Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bozoz b'xejn lill-famliji Maltin u Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5207 u 4929 li oriġinarjament saru lil Prim Ministru u issa ġew riferuti lilu u ċioè: Billi fis-sena 2007 il-Prim Ministru kien ħabbar li se jqassam ħames bozoz b’xejn lill-familji Maltin u Għawdxin, jista' jgħid meta ser titwettaq din il-wegħda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 5382.
Leg 11 PQ #4895 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija ta' l-Ippjanar u l-Ambjent — Environment impact assessment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru Environment Impact Assessments b'kollox kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kemm minnhom kienu jikkonċernaw proġetti b'interess governattiv? Kemm minnhom ġew ippubblikati? Kemm minnhom wasslu biex il-proġetti konċernati kemm tal-gvern u tal-privat twaqqfu? Kemm saru Strategic Environmental Assessmentsminn kemm ilha li twaqqfet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-1995 (kemm ilu mwaqqaf il-proċess ta’ l-EIA) sal-llum ġew iċċertifikati 103 każ. Madankollu hemm diversi każijiet oħra fejn il-proċess għadu mhux komplut, u li għaldaqstant għadhom ma ġewx iċċertifikati. Madwar tmintax kienu jinvolvu proġett tal-gvern. Hemm proġetti oħra fejn l-EIA għadu mhux iċċertifikat. Skond ir-regolamenti stabbiliti fl-Avviż Legali 114/07, kull EIA jiġi ppublikat waqt il-fażi tal-konsultazzjoni pubblika. Minn dawn il-proġetti, ġew irrifjutati madwar dsatax. Oħrajn ġew sospiżi jew irtirati mill-applikant waqt il-proċess. S’issa saru tlett Strategic Environment Assessments (SEA) . Ta’ min jgħid li l-MEPA mhiex l-Awtorità kompetenti għal Strategic Environment Assessments (SEA) .
Leg 11 PQ #5086 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enviroment Impact Assessments u studji oħra — Turiżmu u MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4798 u jgħid kemm saru studji (Environment Impact Assessments u studji oħra) li ġew kummissjonati lill-ADI u jekk dawn ingħatawx b’tender? Jekk iva, liema minnhom u kemm kien il-valur tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4798.

Ta' Qali — Crafts village - Bidla fil-post

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni strateġika li wasslet lill-Gvern biex iċaqlaq il-Crafts Village ta' Ta' Qali lejn il-Kottonera?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li mhux qed ikun korrett meta jgħid, li l-Gvern iddeċieda li jċaqlaq il-Crafts Village ta’ Ta’ Qali lejn il-Kottonera. Għall-mistoqsija dwar jekk kienx hemm xi raġuni strateġika li jitħabbar proġett nazzjonali li jilqa’ fih negozji artiġjanali fil-Kottonera, nitlob lil Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Agricultural waste management plan

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar l-Agricultural Waste Management Plan? Meta tlesta? Meta inkiteb l-ewwel abbozz tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra

Awtorità dwar it-Trasport — konsulenti ADI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Ministeru u /jew l-Awtorità dwar it-Trasport biex ħallas lill-konsulenti ADI tas-servizzi li taw lill-għaqdiet ambjentali, lill-istampa u ta’ xogħol ieħor relatat mal-pjanijiet b’konnessjoni mal-proġett ta’ l-Għadira? Jista' jgħid jekk huwiex veru li l-istess ditta ta’ konsulenza u / jew konsulenti privati oħra diġà ingħataw xogħol ta’ konsulenza b’konnessjoni ma’ studji li jridu jsiru ma’ dan l-istess proġett? Jekk dan huwa minnu, jista' jgħid min huma dawn id-ditti ta’ konsulenza u/jew individwi u għala ma nħarġitx sejħa pubblika biex isir dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

SecureState LLC — Każ tal-e-mails tal-MITTS

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-IT security firmAmerikana SecureState LLC minn Cleveland li ġiet imqabbda mill- MITTS biex tinvestiga l-każ tal-e-mails tal-MITTS innifsha, ġietx magħżula mill-MITTS jew fuq rakkmandazzjoni ta’ ħaddiehor, u jekk iva ta’ min?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-IT Security Firm Amerikana SecureState ġiet magħżula mill-MITTS, issa parti mill-MITA.

Programm ta' xogħol — Tlestija ta' toroq residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, lokalità b'lokalità, liema toroq residenzjali tlestew sa tmiem l-2008 mill-programm ta' xogħol li kien thabbar f'Awwissu 2006 ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità Maltija għar-Riżorsi — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati b’kollox fl-Awtorità Maltija għar-Riżorsi u jekk humiex kollha full-time? Kif inhuma mqassmin? X’inhi l-kirja li qed tħallas l-istess awtorità għall-uffiċini tagħha? X’inhu t-total salary bill tal-impjegati tal-awtorità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra

Hazardous Waste — database u reġistru

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tinżamm kif suppost database u reġistru tas-sorsi ta’ hazardous waste kif ukoll dwar x’tip hu, minn fejn qed joriġina u fejn qed jispiċċa? Jinżammu records dwar kemm minnu qed jiġi esportat u jekk iva, primarjament lejn fejn? Dan suppost huwa faċli għaliex nifhem illi l-Gvern għandu sistema ta’ export trail.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #4798 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment Impact Assessments u studji oħra — Turiżmu u MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru studji (Environment Impact Assessments u studji oħra) li ġew kummissjonati lill-ADI u jekk dawn ingħatawx b’tender? Jekk iva, liema minnhom u kemm kien il-valur tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tal-MEPA hija limitata għal dawk l-EIAs, studji u rapporti li ġew sottomessi lilha, jew inkella li ikkummissjonat il-MEPA stess. L-istudji u EIAs li saru mill-ADI għan-nom ta' entitajiet pubbliċi fis-settur turistiku (jiġifieri l-MTA jew inkella għan-nom ta' entitajiet bħal Malta Marine Foundation bil-għajnuna ta' l-MTA), u li ġew sottomessi lill-MEPA, huma: - Project Description Statement (PDS) for Scuttling of vessel (Patrol Boat P31) at L-Imnieri, East Comino (applikazzjoni PA 6280/06); - PDS for Scuttling of vessel (Patrol Boat P31) off the west coast of Comino ; - EIA for Scuttling of vessel (patrol boat P29) at Ċirkewwa ' (applikazzjoni PA 6279/06); - EIA for scuttling of two vessels off Xatt l-Aħmar (applikazzjoni PA 6569/02); - PDS for Xlendi Bay Beach Replenishment (applikazzjoni PA 6965/06); - PDS for Qawra Point Beach Development ; - PDS for Construction of visitor attractions and landscaped gardens at Qawra Point (applikazzjoni PA 2256/07); - Monitoring Program in conjunction with PA 6279/06 ; - Diving Master Plan for Gozo and Comino . Il-proċeduri legali viġenti jpoġġu r-responsabbiltà li jikkummissjona l-konsulent għall-EIA, fuq l-iżviluppatur u mhux fuq il-MEPA. Għaldaqstant, il-MEPA mhix f'pożizzjoni li tipprovdi la indikazzjoni dwar il-valur finanzjarju ta' dawn l-EIAs u studji, u lanqas dwar jekk kienux ikkummissjonati b' tender jew b'mod ieħor. L-entitajiet li jkunu ikkummissjonaw dawn l-istudji huma f'pożizzjoni aħjar biex iwieġbu dwar dan. L-Istudji li ġew ikkummissjonati mill-MEPA matul dan il-perijodu huma dawn: - Land Reclamation Study fejn l-ADI kienu partners lokali ma' Scott Wilson (mogħti b' tender ); - Second National Communication Study lill-UNFCCC, imħejji bil-kollaborazzjoni tal-MEPA, l-Università ta' Malta u l-MRRA. ADI kienu inominati mill-Università bħala project managers (mogħti b' tender ); - L-istudju The Gathering of data to support the development of a national biosafety framework for Malta (mogħti b' tender - Lm15,965); - L-istudju Setting up of a list of threatened and endemic fish (mogħti b' tender lill-ADI Associates/ Ecoserv Ltd - Lm25,521.66); - L-istudju Setting up a list of threatened and / or endemic vertebrates , excluding fish, birds, bats and cetaceans (mogħti b' tender lill-ADI Associates/ Ecoserv Ltd - Lm 37278.26); - L-istudju Setting up of a list of threatened and/ or endemic in vertebrates, excluding insects (mogħti b' tender lill-ADI Associates/ Ecoserv Ltd - Lm 12275.68); u - Għajnuna li kellha x'taqsam ma' applikazzjonijiet għall-finanzjament ta' proġetti taħt l-iskema ta' l-ERDF (mogħti b' tender - Lm 1,815).

Artijiet — Mappa definittiva

Question

Jista' l-Ministru jara li l-gvern jikkummissjona esperti biex iħejji mappa definittiva tal-Gżejjer Maltin u Għawdxin li tiddefinixxi art pubblika u art privata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern u cioe’ d-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjetà fi ħdan it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern ġia għandha mappa definittiva fuq sistema kompjuteriżżata magħrufa bħala GIS (Graphical Information System). Fuq din is-sistema qed tinbena u tiddaħħal l-informazzjoni kollha li għandha t-Taqsima dwar il-proprjetà tal-Gvern. Din is-sistema ma tinkorporax il-proprjetà privata u ma hemm l-ebda ħsieb li t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, iddaħħal tali informazzjoni. Il-Gvern qiegħed jagħmel minn kollox biex iġedded u jimmoderniżża s-sistema tal-GIS biex tkun tista’ taqdi aħjar il-ħtiġijiet kemm fit-Taqsima kif ukoll fil-pajjiż.
Leg 11 PQ #4934 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Investigazzjoni għal farmhouses konvertiti bla permess

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent qattx għamlet investigazzjonijiet biex tistabilixxi kemm kien hemm art li ġiet allokata għal stalel (stables) għall-annimali u ġiet ikkonvertita mingħajr permess f’farmhouses? Jekk le, jista' jsir dan, billi ta' spiss nirċievi ilmenti li dan l-abbuż huwa wieħed li qiegħed dejjem jinfirex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wieħed jassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal żviluppi ta' stallel barra ż-żona ta' l-iżvilupp. F'dan ir-rigward bdiet issir investigazzjoni fuq il-permessi li ħarġu mill-1 ta' Jannar 2007 s’issa biex jiġi aċċertat li bini permess għadu qed jiġi użat għall-iskop oriġinali tiegħu.

Dar Malta fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4930 u jgħid meta mistennija jibdew jinkrew l-ewwel uffiċini ġewwa Dar Malta fi Brussell għal skopijiet kummerċjali u jispjega x’wassal għal dan id-dewmien kollu li jsarraf f’telf ta’ flus għall-Kaxxa ta’ Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4930.
Leg 11 PQ #5263 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Investigazzjoni għal Farmhouse konvertiti bla permess

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4934 u jgħid jekk l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent qattx għamlet investigazzjonijiet biex tistabilixxi kemm kien hemm art li ġiet allokata għal stalel (stables) għall-annimali u ġiet ikkonvertita mingħajr permess f’farmhouses? Jekk le, jista' jsir dan, billi ta' spiss nirċievi ilmenti li dan l-abbuż huwa wieħed li qiegħed dejjem jinfirex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4934.

Artijiet — Mappa definittiva

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4933 u jara li l-gvern jikkummissjona esperti biex iħejji mappa definittiva tal-Gżejjer Maltin u Għawdxin li tiddefinixxi art pubblika u art privata?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4933.

Dar Malta fi Brussell — Kiri ta' uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jibdew jinkrew l-ewwel uffiċini ġewwa Dar Malta fi Brussell għal skopijiet kummerċjali u jispjega x’wassal għal dan id-dewmien kollu li jsarraf f’telf ta’ flus għall-Kaxxa ta’ Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi permezz tar-real estate agents fi Brusell, il-Gvern qiegħed fil-proċess sabiex jikri l-uffiċini f’Dar Malta. Qed issir promozzjoni għal kiri ta’ dawn l-uffiċini ma organizzazzjonijiet professjonali kif ukoll ma reġjuni li jistgħu jirrikjedu spazju f’Dar Malta. Iż-żmien li ttieħed biex jiġu refurbished l-uffiċini u l-kriżi ekonomika ta’ bħalissa huma fatturi li kkontribwew għad-dewmien biex jibdew jinkrew dawn l-uffiċini.
Leg 11 PQ #5343 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju Santa Marija Addolorata — Tkabbir

Question

Billi xahar qabel l-Elezzjoni Ġenerali għadd ta’ familji Maltin irċevew ittra uffiċjali mid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali, taqsima amministrazzjoni tad-dfin taċ-ċimiterju Santa Marija Addolorata datata 4 ta' Frar, 2008 fejn dawn ġew mgħarrfin uffiċjalment mill-amministratur tat-taqsima amministrazzjoni tad-dfin li x-xogħol sabiex jitkabbar iċ-ċimiterju ta’Santa Marija Addolorata kien wasal biex jinbeda fi żmien qasir u li dan il-proġett ser jinkludi l-bini ta’ 2,782 qabar ġdid u li 2,500 qabar minnhom kienu ser jiġu allokati u mibjugħa lill-pubbliku filwaqt li l-kumplament tal-oqbra mibnija kienu ser jinżammu mill-Gvern għall-użu komuni, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proġett, meta ser jiġu allokati dawn l-oqbra u jekk kien hemm xi tibdil fil pjani tal-gvern x’wassal għal dan u għaliex il-familji konċernati ma ġewx avżati dwar l-iżviluppi l-ġodda?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Awtorità Maltija għar-Riżorsi — Ħatra ta' CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid min inħatar Chief Executive Officer tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi u meta, wara s-sejħa għall-applikazzjonijiet li kien hemm xhur ilu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-proċess qed jiġi konluż.