Legislature:
Category:
Reset
Active:

Waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi statistika aġġornata għandu l-Gvern Malti minn kemm ilna li dħalna fl-Unjoni Ewropea sal-lum fejn jidħol il-waste, apparti mill-waste depożitat fil-bring-in site?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi: Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 2150/2002 tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-Istatistika ta’ l-Iskart introduċa qafas għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja dwar il-produzzjoni u l-ġestjoni ta’ l-iskart minn attivitajiet ekonomiċi u djar privati. Sabiex tiġi miġbura l-istatistika meħtieġa għall-provedimenti ta’ dan ir-Regolament l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika qiegħed jikkollabora flimkien mal-MEPA u l-WasteServ fuq bażi regolari. Din il-kollaborazzjoni wasslet sabiex f’dawn l-aħħar snin żdiedet l-ammont ta’ statistika prodotta dwar l-iskart f’Malta. Kemm il-WasteServ kif ukoll il-MEPA ifornu lill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika b’informazzjoni dwar il-ġestjoni ta’ l-iskart li tista’ tiġi wżata għall-finijiet tar-Regolament Ewropew dwar l-istatistika ta’ l-Iskart. Barra minn hekk l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika juża din l-informazzjoni sabiex jippubblika diversi statistiċi ta’ relevanza lokali rigward dan is-suġġett. Permezz ta’ koperazzjoni ma’ dawn l-entitajiet pubbliċi l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatisika qiegħed kontinwament jaġġorna l-istatistika eżistenti u jaħdem sabiex jottjeni informazzjoni fuq diversi aspetti tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni ta’ l-iskart li preżentament m’għandniex informazzjoni dwarhom f’Malta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x’statistika tinġabar mill-NSO u l-MEPA:

Miżbla tal-Magħtab u Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1991 u1699 u jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern biex residenti li jgħixu qrib il-miżbla tal-Magħtab u qrib l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin jingħataw sussidju speċjali mill-gvern fuq is-surcharge tal-kontijiet tad-dawl tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1991.

Trasport ta' skart minn Għawdex għal Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total ta' l-iskart li jinġabar minn Għawdex fis-sena u li jiġi trasportat għal Malta? Kif qed jiġi trasportat bħalissa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lit-total ta’ l-iskart li jinġabar minn Għawdex fis-sena u li jiġi trasportat għal Malta huwa ta’ madwar 17,000 tunnellata. Bħalissa dan qed jiġi trasportat permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel, f’containers apposta
Leg 11 PQ #3116 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Divorzju — Konsultazzjoni Pubblika u Djalogu

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika b'mod katergoriku meta ser jinbeda l-proċess ta' konsultazzjoni pubblika u djalogu dwar id-divorzju li kien ħabbar il-Ministru Dalli u li hu mar on record jgħid li jaqbel miegħu fil-prinċipju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2270.

light heating oil

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2267 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma rapporti li ħafna mit-tniġġiż mill- heavy vehicles huwa dovut għall-fatt li dawn qed jagħmlu użu estensiv tal- light heating oil?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enerġija Nukleari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2268 u jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern Malti dwar l-użu ta' l-enerġija nukleari?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-Mistoqsija Nru 1807.

Power generation — Efficiency

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-efficiency preżenti fil-power generation u kemm suppost tkun?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-effiċjenza preżenti tal-power generating plant hija: Marsa 27% Delimara Steam 32% Delimara CCGT 40% (ibbażata fuq 2-shift) Delimara CCGT 46% (ibbażata fuq base load) L-effiċjenza tal-impjant ta’ Delimara hija skond id-disinn tal- generating units waqt li dak tal-Marsa kieku kundizzjoni ‘ġdida’ l-efficjenza kienet tkun inqas minn 30%.

Smart City

Question

Jista' l-Ministru jgħid Smart City b'kollox kemm ser ikollu bżonn persentaġġ mill-generation capacity nazzjonali ta' pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-load attwali li qiegħed ikkwotat għal Smart City huwa anqas minn 3.6% tal-installed capacity preżenti f'pajjiżna.

Prezz tal-Fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1993 u1510 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed jiġu riferuti lilu u jgħid jekk sarux xi studji dwar l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-fuel u partikolarment tal-fatt li d-diesel issa sar jiswa iktar mill-petrol bla ċomb? F'każ li saru studji bħal dawn, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1861 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Infringements ambjentali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista sħiħa u updated ta' l-infringements ambjentali kollha li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ewropej u għal kull każ jagħti dettalji ta' fejn waslu l-proċeduri li suppost kellhom jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-lista ta’ infringments li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ambjentali Ewropej hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-Proċedimenti huma mqassma skond l-istadju li waslu fih, jiġifieri: a. Ittri ta’ avviż formali; b. Ittri ta’ tqegħid fil-mora ( reasoned opinion ); c. Proċedimenti riferuti lill-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja; Proċedimenti quddiem il-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja.
Leg 11 PQ #2320 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Maħfriet presidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi ir-reazzjoni uffiċjali tal-Gvern dwar il-proposta tal-Prim Imħallef li għandu jkun hemm trasparenza sħiħa dwar il-maħfriet presidenzjali li jingħataw, li dawn jiġu pubbliċizzati u tingħata spjega għal liema raguni jkunu ngħataw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diġa` għamilt stqarrija pubblika b’reazzjoni għall-proposta mressqa mill-Prim Imħallef dwar il-Maħfriet Presidenzjali. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ l-istqarrija li kienet dehret f’waħda mill-gazzetta lokali fil-21 ta’ Settembru, 2008. Għall-benefiċċju ta’ dawk li, forsi, ma kenux qraw din l-istqarrija, nixtieq nerġa’ nikkonferma illi m’għandi l-ebda oġġezzjoni fil-prinċipju li jiġu ippublikati d-dettalji tal-Maħfriet Presidenzjali. Pero`, nemmen illi din it-tibdila għandha tiġi implimentata wara diskussjoni u konsultazzjoni wiesgħa kemm mal-pubbliku, kif ukoll mas-settur legali.

Wied Għomor — Tindif

Question

Wara li saret ħafna pubbliċità saħansitra permezz ta’ media releases u flyers li twaħħlu 300 bin fl-area ta’ Paceville, xi ħaġa fiha nnifisha ferm pożittiva, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi effettivi u immedjati li mhux biss terġa' titwaħħal l-unika bin li kien hemm ħdejn il-bus stop l-antika qrib il-Lukanda Halland, kif ukoll li ssir tindifa sew tal-valley road ta’ Wied Għomor – taħt l-istess lukanda – li ħafna drabi qed twassal biex diversi nies jidħlu bi trucks privati u jużaw il-wied bħala dumping ground għar-refuse?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Lista ta' Kimiċi f'industrija lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern bediex jiġbor lista ta’ kimiċi qabel ma' dawn jintużaw fl-industrija lokali? Liema awtorità hija responsabbli għad-data collection u l-enforcement tagħhom? Kif qed isiru l-verifiki mal-importazzjoni tagħhom? Ir-residues tagħhom fejn qed jiġu dumped wara li jiġu użati? X’inċentivi qed jingħataw lill-industrija lokali biex ibiddlu l-metodi tagħhom jekk qed jużaw kimiċi simili?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel nett hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn importazzjoni intra-komunitarja u dik extra-komunitarja. L-importazzjoni ta’ prodotti kimiċi minn pajjiżi komunitarji tibbenifika mis-suq ħieles u għalhekk ma hemm l-ebda mekkaniżmu għall-ġbir ta’ listi ta’ prodotti kimiċi li ġejjin minn pajjiż ieħor Membru tal-Komunita’ Ewropea. Dawk il-prodotti li ġejjin minn barra l-UE huma sottoposti għall-kontrolli mid-dwana li qed iżżomm lista ta’ prodotti kimiċi li qegħdin jiġu impurtati f’Malta. Ir-Regolament REACH li jkopri t-tqegħid fis-suq tal-prodotti kimiċi huwa amministrat lokalment mill-Awtorita Maltija għall-iStandards (MSA) u jinkludi wkoll aġenzija komunitarja li tinsab fil-Finlandja (ECHA). Hemm informazzjoni li tinġabar mill-Aġenzija kif ukoll informazzjoni li tinġabar mill-MSA. L-infurzar ta’ dan ir-Regolament huwa f’idejn l-MSA bl-għajnuna ta’ entitajiet governattivi oħra li huma tal-kumitat eREACH. Dan ir-regolament qed fil-bidu tiegħu (madwar l-EU kollha) u għalhekk l-infurzar tiegħu għadu fl-ewwel passi, pero l-kontrolli għadhom ikunu bbażati fuq data ta’ importazzjoni u kontrolli fl-impjanti industrijali individwali (permezz ta’ l-użu ta’ dokumentazzjoni u fejn hemm bżonn jkun hemm it-tehid ta’ kampjuni għall-ittestjar). Kull prodott kimiku għandu jkollu l-iskeda dwar is-sigurta’ tal-materjal fejn jiġi speċifikat kif għandu jiġi dispost l-iskart ta’ dak il-prodott. Min juża dak il-prodott kimiku huwa obbligat li jimxi fuq dak li hemm fl-iskeda tas-sigurta’ tal-materjal. L-MSA ma topera l-ebda skema ta’ inċentivi sabiex jinbidlu metodoloġija jew sustanzi kimiċi.
Leg 11 PQ #2347 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inizjattivi Eco Friendly mwettqa mill-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-inizjattivi eco-friendly li twettqu mill-Gvern matul din is-sena amministrattiva? Kif qed taħdem is-sistema tal-Green Leader Initiative? Għadha teżisti green structurefi ħdan l-OPM? Jekk iva, meta tnidiet, peress li l-pjan oriġinali tfassal fis-sena 2005? X’inhuma l-eco friendly practices li tħaddmu fl-OPM u kemm minnhom għadhom jaħdmu kif suppost? Xi tweġiba kien hemm mill-OPM heads wara li nħarġet ċirkulari li fiha wara li ġie spjegat l-iskop ta’ din l-inizjattiva, dawn ġew mitlubin jidentifikaw focal person fid-dipartimenti rispettivi tagħhom filwaqt li kellha tgħinhom jimplimentaw l-ewwel proġetti tagħhom? Billi kienet ġiet identifikata żona f’Kastilja għas-seperazzjoni tal-iskart kif ukoll biex jiġi depożitat l-iskart riċiklat, jista' jgħid jekk din qattx ġiet introdotta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Rekwiżiti Minimi — Rendiment tal-Bini tal-użu tal-Enerġija

Question

Billi ftit ilu l-Ministru ikkummenta dwar LN 238/2006 Regolament ta' l-2006 dwar Rekwiżiti Minimi għar-Rendiment tal-Bini tal-użu tal-Enerġija u ta' indikazzjoni li ser isaħħaħ dawn ir-regolamenti biex jagħmilhom effettivi u tassattivi, jista' l-istess Ministru jagħti indikazzjoni meta mistennija toħroġ il-Legal Notice il-ġdida dwar dan is-suġġett u x'ser jkunu il-linji ġenerali tagħna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.