Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #3193 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Riċerka CERN

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2319, 29625 u 29700 li saru fl-aħħar leġislatura u ċioe': B’referenza għall-ftehim li ġie milħuq dan l-aħħar ma' l-organizazzjoni ta’ riċerka CERN fl-Isvizzera, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk dan kienx ftehim formali jew biss memorandum of understanding li għad irid iwassal għal sensiela ta’negozjati intensivi qabel ma l-kollaborazjoni tiġi fis-seħħ u ċ-ċittadini Maltin ikunu jistgħu jibbenefikaw minnu? Meta huwa mistenni li jintlaħaq il-ftehim bejn iż-żewġ naħat ħalli jkun jista' jibda jiġi attwat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2319.

Wied Għomor — Tindif

Question

Wara li saret ħafna pubbliċità saħansitra permezz ta’ media releases u flyers li twaħħlu 300 bin fl-area ta’ Paceville, xi ħaġa fiha nnifisha ferm pożittiva, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2321 u jara li jittieħdu passi effettivi u immedjati li mhux biss terġa' titwaħħal l-unika bin li kien hemm ħdejn il-bus stop l-antika qrib il-Lukanda Halland, kif ukoll li ssir tindifa sew tal-valley road ta’ Wied Għomor – taħt l-istess lukanda – li ħafna drabi qed twassal biex diversi nies jidħlu bi trucks privati u jużaw il-wied bħala dumping ground għar-refuse?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq l-ewwelnett nikkoreġi l-Onor Membru u ninfurmaħ li twaħħlu 150 bin u mhux 300 kif qal fil-Mistoqsija. Jien infurmat ukoll li ma saru l-ebda flyers ta’ pubbliċità. Il- bin li qed jirreferi għalih l-Onor Membru jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitolbu jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Sadanittant rigward it-tindif ta’ Valley Road ta’ Wied Għomor jien infurmat, wara li kien sar tindif f’Mejju reġa’ sar tindif ieħor mid-Dipartiment tal-Indafa Pubblika f’Settembru minkejja li z-zona taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #3280 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inizjattivi Eco Friendly mwettqa mill-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2347 u jagħti lista tal-inizjattivi eco-friendly li twettqu mill-Gvern matul din is-sena amministrattiva? Kif qed taħdem is-sistema tal-Green Leader Initiative? Għadha teżisti green structurefi ħdan l-OPM? Jekk iva, meta tnidiet, peress li l-pjan oriġinali tfassal fis-sena 2005? X’inhuma l-eco friendly practices li tħaddmu fl-OPM u kemm minnhom għadhom jaħdmu kif suppost? Xi tweġiba kien hemm mill-OPM heads wara li nħarġet ċirkulari li fiha wara li ġie spjegat l-iskop ta’ din l-inizjattiva, dawn ġew mitlubin jidentifikaw focal person fid-dipartimenti rispettivi tagħhom filwaqt li kellha tgħinhom jimplimentaw l-ewwel proġetti tagħhom? Billi kienet ġiet identifikata żona f’Kastilja għas-seperazzjoni tal-iskart kif ukoll biex jiġi depożitat l-iskart riċiklat, jista' jgħid jekk din qattx ġiet introdotta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-green structure fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ilha teżisti sa mis-sena 2005. Din tinkludi green leader li tikkoordina ma’ green focal point minn kull dipartiment u entità fil-Ministeru. Bħalissa din l-istruttura qed tiġi riveduta biex jiġu inkorporati r-rappreżentanti tad-dipartimenti u entitatijiet ġodda fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara t-tibdil fl-istruttura tal-ministeru wara l-aħħar elezzjoni ġenerali. Dawn huma l- eco-friendly practices li bdew u għadhom jiġu mħaddma fl-OPM: · Riċiklar ta’ skart fid-dipartimenti kollha ta’ l-OPM. Hemm żona komuni f’kull dipartiment, li fiha jitpoġġa l-iskart separat u li mbagħad jinġabar mill-WasteServ biex ikun riċiklat. · Qed jiġu ffrankati ħafna karti minħabba li qed jintuża ħafna l- e-mail , iċ-ċirkularijiet qed jitpoġġew fuq l-Intranet, u ħafna dokumenti qed jitpoġġew fuq is- server u allura ma jkunx hemm il-bżonn li jiġu stampati kollha. · Minbarra hekk, isir ħafna enfasi wkoll biex il-karta tintuża miż-żewġ naħat. Għal dan il-għan, meta jinxtraw printers u photocopiers ġodda, qed naraw li dawn ikollhom il-faċilita’ li jistampaw fuq iż-żewġ naħat tal-karta. · L-inviloppi qed jintużaw ħafna aktar minn darba, billi għall-użu intern fil-Ministeru u ma’ ministeri oħra, titwaħħal template fuq l-invilopp u għaldaqstant, sakemm jitqatta’, l-istess invilopp ikun diġa’ intuża diversi drabi. · Cartridges u toners qed jiġu riċiklati. · Il-batteriji qed jitpoġġew ġo kontenitur apposta u jinġabru mill-WasteServ. · Ingħataw sessjonijiet ta’ taħriġ lill- green focal points u lill- minor staff dwar kif għandu jiġi separat l-iskart. B’kollaborazzjoni ma’ rappreżentanti tal-WasteServ, ġew ukoll organizzati sensiela ta’ taħdidiet dwar l-istess suġġett, li għalihom attendew madwar 225 impjegat ieħor minn diversi dipartimenti u entitajiet fl-OPM. · Numru ta’ stickers b’messaġġ favur l-ambjent tqassmu fid-dipartimenti ta’ l-OPM fejn twaħħlu ma’ switches tad-dawl u viti ta’ l-ilma, bl-iskop li l-impjegati jsiru aktar konxji ta’ l-użu ta’ l-enerġija u l-ilma. · Twaħħlu tliet photovoltaic units f’binjiet ta’ l-OPM: tnejn f’bini tal-Forzi Armati (sistema ta’ 2.1kWp u oħra ta’ 1.2kWp) u unit ieħor ta’ 1.2kWp fl-Istamperija tal-Gvern. · L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħa sehem fit- 34U Campaign billi ta kontribut ta’ €932 għat-tħawwil ta’ 100 siġra. · Sar energy audit fil-bini li jinsab fi 3, Castille Place. Ir-rapport finali ta’ din l- audit issa jinsab lest u qed jiġi studjat liema rakkomandazzjonijiet minnu jistgħu jitwettqu. Wara li nħarget ċirkulari fl-2005 li fiha ġie spjeġat l-iskop ta’ l-inizjattivi eco-friendly , il-kapijiet kollha ta’ l-OPM, kif kienu mitluba, identifikaw green focal point fid-dipartimenti rispettivi tagħhom. Dawn il-persuni jgħinu lill- green leader ta’ l-OPM biex timplimenta l-inizjattivi favur l-ambjent billi jaraw li dawn il-miżuri jitwettqu fid-dipartimenti rispettivi tagħhom. Iż-żona li ġiet identifikata f’Kastilja għas-separazzjoni ta’ l-iskart qegħda tintuża biex jiġi depożitat l-iskart separat mid-dipartimenti fi ħdan il-Berġa ta’ Kastilja u li mbagħad jittieħed biex jiġi riċiklat. Iż-żona tinkorpora fiha partijiet fejn jintefgħu l-karti, il-plastik, il-metall, u l-ħġieġ u hija mgħassa b’sistema ta’ CCTV. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru mhux talli qiegħed, u jibqa’, jara li l-inizjattivi favur l-ambjent li ġew introdotti fid-dikasteru tiegħu matul dawn l-aħħar snin jitħaddmu sew fid-dipartimenti u entitajiet tiegħu, imma wkoll minn żmien għall-ieħor jirrevedi dawn l-istess inizjattivi biex tikber il-firxa ta’ miżuri addottati u jissaħħaħ it-twettiq ta’ eco friendly practices fuq il-post tax-xogħol kif ukoll fil-ħajja privata ta’ l-impjegati tiegħu kollha.

Rekwiżiti Minimi — rendiment tal-Bini tal-użu tal-Enerġija

Question

Billi ftit ilu l-Ministru kkummenta dwar LN 238/2006 Regolament ta' l-2006 dwar Rekwiżiti Minimi għar-Rendiment tal-Bini tal-użu tal-Enerġija u ta indikazzjoni li ser isaħħaħ dawn ir-regolamenti biex jagħmilhom effettivi u tassattivi, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2464 u jagħti indikazzjoni meta mistennija toħroġ il-Legal Notice il-ġdida dwar dan is-suġġett u x'ser ikunu il-linji ġenerali tagħna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Nature Reserves — Rangers

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern għandu xi pjanijiet biex in-nature reserves jkollhom rangers b'poteri eżekuttivi kif għandhom diversi pajjizi barranin qrib tagħna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma’ Organizzazzjonijiet mhux Governattivi, bil-għan li tinstab l-aħjar struttura li permezz tagħha numru ta’ persuni diġà sekondati ma’ NGO’s jkollhom poteri eżekuttivi kif għandhom f’pajjizi oħra. Qed jiġu kkunsidrati strutturi differenti, fosthom dik diġà eżistenti tal-gwardjani lokali.

Prezz tal-fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1510 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid jekk sarux xi studji dwar l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-fuel u partikolarment tal-fatt li d-diesel issa sar jiswa iktar mill-petrol bla ċomb? F'każ li saru studji bħal dawn, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-prezzijiet tal-fuel huma magħrufa u l-Gvern kontiwament jagħmel moniteraġġ kif ikun qed jirrispondi s-suq u l-ekonomija Maltija in ġenerali. Filwaqt li, in ġenerali, ma jindaħalx fil-prezz tal-bejgħ, biex kulħadd ikun konxju kemm jiswa dak li juża, u jieħu deċiżjoni propizji fiex għandu jiddedika flusu, hemm mekkaniżmu stabbilit fejn jidħol l-element tal-prezzijiet tal-fuel fin-nollijiet tal-karozzi tal-linja u sa Diċembru li ġej, fil-prezz tal-ħobża Maltija.

Prezz tal-Fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1993 u1510 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed jiġu riferuti lilu u jgħid jekk sarux xi studji dwar l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-fuel u partikolarment tal-fatt li d-diesel issa sar jiswa iktar mill-petrol bla ċomb? F'każ li saru studji bħal dawn, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1993.
Leg 11 PQ #3127 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi dwar l-Ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Marsa Power Station

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gvern għandu kull ħsieb li jagħlaq il-Marsa Power Station saż-żmien stipulat ta' tmiem Diċembru 2015?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-impjant tal-Marsa Power Station irid jingħalaq sal-2015 jew wara 20,000 siegħa t’ operazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2008.
Leg 11 PQ #3188 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reuse and Recycle of Packaging Waste

Question

Billi ftit ilu l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali kien ikkonferma li Malta m'għandhiex statistika aġġornata għas-snin li ilna membri ta' l-UE dwar packaging waste u kemm minnu ġie reused u recycled, kif ukoll li minħabba dan in-nuqqas ġew ikkummissjonati Ernst & Young Ltd biex jiġbru d-data tas-snin 2004-2007, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2271 u jgħid fiex wasal dan il-proċess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2271.

waste

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2272 u jgħid xi statistika aġġornata għandu l-Gvern Malti minn kemm ilna li dħalna fl-Unjoni Ewropea sal-lum fejn jidħol il-waste, apparti mill-waste depożitat fil-bring-in site?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2272.
Leg 11 PQ #3190 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environmental Infringements

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2274 u jara li titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa u komprensiva tal-environmental infringements kollha li ġejna sottomessi għalihom jew notifikati dwarhom s'issa kemm ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’lista ta' l-environmental infringements kollha li ġejna sottomessi għalihom jew notifikati dwarhom s'issa kemm ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 11 PQ #3191 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Special Waste Collectors

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2275 u jgħid x'qed isir biex jiġi żgurat li operaturi u retailers ma jkomplux bid-drawwa li minflok ma jagħmlu użu minn special wastecollectors jirrikorru għas-servizzi ta' domestic waste collectors?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2330.
Leg 11 PQ #2271 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reuse And Recycle of Packaging Waste

Question

Billi ftit ilu l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali kien ikkonferma li Malta m'għandhiex statistika aġġornata għas-snin li ilna membri ta' l-UE dwar packaging waste u kemm minnu ġie reused u recycled, kif ukoll li minħabba dan in-nuqqas ġew ikkummissjonati Ernst & Young Ltd biex jiġbru d-data tas-snin 2004-2007, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni fir-rigward tal-packaging waste għal Malta għas-snin 2004-2006. Fir-rigward ta’ l-informazzjoni għas-sena 2007, bħalissa din qegħda tinġabar u mistennija tkun lesta sa ftit xhur oħra.

Użu ta' plastic bags

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tnien parti tal-mistoqsija parlamentari 2269 li oriġinarjamnet saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma f'mod kategoriku jekk in-numru ta' plastic bags fil-waste stream ta' pajjiżna kibirx jew naqasx mis-sena 2005 'l hawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Rapport Mott McDonald — Enerġija alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Gvern Malti ikkommisjona studji dwar l-enerġija alternattiva wara r-rapport Mott McDonald ? Liema kienu? Fiex waslu u hemm xi ħsieb li jiġu ppubblikati?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #3123 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Direct Action

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2188 u 1873 u cioe': B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28493 tal-leġislatura l-oħra li kienet ġiet mwieġba mill-Ministru ta' dakinhar responsabbli mill-MEPA, x'qed iżomm lill-MEPA milli tieħu l-passi meħtieġa dwar il-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn allegatament qed jiġu akkomodati persuni barranin f'basement li dwaru suppost ittieħdet direct action, li jinsab taħt żewġ basements oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3124 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fairmount fit-Tarzna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2187 u1871 u cioe': Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3125 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Infringements ambjentali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2153 u1861 u jagħti l-lista sħiħa u updated ta' l-infringements ambjentali kollha li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ewropej u għal kull każ jagħti dettalji ta' fejn waslu l-proċeduri li suppost kellhom jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1861.
Leg 11 PQ #3126 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika Nazzjonali għall-Enerġija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2152 u1858 u jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għall-proposta ta' Politika Nazzjonali għall-Enerġija li tmur lura għal Settembru 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.