Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sant Antnin u Razzett tal-Ħbiberija — Park għall-Familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq "Park għall-Familja" fuq medda art bejn l-impjant ta' Sant Antnin u r-Razzett tal-Ħbiberija?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Leg 11 PQ #3324 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħal Luqa — Faċilità ġdida għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-faċilità ġdida għall-anzjani b'280 sodda ġewwa Ħal Luqa?

Response (DALLI, JOHN)

Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-iSptar ta' Ribilitazzjoni li mhux se jkun biss għall-anzjani. F'dan il-każ ftit tal-ġimgħat ilu ngħataw struzzjonijiet biex issir evalwazzjoni esperta tad-disinji preliminari li kienu saru tal-faċilita' ġdida ta' rijabilitazzjoni f'Ħal Luqa. Din l-evalwazzjoni għadha ma ġietx konkluża.

Ħal-Luqa u Għawdex — Żewġ ċentri ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-ftuħ ta' żewġ ċentri ta' skart goff f'Ħal-Luqa u f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li x-xogħol fuq iż-żewġ ċentri ta’ skart goff f’Hal Luqa u f’Għawdex tlesta u s-siti ser jinfetħu dalwaqt.

MITTS — IT Security Firm

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-isem tal-IT Security Firm Amerikana li ġiet mqabbda mill-MITTS dwar il-każ riċenti ta' abbuzi mis-sistemi ta' kontroll fl-organizzazzjoni fil-qasam tal-informatika?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-isem tal-IT Security Firm Amerikana li ġiet mqabbda mill-MITTS dwar il-każ riċenti fuq is-sistemi ta' kontroll fl-organiżżazzjoni fil-qasam tal-informatika huwa Securestate, LLC ta' Cleveland, Ohio, USA.
Leg 11 PQ #3315 Sitting 50 2008-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċentru għar-Riċerka u t-Taħriġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex ikun żviluppat Ċentru għar-Riċerka u t-Taħriġ bi sħubija ma' l-Università biex jingħata taħriġ lill-impjegati tas-settur pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iċ-Ċentru għat-Taħriġ u Riċerka fil-Politika Amministrattiva (Centre for Policy Research and Training) beda jopera fis-sajf wara li ġew irranġati uffiċini fl-iMsida minn fejn qed joperaw l-uffiċini amministrattivi taċ-Ċentru filwaqt li x-xogħol fuq is-sit tal-Furjana, fejn kien hemm il-Lottu Pubbliku, fil-fatt beda. F'dan is-sit se jkun hemm il-faċiltajiet għat-taħriġ u riċerka. Fil-frattemp l-i Staff Development Organisation , li se jifforma parti miċ-Ċentru, qed ikompli jdaħħal kunċetti ġodda fit-taħriġ ta' uffiċjali pubbliċi bħal mentoring filwaqt li qed jitfasslu korsijiet ġodda skond il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku. Mil-lat ta' riċerka u b'kollaborazzjoni stretta ma’ l-ogħla awtoritajiet tal-Università ta' Malta, tħejjiet proposta għal riċerka fuq temi ta' priorità nazzjonali. Ninsab infurmat li din il-proposta se titressaq għal kunsiderazzjoni tal-Gvern fil-ġranet li ġejjin.

Wied Rinella, il-Madliena, Wied Blandun u n-Nadur — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġetti ta' tħawwil ta' siġar fil-Wied tar-Rinella, il-Madliena, Wied Blandun u n-Nadur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġetti ta' tħawwil ta' siġar fil-Wied tar-Rinella, il-Madliena, Wied Blandun u n-Nadur? Tweġiba: Jien infurmat li fil-Wied tar-Rinella ser jitħawwlu numru ta’ siġar tul is-sena li ġejja (minn organizzazjoni mhux governattiva). Rigward il-Madliena bħalissa qed isiru l-preparamenti neċessarji sabiex ikun jista jibda l-proġett. Fis-sit ta’ Wied Blandun sar tindif estensiv u diġà tħawwlu l-ewwel 1,000 siġra. Dwar in-Nadur, jien infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali fuq it-taħwil ta’ siġar ġewwa l-barriera ta’ Isopu fin-Nadur.

Ħaġar Qim — Barriera mhux użata

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' rijabilitazzjoni tal-barriera mhux użata, ta' ħdejn Ħaġar Qim? Fiex wasal ix-xogħol ta' ħolqien ta' l-akbar sit ta' rikreazzjoni f'dawn l-inħawi minflok din il-barriera?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Leg 11 PQ #2153 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Infringements ambjentali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1861 u jagħti l-lista sħiħa u updated ta' l-infringements ambjentali kollha li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ewropej u għal kull każ jagħti dettalji ta' fejn waslu l-proċeduri li suppost kellhom jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1861.
Leg 11 PQ #2347 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inizjattivi Eco Friendly mwettqa mill-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-inizjattivi eco-friendly li twettqu mill-Gvern matul din is-sena amministrattiva? Kif qed taħdem is-sistema tal-Green Leader Initiative? Għadha teżisti green structurefi ħdan l-OPM? Jekk iva, meta tnidiet, peress li l-pjan oriġinali tfassal fis-sena 2005? X’inhuma l-eco friendly practices li tħaddmu fl-OPM u kemm minnhom għadhom jaħdmu kif suppost? Xi tweġiba kien hemm mill-OPM heads wara li nħarġet ċirkulari li fiha wara li ġie spjegat l-iskop ta’ din l-inizjattiva, dawn ġew mitlubin jidentifikaw focal person fid-dipartimenti rispettivi tagħhom filwaqt li kellha tgħinhom jimplimentaw l-ewwel proġetti tagħhom? Billi kienet ġiet identifikata żona f’Kastilja għas-seperazzjoni tal-iskart kif ukoll biex jiġi depożitat l-iskart riċiklat, jista' jgħid jekk din qattx ġiet introdotta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3280.
Leg 11 PQ #3302 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marine Coservation Areas

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjani għandu l-Gvern biex iżid l-għadd ta' marine conservation areas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA tinsab fil-proċess li tidentifika numru ta’ żoni ta’ konservazzjoni fil-baħar, skond ma huwa mitlub mid-Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea 92/43/KEE u mill-liġijiet Maltin. Malta bħalissa qed iżżomm maż-żmien kif stipulat mill-Kummissjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, il-bord tal-MEPA għadu kif approva għall-konsultazzjoni dokument intitolat “ National Marine Protected Areas Strategy ”. Il-konsultazzjoni l-ewwel ser tinżamm ma’ diversi istituzzjonijiet tal-Gvern li huma involuti u wara jitqiegħed għall-konsultazzjoni pubblika. Dan id-dokument għandu l-għan li jidentifika u jtejjeb il-proċess ta’ kif jiġu magħżula żoni ta’ konservazzjoni fil-baħar, u jinkludi ukoll aspetti ta’ kif dawn għandhom jiġu immaniġġjati.
Leg 11 PQ #3303 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marine Ecology — farming tat-tuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandu xi ħsieb li jagħmel studju dettaljat u indipendenti dwar l-impatt tat-tuna farming fuq il-marine ecology u fuq l-ispeċi tat-tuna? X'monitoraġġ qed isir fuq livell professjonali biex jiġi żgurat li dawn il-farms ma jwasslux għal degrading tal-marine environment ta' pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull applikazzjoni għal żvilupp li għandha x’taqsam mat-tkabbir tat-tonn hija suġġetta għal studju dwar l-impatt ambjentali (il-proċess ta’ l-EIAs). F’dan il-proċess l-applikant jiġi mgħarraf, permezz ta’ Terms of Reference, li għandu jagħmel studju dettaljat taż-żona, fejn kull aspett taż-żona fejn ser isir l-iżvilupp jiġu studjati. Dan jinkludi l-baħar innifsu, qiegħ il-bahar, l-ambjenti naturali u l-ispeċi li jinstabu fiż-żona, kif ukoll l-impatti li dan l-iżvilupp jista’ jkollu fuq l-ekoloġija tal-baħar taż-żona partikolari. Il-MEPA tifformola programmi ta’ monitoraġġ, fejn telenka l-kundizzjonijiet u l-frekwenza tal-monitoraġġ li għandu jsir mill-operaturi tal- fish farm . Fost il-kundizzjonijiet stipulati, l-MEPA titlob li l-istudji u l-monitoraġġ meħtieġa jsiru minn esperti kwalifikati fis-settur li huma approvati mill-MEPA, u li huma indipendenti mill-operaturi tal- fish farms . Dawn il-programmi huma ghaddejjin b’mod kontinwu fuq il-farms operazzjonali.
Leg 11 PQ #3304 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kwalità tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-monitoraġġ tal-water qualityhux qed isir fuq bażi regolari?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali jagħmel monitoraġġ kemm għall-kwalita’ ta’ l-ilma baħar u kemm għall-kwalita’ ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem . Il-Monitoraġġ għall-kwalita’ ta’ l-ilma baħar jiġi esegwit mid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali matul l-istaġun uffiċjali ta’ l-għawm jiġifieri bejn it-tielet ġimgħa ta’ Mejju sa’ t-tielet ġimgħa t’Ottubru u dan skond il-provedimenti ta’ l-Avviż Legali 125 ta’ l-2008 – (Regolamenti ta’ l-2008 dwar il-Maniġġar tal-Kwalita’ ta’ l-Ilma Tajjeb għall-Għawm). Kampjuni ta’ l-ilma baħar jinġabru kull ġimgħa tul it-23 gimgha ta’ l-istaġun minn 87 sit madwar Malta, Għawdex u Kemmuna u dan huwa ddoppju ta’ dak rikjest mill-istess Avviż Legali. Ninsab informat ukoll li r-responsabbilta’ u l-funzjoni ta’ d-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali rigward il-monitoraġġ għall-kwalita’ ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem hija waħda regolatorja w’għaldaqstant l-obbligu ta’ dan id-Dipartiment huwa li jara li l-kumpanijji li jipprovdu l-ilma (fil-kaz ta’ Malta hija waħda) qed iniedu dak il-monitoraġġ kif stipulat bl-Avviż Legali 23 ta’ l-2004 kif emendat bl-Avviż Legal 116 ta’ l-2004 – (Regolamenti ta’ l-2004 dwar il-Kwalita’ ta’ Ilma maħsub għall-Konsum mill-Bniedem). Il-monitoraġġ jinkludi kemm ‘check monitoring’ kif ukoll ‘audit monitoring’ . Iż-żewġ programmi għandhom frekwenzi differenti li jiddependu fuq il-volum ta’ l-ilma li jitqassam f’kull żona ta’ provvista ta’ ilma kif identifikata skond il-provvedimenti ta’ l-istess Avviż Legali. Dawn l-obbligi kollha qed jiġu osservati mill-kumpanija li qiegħda tipprovdi dan is-servizz.
Leg 11 PQ #3305 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Administrative law enforcement unit — riżorsi umani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jsaħħaħ ir-riżorsi umani tal-ale-administrative law enforcement unit?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tqassim tar-riżorsi umani fl-ALE isir skont l-esiġenzi tal-Korp tal-Pulizija.

Politika nazzjonali — Edukazzjoni ambjentali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jkollu politika nazzjonali dwar edukazzjoni ambjentali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa għaddejja l-Curriculum Review li tinvolvi l-aspetti kollha tal-edukazzjoni formali mis-snin bikrija sas-sekondarja. F’dan il-qafas li qed jinbena hemm l-edukazzjoni ambjentali. Meta jitlesta dan id-dokument imbagħad ikun iz-zmien opportun biex noħolqu strateġija nazzjonali dwar l-edukazzjoni ambjentali.

Taxxi għal min jniġġeż l-aktar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jaħseb dwar sistema fejn il-piz tat-taxxi jibda jiġi indirizzat lejn il-prinċipju ta' "the polluter pays" ħalli min jniġġeż verament jispiċċa jħallas l-aktar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi il-Gvern jaqbel mal-kunċett li qed jirreferi għalih l-Onor. Membru u, fil-fatt, l-eko kontribuzzjoni hi pass fil-prattika f’dik id-direzzjoni. Wiehed jista’ jsemmi wkoll il-multi li jeħlu dawk li jħammġu l-ambjent meta jħallu skart mhux separat ħdejn bring-in sites.
Leg 11 PQ #2274 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environmental Infringements

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista sħiħa u komprensiva ta' l-environmental infringements kollha li ġejna sottomessi għalihom jew notifikati dwarhom s'issa kemm ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3190.
Leg 11 PQ #2319 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Riċerka CERN

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29625 u 29700 li saru fl-aħħar leġislatura u ċioe': B’referenza għall-ftehim li ġie milħuq dan l-aħħar ma' l-organizazzjoni ta’ riċerka CERN fl-Isvizzera, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk dan kienx ftehim formali jew biss memorandum of understanding li għad irid iwassal għal sensiela ta’negozjati intensivi qabel ma l-kollaborazjoni tiġi fis-seħħ u ċ-ċittadini Maltin ikunu jistgħu jibbenefikaw minnu? Meta huwa mistenni li jintlaħaq il-ftehim bejn iż-żewġ naħat ħalli jkun jista' jibda jiġi attwat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-European Organization for Nuclear Research (CERN) u l-Gvern Malti dwar l-iżvilupp xjentifiku u l-koperazzjoni teknika fi proġetti ta’ riċerka mis-CERN, huwa ftehim formali. Dan jintitola l-Malta li tkun Associate Member fl-organizzazzjoni CERN li permezz tiegħu xjentisti Maltin ikunu jistgħu jipparteċipaw fi proġetti tas-CERN. Matul il-perjodu ta’ dan il-Ftehim kemm Malta kif ukoll l-Organizzazzjoni CERN se jikkunsidraw x’potenzjal jeżisti b’din il-koperazzjoni fil-proġetti. Irid jingħad li bis-saħħa ta’ dan il-Ftehim, fis-Sajf li għadda, erba’ xjentisti Maltin ipparteċipaw fi proġetti tas- CERN .

Solid waste management

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2316 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ studji li ġew ikkummissjonati fil-leġislatura li għaddiet dwar l-update ta' Strategic Solid Waste Management, kif ukoll ta' studju ieħor li kien iħares lejn Options For Treatment of Solid Waste b'enfasi fuq it-treatment teknoloġiku ta' din il-problema, b'mod partikolari fuq it-thermal treatment involut?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru jirreferi għar-risposta għall-Mistoqsija 2316.