Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5643, 5209 u 4926 u jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?
Jista ' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, giet appuntata biex tagħmel cost accounting exercise fl-Isptar Mater Dei u jekk ġietx appuntata wara ħruġ ta' tender jew b'direct order ?
Jekk b'tender min kienu l-applikanti, x'kienu r-rati u fuq liema bażi ġiet appuntata l-persuna magħżula? Jista' jgħid x'esperjenza għandha d-ditta li isimha qed jingħata b'mod separat fl-operat ta' sptar tad-daqs ta' Mater Dei kif ukoll kemm-il persuna qed taħdem fuq l-eżerċizzju ta' cost accounting ?
Jekk b'direct order għaliex intgħażlet din id-ditta, kemm hija s-somma li qed titħallas, kemm se jdum għaddej dan l-eżerċizzju u kemm se tkun in-nefqa totali ?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu llum, iktar minn sena wara li beda jopera l-Isptar Mater Dei, ir-rwol tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li għalkemm ilu aktar minn sena li beda jopera l-Isptar Mater Dei, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Medici (FMS) għadha involuta ma’ Skanska Malta Joint Venture fuq l-għeluq tal-kuntratt tal-bini ta’ l-isptar. L-FMS hija wkoll involuta fil-kuntratti kollha eżistenti li għandhom x’jaqsmu mal-Facilities Management ta’ l-istess sptar.
Informat ukoll li l-FMS ġiet mogħtija l-inkarigu biex tieħu ħsieb l-immaniġġjar tal-proġetti kapitali kollha li għandu ppjanat il-Ministeru għall-Politika Socjali fil-qasam tas-Saħħa.
Billi skond list of schedule properties li dehret fis-Sunday Times nhar it-28 ta' Awwissu 1994 rigward djar, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid x'wassal biex dawn jew inbnew jew twaqqgħu għal skopijiet ta' kostruzzjoni? Dwar l-item grade 3 jista' jikkonferma li d-demolition ġiet permessa soġġetta għar-replacement building li jkun f'armonija mal-madwar?
Jista' l-Prim Ministru jara kemm kien hemm infringements ambjentali mal-Unjoni Ewropea inkluż dawk relatati mal-qasam tal-immaniġjar tal-iskart, liema kienu u x'kienu jirrigwardaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Oil Division li sa ftit ilu kien jidher fuq il-website tal-ministeru tiegħu m'għadux jidher fuq dan is-site?
Wara li l-Ministru ħabbar f’ġurnal lokali li l-hazardous waste ta’ pajjiżna kien qed jiġi esportat lejn iċ-Ċina, jista' jgħid kif qed jiġi rapportat lill-Unjoni Ewropea u jekk huwiex qed jiġi klassifikat u rapportat bħala waste for recycling?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li jien ma tkellimtx dwar Hazardous Waste imma dwar rejects li jirriżultaw mill-proċess tar-riċiklaġġ.
Issa li għadda ħafna żmien minn mindu l-Ministru ta' qablu kien wiegħed li kienet ser tiġi asfaltata Triq Sliema, Kappara, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5606 u jagħti indikazzjoni dwar meta dan ix-xogħol se jsir mill-gvern ċentrali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.5781.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5644, 5208 u 4928 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett tal-Park Nazzjonali Naturali li kien ħabbar sena ilu, xi ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali, fis-sit li kien arbitrarjament ħabbar li originarjament kellu jsir sit ta' golf course fix-Xagħra l-Ħamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li bħalissa qiegħed ikun ffinaliżżat pjan ta’ mmaniġġjar li ser jirregola l-attivitajiet li jsiru fis-sit tal-Park. Matul l-aħħar sena x-xogħol iffoka fuq it-tindif, l-aktar minħabba l-fatt li ebda intervent ma’ jista’ jsir fis-sit mingħajr il-permessi meħtieġa.
Ġiet imnaddfa art kbira ta’ l-fuq minn 40 tomna fix-Xagħra l-Ħamra, li kienet mimlija skart tal-bini. Bdew jinżergħu wkoll is-siġar fix-Xagħra l-Ħamra, b’kollaborazzjoni mat-34U. Dan wara li tfassal
landscape plan
għal dik il-parti tal-park li hi tajba għall-afforestazzjoni. Fil-fatt aktar minn 3000 siġra sejrin jinżergħu f’dan is-sit aktar tard din is-sena. Beda wkoll ir-restawr tal-ħitan tas-sejjiegħ.
Qegħdin isiru
patrols
minn
park ranger
li ġie mpjegat mal-Bord ta’ Tmexxija tal-park. Barra minn hekk qegħdin jiġu organizzati
Guided walks
matul-is-sena kollha. Bħala
public awareness
, ġew stampati 8000
brochure, Walks in the Park
li tqassmu lill-istudenti, t-turisti, fl-iskejjel u fil-hotel biswit u tlesta wkoll ktieb fuq il-Park tal-Majjistral. Saru għaxar
Majjistral Park welcome and information boards
kif ukoll tlesta x-xogħol fuq il-website tal-park, Majjistral.org.
L-asserzjoni tal-Onor Interpellant li dan is-sit kien intgħażel b’mod arbitrarju biex isir fih
golf course
hija żbaljata. Kienet il-MEPA li nkludiet dan is-sit biex jiġi studjat aktar fid-dettal jekk hux addattat biex isir
golf course
fuqu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5205 u jgħid kemm għamlet xogħlijiet ta' konsulenza l-kumpannija ADI mis-sena 2005 'il quddiem għad-dipartimenti, entitatjiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu? Liema kienu? Kemm tħallsu? Kemm u liema minnhom kienu b'direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid il-liċenzja li għandu l-ħanut li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, xi tkopri, minħabba l-ilmenti ta’ bosta residenti? Dan għaliex għalkemm huwa mifhum li l-liċenzja tkopri biss bejgħ ta' car stereos u alarms fil-fatt huwa allegatament rapportat li anke jagħmel l-istallazzjoni tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond id-database tal-liċenzji hemm negozju bl-istess isem fl-istess lokal iżda b’isem ta’ triq differenti.
Rigward il-liċenzja ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-liċenzja tkopri “
domestic appliances, office equipment, spares, hifi”.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-proċess tal-Environmental Impact Assessment dwar ix-Xagħra l-Ħamra kien ġie abortit qabel ma ġie konkluż? Min kien qiegħed jagħmel dan ix-xogħol? Liema ditta jew ditti tħallsu għas-servizzi tagħhom in konessjoni ma' dan ix-xogħol? Jekk le, jista' jgħid xi studji saru dwar ix-Xagħra l-Ħamra, min għamilhom u kemm ġew jiswew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iStudju dwar l-Impatt Ambjentali kien qiegħed jiġi ikkordinat mill-ADI Associates Environmental Consultants. Il-MEPA kienet approvat lill-konsulenti segwenti sabiex jieħdu sehem fl-istudji imsemmija hawn taħt:
- Disinn tal-Golf kors u studji relatati: Hawtree Ltd;
- Sorsi ta' l-ilma: Perit Philip B. Grech;
- Għasafar: John J. Borg;
- Agrikoltura: Joseph Buhagiar;
- Ekoloġija: Ecoserv Ltd- Louis F. Cassar, Sandro Lanfranco u Jonathan Henwood;
- Pajsaġġ u studju viziv: Kevin Morris;
- Wirt Kulturali: Arcaheological Services Cooperative Ltd;
- Idroloġija u Ġeoloġija: Dr Saviour Scerri;
- Użu ta' l-art: Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia;
- Aċċess Publiku: Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia;
- Kwalità ta' l-arja: Dr George Peplow, Rachel Xuereb, Adrian Mallia;
- Ħoss: Mediterranean Technical Services Ltd- John Demanuele;
- Trasport: Perit David V. Camilleri, Kevin Morris;
- Turf grasses: Hawtree Ltd, Joseph Buhagiar, Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia;
- Kimika (użu tagħha u effetti): Hawtree Ltd, Dr George Peplow, Joseph Buhagiar, Rachel Xuereb, Adrian Mallia, Perit Philip B. Grech, Dr Saviour Scerri;
- Enerġija u dwal: Hawtree Ltd, Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia;
- Valutazzjoni Ekonomika: Gordon Cordina;
- Valutazzjoni Soċjoloġika: Stephen Vella, Dr Mark Anthony Falzon;
- Pjanijiet ta' mmaniġġjar tas-sit: Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia.
Mhuwiex fil-kompitu tal-MEPA li jkollha informazzjoni dwar kemm ġew jiswew l-istudji, kif ukoll dwar liema ditta jew ditti tħallsu għas-servizzi tagħhom b'konnessjoni ma' dan ix-xogħol.
Il-permess tal-
EIA
twaqqaf hekk kif ħareġ fiċ-ċar li l-ammont ta’ żvilupp u bini neċessarji sabiex isir il-proġett ma kienx ġustifikabbli.
Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli fil-Lotteries & Gaming Authority biex ħalla ħafna stabbilimenti tal-gaming jiftħu għall-Maltin f’pajjizna? X’awtoriżazzjoni għandhom?
Issa li għadda ħafna żmien minn mindu l-Ministru ta' qablu kien wiegħed li kienet ser tiġi asfaltata Triq Sliema, Kappara, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta dan ix-xogħol se jsir mill-gvern ċentrali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet formali lill-Awtorità Maltija dwar l-Ippjanar u l-Ambjent dwar wind farm projects on land f'pajjiżna mis-sena 2000 'l quddiem? Meta ġew sottomessi u meta ġew validated? X'kien l-eżitu tagħhom?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5209 u 4926 u jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5208 u 4928 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett tal-Park Nazzjonali Naturali li kien ħabbar sena ilu, xi ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali, fis-sit li kien arbitrarjament ħabbar li originarjament kellu jsir sit ta' golf course fix-Xagħra l-Ħamra?