Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4798 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment Impact Assessments u studji oħra — Turiżmu u MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru studji (Environment Impact Assessments u studji oħra) li ġew kummissjonati lill-ADI u jekk dawn ingħatawx b’tender? Jekk iva, liema minnhom u kemm kien il-valur tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Environment Impact Assessments u studji oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru studji (Environment Impact Assessments u studji oħra) li ġew kummissjonati lill-ADI u jekk dawn ingħatawx b’tender? Jekk iva, liema minnhom u kemm kien il-valur tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor Interpellant jifhem li ma nistax inwieġeb il-mistoqsija bil-mod kif saret u għalhekk nitlob lill-Onor Interpellant ikun iżjed speċifiku.
Leg 11 PQ #4892 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Msida — slum clearance

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlesta għal kollox il-programm tas-slum clearance ġewwa l-Msida?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għad hemm xi kwistjonijiet dwar esproprijazzjoni ta' proprjeta li għad iridu jiġu solvuti u li minħabba fihom bħalissa il-proġett jinsab wieqaf. Kif ikunu solvuti dawn il-problemi, inkunu f'pożizzjoni li nħabbru d-dati riveduti tat-tkomplija u tlestija tal-proġett.
Leg 11 PQ #4895 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija ta' l-Ippjanar u l-Ambjent — Environment impact assessment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru Environment Impact Assessments b'kollox kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kemm minnhom kienu jikkonċernaw proġetti b'interess governattiv? Kemm minnhom ġew ippubblikati? Kemm minnhom wasslu biex il-proġetti konċernati kemm tal-gvern u tal-privat twaqqfu? Kemm saru Strategic Environmental Assessmentsminn kemm ilha li twaqqfet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Climate and Energy Package

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-talbiet oriġinali ta' Malta qabel l-aħħar kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fi Brussels dwar il-Climate and Energy Package u kemm minnhom ġew milqugħa? Liema kienu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Advanced street light optimization systems

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern biex jintroduċi advanced street light optimization systems li jinkludu adaptive lighting control, improved lamp performance, kif ukoll sistema wiesa' ta’ centralized street light asset management? Dan billi sistemi simili jnaqqsu sostanzjalment il-konsum tal-enerġija, il-maintenance costs u anke l-impatt ambjentali? Kif jaf żgur il-Ministru jeżistu wkoll sistemi stand alone ta’ lamp control li jsaħħu l-performance u l-effiċjenza fi street lighting simili permezz ta’ retrofitting ta' lamp controllers għal street lighting fixtures eżistenti.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Siġar li ġew imħawla

Question

B'referenza għan-numru ta’ siġar li l-Ministru qed jgħid li ġew imħawla mill-Ministeru tiegħu, jista' jgħid x’persentaġġ minnhom ġew importati minn barra minn Malta u x’persentaġġ tnisslu minn siġar lokali? Jista' jgħid ukoll xi spiża saret biex ġew impurtati dawn is-siġar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Triq two way

Question

Billi ftit ilu ġejt mgħarraf li t-triq li tagħti minn Mekkek Bar sa Victoria Gardens/Lukanda Halland reġgħet infetħet two way jista' l-Ministru jinvestiga dawn in-nuqqasijiet marbutin ma' din it-triq u jgħid x’rimedji qed joffri billi : - it-triq hija biss parzjalment surfaced - parti minnha hija ‘ obstructed ’ - parti minnha hija biss tajba għal one lane filwaqt li partijiet oħrajn għal two lane - fiha hemm xejn anqas minn tliet blind corners - u m'hemm l-ebda footpaths B’żieda ma' dan hemm il-bottlenecks kontinwi li qed jinqalgħu regolarment mit-traffiku li jkun ġej miż-żewġ naħat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4739 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi għal Outsie Development Zone

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4636 u jgħid kemm inħarġu permessi ta' żvillupp Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2008 sat-30 ta' Novembru, 2008? Kemm inħarġu permessi ta' żvillup Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent f'dawn l-aħħar sentejn li kienu jinvolvu bini ta' strutturi fejn jinżammu/jitrabbew iż-żwiemel (horse stables)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — Bad debts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4532, 4088, 3370 u 2653 u jispeċifika l-ammont totali ta' bad debts li għandha l-Korporazzjoni Enemalta li ftit li xejn għandha ċans li qatt tirkupra?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għall-liema perjodu qed jirreferi u x'jifhem bil-frażi "ftit li xejn għandha ċans li tirkupra" peress li dan hu insitu fil-frażi " bad debt ".
Leg 11 PQ #4741 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi dwar l-ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4531, 4278, 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Fond bħalissa m’huwiex attiv. Fil-mument, l-Awtorità qed twettaq il-ħidma tagħha permezz ta’ Fondi oħra u permezz ta’ sorsi oħra ta’ introjtu, inkluż is-subvention mill-Gvern.
Leg 11 PQ #4636 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi għal Outside Development Zone

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta' żvillupp Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2008 sat-30 ta' Novembru, 2008? Kemm inħarġu permessi ta' żvillup Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent f'dawn l-aħħar sentejn li kienu jinvolvu bini ta' strutturi fejn jinżammu/jitrabbew iż-żwiemel (horse stables)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4045 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsaxlokk — Xatt is-Sajjieda - Xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fuq il-proġett ta’ Marsaxlokk għandu jibda f’Jannar 2009.
Leg 11 PQ #4528 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċina — interfereon

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4277 u 3663 u jindika meta ġejja l-mediċina Interfereon għaliex ninsab infurmat li allegatament pazjenti li jbatu bil-multiple sclerosis ilhom 15-il jum mingħajrha b’periklu kbir għal saħħithom tant li jistgħu saħansitra jispiċċaw paralizzati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-mediċina Interferon issa qegħda in stock u qed titqassam. Informat ukoll li d-Dipartiment spiċċa bla stokk wara li l-Kuntrattur abbanduna l-kuntratt u għalhekk kellha tinħareġ sejħa urġenti għax-xiri ta' din il-mediċina minn sorsi oħra.

Roundabout tal-Kappara — Periklu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4137 u 3550 u jara li jinstab xi mezz biex fl-inħawi tar-roundabout tal-Kappara kemm ir-residenti tal-inħawi u persuni oħrajn ikunu jistgħu jaqsmu t-triq ċentrali mingħajr xkiel jew periklu? Apparti mir-residenti, din qed tolqot lil għadd ta’ studenti li jkunu jridu jaqsmu lejn l-iskola tal-lingwa li tinsab fil-bidu tal-Gzira. Mill-aspett tat-traffic management ġie verifikat l-għadd ta’ inċidenti li regolarment isiru fl-istess post? Wieħed irid iżomm f’moħħu wkoll li ħafna drabi wħud minn dawn l-inċidenti lanqas jiġu rapportati lill-awtoritajiet għax is-sewwieqa kkonċernati jibqgħu sejrin. Nifhem li lill-Awtorità dwar it-Trasport ilha tinġibdilhom l-attenzjoni dwar dan il-periklu reali sa mis-sena 2004.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ADT qed tistenna l-permessi tal-MEPA biex tibni "elevated walkway" (passaġġ elevat) f'dan is-sit. Ma tinżammx statistika tal-inċidenti tat-traffiku li seħħew f'din il-"junction".

Rapport Mott Mcdonald — Enerġija alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4136, 3509 u 3122 u jgħid kemm il-Gvern Malti ikkommisjona studji dwar l-enerġija alternattiva wara r-rapport Mott McDonald ? Liema kienu? Fiex waslu u hemm xi ħsieb li jiġu ppubblikati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li wara r-rapport Mott McDonald il-Gvern Malti ikkummissjona dawn l-istudji: 1. Studju imwettaq minn l-Awtorità Dwar ir-Riżorsi fis-sena 2005. Dan huwa ir-rapport intitolat Offshore Wind Resource Potential in Malta. 2. Studju tal-Lahmeyer International ikkummissjonat mill-Awtorità Dwar ir-Riżorsi fejn l-enerġija alternattiva kienet ukoll ikkunsidrata fl-ambitu ta’ dan l-istudju. Ir-Rapport intitolat Energy Interconnection Malta-Europe. 3. L-istudju minn kumitat ta’ esperti fuq l-enerġija mir-riħ. Ir-Rapport huwa intitolat An Offshore Wind Farm at Is-Sikka l-Bajda – An Evaluation of Concerns from Government Stakeholders ’. Dan ir-rapport jissupera (jirrimpjazza) l-ewwel rapport imsemmi. Ir-rapporti jiffurmaw parti minn proċessi oħra li jridu jwasslu għal deċiżjonijiet strateġiċi. Ma nsibx diffikultà li dawn ikunu ppublikati fil-mument adatt.
Leg 11 PQ #4531 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi dwar l-ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4278, 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — bad debts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4088, 3370 u 2653 u jispeċifika l-ammont totali ta' bad debts li għandha l-Korporazzjoni Enemalta li ftit li xejn għandha ċans li qatt tirkupra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4278 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi dwar l-ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4240 Sitting 62 2008-11-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għadira — tisbiħ fil-promenade

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4044 u 3329 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-tisbiħ fil-promenade ta' l-Għadira?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett ta’ tisbiħ fil-promenade ta’ l-Għadira għadu qed jiġi kkunsidrat.