Legislature:
Category:
Reset
Active:

Hazardous Waste — Landfills

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' hazardous waste li kellna sena b'sena mis-sena 2004 sal-lum? Fejn qed jiġi storjat? Dan qed isir f'xi landfills? Għandna hazardous waste landfills kif jitolbu d-direttivi tal-EU?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-iskart perikoluż li jiġi ġġenerat f’Malta bħalissa qed ikun immaniġġat f’diversi modi. Parti minnu jiġi esportat, parti jiġi trattat f’faċilitajiet lokali kemm privati kif ukoll pubbliċi eż. l-inċineratur tal-Marsa. Il-bqija qed jiġi maħżun minn min jiġġeneraħ sakemm il-faċilità għat-trattament ta’ skart perikoluż u landfill għal skart perikoluż jibdew joperaw. Parti mill-landfill għal skart perikoluż li ġiet iddisinjata u mibnija skond id-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea hija lesta. Bħalissa l-MEPA qegħda tevalwa l-applikazzjoni għall-operat ta’ din il-faċilità. Nitlob l-Onor Membru biex il-mistoqsija dwar l-ammont ta’ skart perikoluż iġġenerat sena b’sena mill-2004 sa llum, jagħmilha lill-Ministru kkonċernat.

Ilma — Pjan Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3118 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern għandux pjan nazzjonali dwar l-ilma u jekk iva, jista' jiġi ppubblikat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li d-dokument Water Policy Nazzjonali qed jiġi eżaminat mill-gvern. Dan issa jrid jiġi aġġornat wara l-proċess tan-Notifikazzjoni tal-boreholes li ser iwassal sabiex il-Gvern ikollu stampa ċara u titfassal strateġija ta’ din ir-riżorsa. Wara, jingħata għall-konsultazjoni lill-istakeholders u jiġi ppublikat.

Exercise tax fuq fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar il-Gvern minn excise tax fuq fuel sena b’sena mis-sena 2002 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: € Lm 2002 Jannar Diċembru 58,531,963.66 25,127,772 2003 Jannar Diċembru 55,866,634.06 23,983,546 2004 Jannar Diċembru 56,300,987.65 24,170,014 2005 Jannar Diċembru 62,292,923.36 26,742,352 2006 Jannar Diċembru 66,154,262.75 28,400,025 2007 Jannar Diċembru 96,455,597.48 41,408,388 2008 Jannar Settembru 62,474,965.00 26,820,503
Leg 11 PQ #3505 Sitting 54 2008-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika Nazzjonali għall-enerġija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3126, 2152 u1858 u jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għall-proposta ta' Politika Nazzjonali għall-Enerġija li tmur lura għal Settembru 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Politika Nazzjonali għall-Enerġija kien attwali fiċ-ċirkostanzi ta’ l-2005/6. Il-bidliet fis-settur ta’ l-enerġija minn dak iż-żmien – tħassib dwar is-sigurta tal-provista taż-żejt, spinta fl-iżvilupp ta’ l-enerġija rinnovabbli, il-proposti mill-Kummissjoni Ewropeja għall-”Energy Package” ġdid u oħrajn – għamluha essenzjali li d-dokument ta’ din il-politika jerġa’ jinkiteb formalment mill-ġdid.

Birkirkara, Ħal-Balzan, Ħal-Lija u l-Imsida — L-ewwel fażi tal-proġett kontra l-għargħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar din is-sena mill-ewwel fażi tal-proġett kontra l-għargħar fin-naħat ta' Birkirkara, Ħal-Balzan, Ħal-Lija u l-Imsida?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Leg 11 PQ #3333 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema ta' l-Ispizjar ta' l-Għażla Tiegħek — Introdotta f'Malta u f'Għawdex kollha

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jinsabx f'pożizzjoni li jagħti assigurazzjoni li l-iskema ta' l-Ispizjar ta' l-Għażla Tiegħek sa tmiem din is-sena tkun iddaħħlet madwar Malta u Għawdex kollha?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l–Onor. Interpellanti jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija parlamentari numru 2532.

Ta' Qali — Faċilitajiet moderni għall-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq ċentru f'Ta' Qali li kellu jiġbor fih għadd ta' faċilitajiet moderni għall-annimali, bħal after-care clinic u boarding kennel ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-After Care Centre la hu klinika u l-anqas boarding kennel iżda hu faċilità fejn animali jinżammu sakemm ifiequ wara trattamenti jew operazjonijiet mill-veterinarji. Dan iċ-ċentru beda jinbena.

Liċenzja tas-sewqan — Kwalifiki ta' l-eżaminaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-eżaminaturi li jagħmlu l-eżamijiet lil dawk li jersqu għal-liċenzja tas-sewqan għandhomx ċertifikati biex jagħmlu dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, minn fejn jew mingħand min ġabu dawn iċ-ċertifikati? Xi grupp ta' liċenzja għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-disa' eżaminaturi li jagħmlu l-eżamijiet lil dawk li jersqu għal liċenzja tas-sewqan għandhom iċ-ċertifikati meħtieġa maħruġa mill-Awtorita’ dwar it-Trasport. Dawn għandhom dawn il-liċenzji:- Kategorija A (A, A+, A1) 5 Eżaminaturi Kategorija B (B, B1, B Awto) 9 Eżaminaturi Kategorija C 5 Eżaminaturi Kategorija C+E 2 Eżaminaturi Kategorija D (D, D1) 3 Eżaminaturi Kategorija F 3 Eżaminaturi

Prezz tal-Fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2750, 1993 u 1510 u jgħid jekk sarux xi studji dwar l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-fuel u partikolarment tal-fatt li d-diesel issa sar jiswa iktar mill-petrol bla ċomb? F'każ li saru studji bħal dawn, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1993.
Leg 11 PQ #3326 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Breast Screening — Programm Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex ikun introdott programm nazzjonali ta' Breast Screening?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Gvern lesta pjan ta’ azzjoni biex jiġi mniedi programm ta’ breast screening għan-nisa Maltin u Għawdxin skond kriterji dwar Quality Assurance kif stabbiliti mill-Unjoni Ewropeja. Hu maħsub li fl-ewwel 3 snin jiġu mistiedna nisa ta’ bejn il-50 u d-59 sena, iżda mhux eskluż li aktar ‘l quddiem il-programm jiġi estiż biex jinkludi medda ta’ età aktar wiesgħa. Sadanittant qed jiġi finaliżżat ukoll Pjan Nazzjonali fuq il-Kanċer. Dan il-pjan qed jieħu in kunsiderazzjoni l-problema tal-kanċer b'mod ħolistiku u jittratta proċess wiesgħa mill-prevenzjoni, għad-dijanjozi, kif ukoll l-aspetti tal-kura kollha involuta, inkluż il-kura palljattiva.
Leg 11 PQ #3330 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Pazjent jistenna operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jiġu stabbiliti targets definiti ta' kemm pazjent jista' jdum jistenna għall-operazzjoni li jkollu bżonn fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li flimkien mad-diretturi klinici, qed isir eżercizzju biex jiġu evalwati s-servizzi dijanjostici (Radjoloġija u Patoloġija) li jinħtieġu pazjenti qabel ma ssirilhom operazzjoni bil-għan li jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija. Wara jridu jsiru diskussjonijiet biex jiġu stabbiliti kriterji u protokolli dwar proceduri f’kull Dipartiment individwali ġewwa l-iSptar Mater Dei bil-għan li eventwalment jiġi stabbilit iż-żmien massimu ta’ stennija. L-Onorevoli Interpellant japprezza li dan irid jintrabat ukoll mar-riżorsi umani u finanzjarji addizzjonali meħtieġa. F’każijiet ta’ emergenza dawn it-targets mhumiex applikabbli għaliex f’kazijiet simili il-pazjent jingħata attenzjoni / kura immedjata.
Leg 11 PQ #3331 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vinċenz de Paule — Child care centre għall-istaff

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jitwaqqaf child care centre għall-istaff li jaħdmu San Vinċenz de Paule?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #2275 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Special Waste Collectors

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir biex jiġi żgurat li operaturi u retailers ma jkomplux bid-drawwa li minflok ma jagħmlu użu minn special waste collectorsjirrikorru għas-servizzi ta' domestic waste collectors?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2330.
Leg 11 PQ #3322 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ta' Kandja — Akkademja ġdida tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-akkademja l-ġdida tal-Pulizija f'Ta' Kandja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent qed jiġu mħejjija l-pjanti u xogħol ieħor meħtieġ sabiex ikun jista' jintalab il-permess u jibda l-bini ta' dan il-proġett.