San Viċenz De Paule — Child Care Centre għall-istaff
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3331 u jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jitwaqqaf child care centre għall-istaff li jaħdmu San Vinċenz de Paule?
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3328 li oriġinarjmanet saret lill-Ministru għall-Infrastrutura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-promenade li kellu jsir mill-Qajjenza sa Birżebbuġa?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3329 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-tisbiħ fil-promenade ta' l-Għadira?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Could the Minister state how many protected trees were given the green light to be abated by the Department of Agriculture since 2002? In case where trees were allowed to be abated against the condition of compensatory planting, could he state whether the department monitors whether these were planted and how many of them have survived so far?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-2005 ’l hawn, id-Direttorat ta' l-Ambjent ħareġ 23 permess lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura biex jitneħħew siġar.
Jista' l-Ministru jindika l-prezz taż-żejt (Brent f'$ għal kull barmil) li fuqu bbaża l-kalkoli tiegħu li l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra €305.4 miljun li fuqha hi bbażata Proposta 6 għar-reviżjoni tat-tariffi tad-dawl? Jista' jindika wkoll il-prezz taż-żejt (Brent f'$ għal kull barmil) li fuqu kienet ibbażata Proposta 5, hekk kif ippreżentata mill-KPMG, sabiex l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra nefqa ta' €365.4, kif ġie indikat fil-preżentazzjoni li ta l-Ministru lill-MCESD fit-23 t'Ottubru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposti li tajt għall-mistoqsijiet numru 3560 u 3561.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Waste Serv se jkollha tixtri second class water għall-waste treatment plant ta’ Sant Antnin meta dawn suppost qed jieħdu ilma second class mill-water purification plant?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija Nru 3580.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta l-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' tikkonkludu x-xiri tal-fond li tgħix fih li baqa' fuq il-konvenju minħabba li minkejja li għadda ż-żmien it-titlu tal-art baqa' m'għaddiex għal għand il-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li ebda Dipartiment jew entita’ taħt il-Ministeru tiegħi ma jkollha informazzjoni dwar meta t-titolu tal-art, li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, ser jgħaddi għal għand il-Gvern u wara għand l-Awtorita’ tad-Djar biex ikun jista’ jiġi ffirmat il-kuntratt tal-bejgħ.
B’referenza għad-diversi RES (Renewable energy sources) installations li semma l-Prim Ministru fil-programm Xarabank – minn PVs sa possibilment il-micro wind turbine li hemm fis-civic amenity tal-Mrieħel, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta dawn l-istallazzjonijiet ipotetikament jkunu qed jaħdmu fuq bażi ta’ peak power x’persentaġġ jikkontribwixxu mit-total tal-energija ikkunsmata f’pajjizna bħalissa?
B'referenza għall-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament (a), li kiseb id-degree fin-nursing fis-sajf tas-sena 2003, baqa' jaħdem mad-Dipartiment tas-Saħħa, minn dak iż-żmien sa Jannar 2006 ħadem fid-dipartiment tal-emerġenza, talab għall-emigration leave u kiseb awtorizzazzjoni għal sitt xhur. Lejn tmien is-sitt xhur applika għal estensjoni ta' unpaidstudy leave billi kien għadu qed jagħmel xi studji. It-talba tiegħu kienet ġiet rifjutata, b'hekk f'Lulju 2007 ikkunsidrawh li rreżenja. F'Jannar 2008 il-MUMN kienu għarrfu lill-membri tagħhom li kien intlaħaq ftehim mal-OPM li nurses li rriżenjaw kienu ser jiġu appuntati lura b'salary scale li kellhom qabel irreżenjaw. F'dan il-każ scale9. Fid-dawl ta' dan l-iżvilupp il-persuna indikata ġiet lura Malta. L-persuna li dettalji dwarha qed jinagħtaw separatament(b), kien ikkonfermalu li seta' jkompli jaħdem mill-ġdid bi salary scale li kellu qabel ir-reżenja. Meta beda xogħlu fit-3/3/08, sab li ngħata xogħol ta' casual nurse bi scale 12. It-tweġiba li ngħata mingħand il-persuna li dettalji dwaraha qed jintbagħtu separatament (ċ) kienet li n-nurses impjegati mal-Gvern mill-ġdid, jitpoġġew fuq casual basis - scale 12 - sakemm jiġu proċessati l-karti u l-paperwork kollu. Għalkemm huwa ffirma bl-understanding li wara ftit jiem kien ser jitpoġġa mill-ġdid fuq scale 9 u ankè jieħu d-differenza fil-paga back dated kif wegħditu il-human resources manager, sal-lum għadu ma sema' xejn ġdid. Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx bażi biex jinħareġ permesss għal spiżerija fl-inħawi tal-Qajjenza? Jista' jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Hruġ tal-liċenzji għall-spiżeriji jsir skond l-Avviż Legali numru 279/2007 ‘Regolamenti ta’ l-2007 dwar il-Liċenzi għall-Ispiżeriji’ kif amendata mill-Avviż Legali 81/2008. Skond regolament numru 4(2) ta’ dan l-avviż legali, f’kull belt jew raħal l-għadd ta’ spiżeriji m’għandux jeċċedi l-proporzjon ta’ spiżerija għal kull elfejn u ħames mitt abitant. Skond l-istess avviż legali “ ‘belt’ tfisser lokalita, inlużi l-irħula żgħar kollha u żoni ċirkostanzi, li jkollhom kunsill lokali jew kumitat hekk appuntant taħt l-Att dwar Kunsilli Lokali, u ‘raħal’ għandha tiftiehem bl-istess mod.” Għal din il-fini iż-żona tal–Qajjenza tagħmel parti mill- lokalita u għalhekk mal-kunsill lokali ta’ Birżebbugia.
Informat ukoll li skond rapport ta’ l-Uffiċju ta’ l-Istatistika Nazzjonali pubblikat fit-23 ta’Settembru 2008 u magħmul fil-31 ta’Dicembru 2007 fuq ċensiment li sar f’Novembru 2005, l-popolazzjoni totali tal-lokalita ta’ Birżebbugia kienet ta’ 8,742. Skond informazzjoni mogħtija mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbugia, l-popolazzjoni totali sal- 31 ta’ Marzu 2008 kienet ta’ 9,352 . Fil-lokalita ta’ Birżebbuġia bħal issa hemm tlett spiżeriji li huma liċenzjati.
Għalhekk skond l-Avviż Legali 279/2007, biex tkun tista’ tinħareg liċenzja għal spiżerija oħra fil-lokalita ta’ Birżebbuġia, l-popolazzjoni trid tlaħħaq l- 10,000 ruħ. Bħal issa hemm sebgħa applikazzjonijiet validi pendenti għal ħrug ta’ liċenzji ġodda għal spiżeriji fil-lokalita ta’ Birżebbuġia.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3124, 2187 u 1871 u cioè: Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?
Awtoritá għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — Direct Actions
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3123, 2188 u 1873 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28493 tal-leġislatura l-oħra li kienet ġiet mwieġba mill-Ministru ta' dakinhar responsabbli mill-Awtoritá għall-Ippjanar u l-Iżvilupp, x'qed iżomm lill-Awtoritá milli tieħu l-passi meħtieġa dwar il-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn allegatament qed jiġu akkomodati persuni barranin f'basement li dwaru suppost ittieħdet direct action, li jinsab taħt żewġ basements oħrajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA ħadet azzjoni diretta fit-22 ta' Ottubru 2008 billi issiġillat il-Bieb tal-basement imsemmi u għaldaqstant il-post ma jistax jiġi użat għal iskopijiet li kien qed jintuża.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3122 u jgħid kemm il-Gvern Malti ikkommisjona studji dwar l-enerġija alternattiva wara r-rapport Mott McDonald ? Liema kienu? Fiex waslu u hemm xi ħsieb li jiġu ppubblikati?
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 3121 li oriġinarjamnet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma b'mod kategoriku jekk in-numru ta' plastic bags fil-waste stream ta' pajjiżna kibirx jew naqasx mis-sena 2005 'l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba mhux possibli li tingħata. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jiġbor informazzjoni li tkopri plastic waste totali u mhux ta’ plastic bags biss.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari fejn il-Ministru għarraf lill-Kamra li hemm madwar 17,000 tunnellata skart li jinġieb Malta kull sena minn Għawdex permezz tal-Gozo Channel jista' jgħid:
i) kemm hemm b'kollox cattle, poultry u pig manure f'Għawdex li jkollu bżonn treatment fis-sena?
ii) bejn wieħed u ieħor kemm hemm compost li jirriżulta mit-treatment tas-solid waste u manure li jkun irid jiġi trasportat lura lejn Għawdex għal distribuzzjoni fl-art agrikola fil-gżira Għawdxija?
Jista' l-Ministru jara li jinstab xi mezz biex fl-inħawi tar-roundabout tal-Kappara kemm ir-residenti tal-inħawi u persuni oħrajn ikunu jistgħu jaqsmu t-triq ċentrali mingħajr xkiel jew periklu? Apparti mir-residenti, din qed tolqot lil għadd ta’ studenti li jkunu jridu jaqsmu lejn l-iskola tal-lingwa li tinsab fil-bidu tal-Gzira.
Mill-aspett tat-traffic management ġie verifikat l-għadd ta’ inċidenti li regolarment isiru fl-istess post? Wieħed irid iżomm f’moħħu wkoll li ħafna drabi wħud minn dawn l-inċidenti lanqas jiġu rapportati lill-awtoritajiet għax is-sewwieqa kkonċernati jibqgħu sejrin.
Nifhem li lill-ADT ilha tinġibdilhom l-attenzjoni dwar dan il-periklu reali sa mis-sena 2004.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2651 u jgħid kemm huwa stmat li hu l-livell ta' serq ta' elettriku bħala persentaġġ mit-total mill-grid nazzjonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li hu impossibbli li wieħed jagħmel stima li għandha xi livell aċċettabli ta' sigurezza.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3119 u 2267 u jikkonferma rapporti li ħafna mit-tniġġiż mill-heavy vehicles huwa dovut għall-fatt li dawn qed jagħmlu użu estensiv tal-light heating oil?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-abbuż minn użu estensiv tal-light heating oil se jkompli jiġi ndirizzat bi proċeduri ġodda. Diġà r-regolamenti taħt l-Att tal-Ambjent u r-Regolamenti ta’ l-Att ta’ Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (LN 44of 2008) jipprojbixxu l-użu ta’ karburant b’kubrit għola minn 0.1% żejt tal-gass, kif jista ikun l-każ tal-light heating oil.