Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1871 u cioe': Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3124.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3124, 2187 u 1871 u cioè: Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3124.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4278, 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni — Proċeduri kriminali kontra uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inbdew proċeduri kriminali kontra uffiċjali pubbliċi b’riżultat ta’ każi li nqatgħu mill- Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni minn kemm ilha li twaqqfet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Peress li d-doveri tal-Kummissjoni jintemmu hekk kif hi tibgħat ir-rapport tagħha lill-Ministru tal-Ġustizzja skond kif jipprovdi L-Art. 11(a) tal-Kap 326, ma għandhiex l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru.
Jista' l-Ministru jara li l-gvern jikkummissjona esperti biex iħejji mappa definittiva tal-Gżejjer Maltin u Għawdxin li tiddefinixxi art pubblika u art privata?
Investigazzjoni għal farmhouses konvertiti bla permess
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent qattx għamlet investigazzjonijiet biex tistabilixxi kemm kien hemm art li ġiet allokata għal stalel (stables) għall-annimali u ġiet ikkonvertita mingħajr permess f’farmhouses? Jekk le, jista' jsir dan, billi ta' spiss nirċievi ilmenti li dan l-abbuż huwa wieħed li qiegħed dejjem jinfirex?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Pulizija għażlet li tibqa' siekta dwar l-akkużi speċifiċi li kien hemm fil-media lokali f’temp ta’ 48 siegħa, anqas minn ġimgħa ilu, dwar pub li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li qed iwassal għal:
-
noise pollution
qawwi b’inkonvenjent għar-residenti matul il-lejl u s-sigħat bikrin ta’ filgħodu
-
parking
bl-addoċċ fuq
yellow lines
minkejja li l-
pub
jinsab biss ftit metri 'l bogħod mill-għassa tal-pulizija u dan f’tali mod li jimblokka l-entratura għal 30
garage
privat seperati minn xulxin
- il-fatt li ħafna nies qrib il-
pub
qed jagħmlu ħerba sħiħa fl-akwati permezz ta' tifrik ta’ fliexkien tax-xorb, urina mal-art eċċ
Billi f’wieħed mill-artikli intqal li s-Sindku ta’ San Giljan għamel rapport dwar dan kollu lill-Pulizija, jista' jippubblika l- kontenut tar-rapport u jgħid x’passi ttieħdu mill-Pulizija dwaru?
Kif jispjega l-fatt li minkejja li fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 28982 fil-legislatura l-oħra, l-Ministru preċedenti għall-Intern kien qal li kull meta l-Pulizija kellha ilmenti minn xi sid ta’ garaxx li l-entratura għall-garaxx tiegħu kienet qed tkun ostakolata minn xi vetturi oħra (b’referenza għan-nies li jkunu f’dan il-pub) il-Pulizija dejjem ħadet azzjoni billi ssejjaħ it-tow truck, jista' jgħid matul is-sena li għaddiet kemm-il darba ssejjaħ it-tow truck f’dan ir-rigward billi saru diversi ilmenti minn għadd ta’ residenti? L-aħħar ilment li sar telefonikament sbieħ il-Ħadd 4 ta' Jannar 2008, lill-Għassa ta’ San Giljan wassal għat-tweġiba li ma setgħax isir towing qabel ma jkun hemm pulizija fl-Għassa, għaliex l-uffiċjal mara li wieġbet it-telefon qalet li l-pulizija kienu kollha barra u ma kien hemm ħadd biex jieħu ħsieb it-towing?
Jaf il-Ministru li s-sitwazzjoni marret ferm għall-agħar minn mindu l-bar ra bidla fil-liċenzja għal fuq il-persuni li preżentement qed jiġġestixxu l-bar mid-9 ta' Marzu 2007 'il quddiem, għaliex fis-snin ta’ qabel li kienu ilu jopera l-istess pub qatt ma inqalgħu inċidenti jew inkonvenjenti simili?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fejn kien il-każ, il-Pulizija ħadet passi kontra min instab li qed jikser il-liġi fit-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Fil-fatt, matul is-sena l-oħra l-pulizija ħarġet mhux anqas minn 215 ċitazzjoni fuq kontravvenzjonijiet tat-traffiku. Infurmat ukoll illi kien hemm tlett okkażjonijiet fejn inbdew proċeduri kriminali dwar daqq ta’ mużika b’volum għoli.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-privatizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Enemalta Petroleum Division u tal-attivitajiet kummerjċali tal-MOBC? Jista' jgħid ukoll meta bdew in-negozjati mal-first preferred bidder, fiex waslu u jekk sarux investigazzjonijiet dwar is-sidien barranin tal-bidders barranin kollha nvoluti f’dan it- tender massiċċ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-power plant il-ġdida f’Delimara? Din ser tkun stand alone power plant ġdida għal kollox, jew estensjoni ġdida b’impjant ġdid mal-power plant eżistenti? Huma x’inhuma l-għażliet strateġiċi li ħa l-Gvern – mingħajr ma wieħed jidħol fil-merti tal-kumpanniji potenzjalment interessati fil-proċess – jista' jippubblika l-istudji purament tekniċi li wasslu lill-Gvern jagħżel jekk għandhiex tkun stand alone power plant jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-tender tal-"power plant" il-ġdida f’Delimara qiegħed fi stat avvanzat imma għadu ma ġiex finalizzat. Dan l-impjant ħa jkun estensjoni ma’ Delimara Power Station u mhux impjant għalih waħdu. L-istrateġiji tal-Gvern qegħdin indikati fil-"Generation Plan" ippublikat mill-Enemalta fl-2006 u li jien qgħedt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2187 u1871 u cioè: Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Bord tad-Diretturi ta’ Malta Shipyards diġà talab lill-PWC biex jagħmlu inkjesta.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri biex pajjiżna jibda jimporta kwantitajiet kbar ta' LNG - liquid natural gas? Jekk dan diġà beda, b'seħħ minn meta beda u jekk le, meta mistenni jsir dan? L-importazzjoni sejra ssir mingħand kumpannija waħda u li dan ser jsir b'tankers speċjali permezz tal-baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ppublikat f’Mejju tal-2007 dokument (Request for Proposals) għal użu tan-Natural Gas biex jintuża fl-impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Kull alternattiva possibli kienet miftuħa għal konsiderazzjoni inkluż pipeline, compressed natural gas (CNG) u LNG. Il-proposti li waslu kif ukoll possibilitajiet oħra għadhom qed jiġu kkunsidrati mill-Enemalta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett tal-Park Nazzjonali Naturali li kien ħabbar sena ilu, xi ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali, fis-sit li kien arbitrarjament ħabbar li originarjament kellu jsir sit ta' golf course fix-Xagħra l-Ħamra?
Billi fis-sena 2007 il-Prim Ministru kien ħabbar li se jqassam ħames bozoz b’xejn lill-familji Maltin u Għawdxin, jista' jgħid meta ser titwettaq din il-wegħda?
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jibdew jinkrew l-ewwel uffiċini ġewwa Dar Malta fi Brussell għal skopijiet kummerċjali u jispjega x’wassal għal dan id-dewmien kollu li jsarraf f’telf ta’ flus għall-Kaxxa ta’ Malta?
Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni — Każijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet li għadhom pendenti quddiem il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni? Liema huma? Kemm ilhom pendenti? Kemm inqatgħu każi quddiem din il-kummissjoni fis-snin rispettivi 2005, 2006, 2007 u 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 4 każijiet li qed jiġu nvestigati, tnejn minnhom infetħu fl-2008 u t-tnejn l-oħra infetħu fl-2006 u fl-2007 rispettivament. L-informazzjoni dwar liema huma dawn il-każijiet ma tistgħax tingħata billi l-Kummissjoni hi marbuta bis-segretezza skond l-Artikolu 15 (1) u (2) tal-Kap 326.
Infurmat ukoll illi fis-snin 2005 u 2006 ingħalqu 10 każijiet kull sena, fl-2007 ingħalqu 5 każijiet u fl-2008 ingħalqu 13 il-każ.
Jista' l-Ministru jara li l-Pulizija tieħu passi dwar ilmenti ta' diversi residenti fl-inħawi ta' Triq S. Gatt, taż-Żwejt, San Gwann li spiss qed ikun hemm karozzi jew vehicles oħrajn - kultant anki żarmati iżda mhux dejjem - mingħajr liċenzja, b'liċenzja skaduta u ħafna drabi mingħajr licence plates wkoll? Dan b'inkonvenjent kbir għal dawn ir-residenti. F'ċerti okkażjonijiet ġieli kien hemm sitta minn dawn it-tip ta' karozzi jieħdu l-parking spaces fl-istess ħin.
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tad-Distrett ta' San Ġiljan kienet diġa' ħadet passi fuq il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Fil-fatt, fil-jiem li għaddew twaħħlu l-avviżi għat-tneħħija fuq żewġ vetturi. Waħda minnhom tneħħiet minn sidha stess, filwaqt li l-oħra tneħħiet mill-Awtoritajiet. Madankollu, il-Pulizija ser tkompli tagħmel ir-ronda fl-akkwati sabiex ma jkunx hemm dan l-abbuż.