa tmiem Frar 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun iktar speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu u jgħid għal liema kumpaniji qiegħed jirreferi.
Miżbla tal-Magħtab u Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin — Residenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern biex residenti li jgħixu qrib il-miżbla tal-Magħtab u qrib l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin jingħataw sussidju speċjali mill-gvern fuq is-surcharge tal-kontijiet tad-dawl tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1505 u jikkonferma li l-pjani tal-Gvern dwar it-tibdil fil-bands ta' l-income tax għadhom dawk imħabbra mill-Prim Ministru f'intervista ma' "The Malta Independent on Sunday" fit-30 ta' Marzu, 2008 u f'intervista mal-magazine The Commercial Courier ta' April-Mejju 2008, u ċioe' li din il-miżura tibda titwettaq sa mill-budget għas-sena d-dieħla 2009? Jekk kien hemm tibdil fil-pjani tal-Gvern, jista' l-Ministru jħabbar target date ġdida meta se jidħol fis-seħħ it-tibdil fil-bands ta' l-income tax?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1505.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1509 u jgħid jekk tlestiex ir-rapport li kellu jsir mill-ADT dwar dak li seta' tefa' l-proġett tal-pont Manwel Dimech lura fit-tlestija tiegħu u jekk ir-rapport huwa lest, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1501 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioe': B'referenza għall-Eurostar Programme ta' l-Unjoni Ewropea li huwa ntiż biex ikabbar l-investiment ta' l-SME's fir-riċerka, x'inhi r-raġuni li skond rapport maħruġ nhar il-25 ta' Ġunju, 2008 Malta ma tidhirx li hi parteċipi f'dan il-programm, minkejja li hemm bosta pajjiżi ġodda fl-UE inklużi bħal Ċipru u l-Istati Baltiċi kif ukoll pajjiżi mhux fl-UE bħall-Iżlanda, Izrael, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija?
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi studji dwar l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-fuel u partikolarment tal-fatt li d-diesel issa sar jiswa iktar mill-petrol bla ċomb? F'każ li saru studji bħal dawn, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jieħu l-gvern minħabba li wara li ġie pubblikat rapport li juri li l-Criminal Justice Data Collection Mechanism dwar racist crime huwa limitat u available only on request u mhux għall-informazzjoni tal-pubbliku? Jaħseb li biex tiġi miġġielda x-xenofobja u anke r-razziżmu hemm bżonn atteġjament aktar proattiv f'dan ir-rigward?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar detalji dwar ir-rapport li qed jirreferi għalih.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Enemalta diġa' daħlet għal kuntratti għax-xiri taż-żejt matul is-sena d-dieħla, bi prezzijiet li huma 40% irħas mill-prezz kurrenti taż-żejt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li il-Korporazzjoni Enemalta għandha xiri ta’ żejt bil-quddiem għas-sena 2009 huwa madwar 40% irħas mill-prezz internazzjonali kurrenti taż-żejt, iżda xorta għola mill-prezz taż-żejt li bħalissa trid tħallas l-Enemalta. Dan ikopri parti miż-żejt li jinxtara s-sena d-dieħla għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u mhux ix-xiri kollu taż-żejt previst għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku għas-sena dieħla.
Nieħu din l-okkazzjoni biex infakkar lill-Kamra li kontrarjament għal dak li qal il-Kap tal-Partit Laburista nhar il-Hadd li għadda:
1. li ma kienx għall-kuntratti simili li saru bejn tmien l-2007 u l-bidu tal-2008 is-surcharge illum suppost hi 160% u mhux 95% u ghalhekk u ovvju ghal min irid ikun ragonevoli li l-Gvern u l-Enemalta ħadmu b’mod għaqli hafna u ddefendew l-interessi tal-konsumaturi kemm setgħu;
2. kien biss minhabba xiri bil-għaqal mill-Enemalta u għaliex il-Gvern żied is-sussidju li s-surcharge setgħet tinzamm sa 95% u l-qabża min 50% tidher kbira għax il-Gvern għazel li min Awissu 2007 sa Gunju 2008 (11 il-xahar) iżomm is-surcharge stabbli; skond Dr Joe Musct kien ikun ahjar li ghollejna s-surcharge qabel biex b’hekk il-qabza ma tidhirx kbira!
3. is-social impact assessment li talab Dr Joe Muscat gie publikat mal-stqarrija relattiva;
4. Dr Joe Muscat messu jaf - għax ilha tiġi ripetuta s-snin – li s-surcharge hi maħduma biss fuq il-prezz attwali taż-żejt mixtri mill-Enemalta u fil-kalkolu ma jidħol xejn aktar – la kemm għandha haddiema l-Enemalta, la inefficenza u l-ebda ħaġa oħra;
5. il-Kap tal-Partit Laburista messu jaf ukoll li l-proċess tal-kalkolu tas-surcharge kien maqbull tliet snin ilu fl-MCESD u min dak in-nhar ma tbiddilx. Għalhekk ma kien hemm ebda raġuni ghaliex kellhom isiru diskussjonijiet ulterjuri la hu car li l-prezz taz-zejt li bih qed tixtri l-Enemalta llum hu għola min dak ta’ Lulju 2007;
6. rigward il-proposta ta’ Dr Joe Muscat tal-capping fuq it-taxxa tas-sisa għad-diesel kont nistenna li Dr Muscat bhala Ewro Parlamentari jaf li t-taxxa tas-sisa hi prezz fiss u mhux persentaġġ u allura l-Gvern ma jdaħħalx aktar flus f’taxxa għax jgħola l-prezz taz-zejt!
7. kont nistenna wkoll li Dr Joe Muscat jaf li l-Unjoni Ewropea timponi regoli kemm fuq il-livelli ta’ VAT kif ukoll SISA applikabbli;
8. li ghogbu jinsa jsemmi Dr Joe Muscat hu kif kien jaghmel hu biex josserva l-weghda li ghamel il-Kap ta’ qabli u jaqta s-surcharge bin-nofs, mizura li mill-elezzjoni sal-ahhar tas-sena – u bil-prezzijiet tal-lum biss – hi kalkolata li tiswa lill-pajjiz €79 miljun!
Il-paroli zgur jiswew ħafna anqas miż-żejt!
Billi l-MTA għadha kif ikkonfermat li m'għandha x'taqsam xejn ma' l-attivitajiet li qed jiġu organizzati fil-pjazza Spinola ħdejn it-Tiguglio, u li qegħdin jikkawzaw inkonvenjent kbir u noise pollution għal bosta residenti fl-inħawi, jista' l-Ministru jgħid min qed joħroġ il-permessi meħtieġa għall-programm li allegatament sejjer ikun mifrux sa tmiem Awwissu? Il-permessi qegħda toħroġhom il-Pulizija nnifisha minn jeddha jew qed tagħmel dan fuq rakkmandazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li nħarġu permessi mill-Pulizija għal xi programm li sejjer ikun mifrux sa tmiem Awissu kif imsemmi mill-Onor Interpellant.