Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6089 u 5540 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar l-Agricultural Waste Management Plan? Meta tlesta? Meta inkiteb l-ewwel abbozz tiegħu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5782 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-Oil Division li sa ftit ilu kien jidher fuq il-website tal-ministeru tiegħu m'għadux jidher fuq dan is-site?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ma jirriżultax li l-Oil Division m’għadiex tidher fuq il-website tal-Ministeru. Kull ma jrid jagħmel l-Onor Membru hu li jidħol f’www.mrra.gov.mt u wara jidħol fil-Works and Services. Hemm isib is-sezzjoni ddedikata lill-Oil Division.
Tajjeb wieħed ikun jaf li din is-sezzjoni effettivament għandha tiġi nkorporata fl-MRA.
Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 6010 u jinforma lill-Kamra:
a) kemm hemm bowsers li jġorru ilma tax-xorb irreġistrati ma' xi awtorità li taqa' taħt ir-responsabiltà tiegħu?
b) kemm hemm bowsers li jġorru ilma għat-tisqija irreġistrati ma' xi awtorità jew dipartiment li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu?
ċ) x'inhuma l-kondizzjonijiet marbuta mal-permess biex dawn iġorru dawn it-tipi ta' ilma?
d) x'monitoraġġ isir mill-Ministeru tiegħu biex jara li dawn il-kondizzjonjiet ikunu miżmuma?
e) kemm inġarr ilma tax-xorb matul l-2007 u l-2008?
f) kemm inġarr ilma għat-tisqija matul l-2007 u 2008?
g) jekk it-teħid ta' dan l-ilma huwiex b'xejn jew inkella hemmx xi ħlas għal dan it-teħid?
ġ) min jiddeċiedi l-limitu ta' dawn iż-żewġ tipi ta' ilma li jista' jittieħed?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi għanda 17-il bowser reġistrati għall-ġarr tal-ilma tax-xorb, 354 għall-ġarr tal-ilma “second class” u 40 għall-ġarr tad-drenaġġ.
L-Avviz Legali 160/97 jobbliga li l-bowsers li jġorru l-ilma u d-drenaġġ ikunu reġistrati. Dan l-Avviz ma jimponi l-ebda kundizzjoni u għandu jitqies bħala permess temporanju skond ir-regolament 5 ta’ l-istess avviz.
Ma tinżammx informazzjoni kemm inġarr ilma għax-xorb u għat-tisqija matul l-2007 u 2008
M’hemm l-ebda ħlas għall-irfieh tal-ilma minn ta’ taħt l-art.
M’hemm l-ebda regolament li jpoġġi limitu ta’ kemm jista’ jinġarr ilma.
Rigward il-monitoraġġ dwar il-ġarr tal-ilma tax-xorb nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6186 u jikkonferma rapporti li dehru f’ġurnal lokali (Malta Today Midweek) nhar l-Erbgha 11 ta' Frar, 2009 li membri tal-management board tal-Majjistral Nature and History Park huma tal-fehma u anke ilmentaw bil-pass kajman li bih miexi l-izvilupp tal-park, aktar u aktar billi ħafna karozzi privati għadhom jitħallew jidhlu fil-heritage area li hija ekoloġikament rikka? Skond l-istess ġurnal din hija wkoll il-fehma tas-Sur Martin Galea, President ta’ Din l-Art Ħelwa, waħda mill-managing Non-Government Organisations tal-park?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bħalissa qed jiġi ffinalizzat il-Management Plan wara li saret konsultazzjoni mal-pubbliku fuq l-ewwel abbozz. Dan kien eżerċizzju li ħa ċertu żmien minħabba li mhux faċli ssib soluzzjoni li tissodisfa lil kulħadd.
Infurmat ukoll li s’issa hemm aċċess għal-park bil-karozza fuq it-toroq eżistenti. Il-ħsieb hu li dan l-aċċess jiġi limitat meta l-pjan ikun approvat, iżda wieħed irid ikun ċert li jibqa aċċess għall-persuni anke mill-inħawi li għandhom ħtieġa jaċċedu. Il-
manager
jista’ jipproċedi u jimplimenta deċiżjonijiet li jkunu approvati mill-Bord ta’ Tmexxija.
Billi skond list of schedule properties li dehret fis-Sunday Times nhar it-28 ta' Awwissu 1994 rigward djar, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid x'wassal biex dawn jew inbnew jew twaqqgħu għal skopijiet ta' kostruzzjoni? Dwar l-item grade 3 jista' jikkonferma li d-demolition ġiet permessa soġġetta għar-replacement building li jkun f'armonija mal-madwar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li Casa Caruana Dingli, Chateau En Mer, Villa Leoni u Proprjetajiet Nri 53, 54 u 55, kollha fi Triq il-Kbira, San Ġiljan kienu fost 30 proprjetà differenti li ġew skedati fl-inħawi tal-Bajja tal-Balluta fl-1994. L-uniċi proprjetajiet minn dan il-grupp li tneħħew mil-lista ta' l-iskedar huma n-numri 53, 54 u 55 fi Triq il-Kbira u Numri 7 u 8, Ir-Rampa ta' San Ġiljan, San Ġiljan. Il-ħames proprjetajiet li tneħħew mill-iskedar kienu ingħataw l-inqas Livell ta' Protezzjoni ta' Grad 3 peress li ma kellhomx valur arkitettoniku jew storiku intrinsiku, imma kienu biss importanti minħabba li kienu qrib binjiet ta' valur kulturali (Grad 2). Il-proprjetajiet l-oħra kollha għadhom skedati kif kienu oriġinarjament u għandhom Livell ta' Protezzjoni ta' Grad 1 u Grad 2 skond il-Policy tal-Pjan ta' Struttura UCO 7.
Fil-każ ta dawn il-ħames proprjetajiet, l-iskedar fuqhom kien tneħħa b’approvazzjoni mill-Ministru responsabbli kif titlob il-liġi. Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent kien approva t-tneħħija tal-protezzjoni tal-proprjetajiet Numri 53 - 55 nhar is-16 ta' Jannar 2007 liema tneħħija ta' protezzjoni kienet ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern Nru.18,040 Notifika Numru 152 datata 23 ta' Frar 2007. Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent kien approva t-tneħħija tal-protezzjoni tal-proprjetajiet Numri 7 u 8, Ir-Rampa ta' San Ġiljan, San Ġiljan nhar il-15 ta' Marzu 2006 liema tneħħija ta' protezzjoni kienet ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern Nru.17,930 Notifika Numru 490 datata 6 ta' Ġunju 2006.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mill-istudji li għamlet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-proġett Smart City, ġiex ikkwantifikat fl-EAI? X'effett dan se jkollu fuq il-carbon emissions tal-Korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, jista' jikkwantifikahom imqar fuq livell approssimattiv?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Ambjent Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux qed tinżamm kif suppost database u reġistru tas-sorsi ta’ hazardous waste kif ukoll dwar x’tip hu, minn fejn qed joriġina u fejn qed jispiċċa? Jinżammu records dwar kemm minnu qed jiġi esportat u jekk iva, primarjament lejn fejn? Dan suppost huwa faċli għaliex nifhem illi l-Gvern għandu sistema ta’ export trail?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5540 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar l-Agricultural Waste Management Plan? Meta tlesta? Meta inkiteb l-ewwel abbozz tiegħu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5603 u jgħid kemm hemm impjegati b’kollox fl-Awtorità Maltija għar-Riżorsi u jekk humiex kollha full-time? Kif inhuma mqassmin? X’inhi l-kirja li qed tħallas l-istess awtorità għall-uffiċini tagħha? X’inhu t-total salary bill tal-impjegati tal-awtorità?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-Awtorità Dwar ir-Riżorsi hemm 30 impjegat full time, 1 part time u 1 b’siegħat imnaqqsa. It-total tal-pagi hu ta’ € 816,257.00 fis-sena. Minnbarra hekk l-Awtorità ta’ Malta tuża studenti u ħaddiema part-time fuq contract basis bi spiża ta’ €124,000 fis-sena.
Jien infurmat ukoll li l-kirja għall-uffiċini tagħha hija ta’ € 112,229 fis-sena li parti minnha qed titħallas bħala loan financing għat-tagħmir tal-binja nnifisha.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — EIA Consultants
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistix reġistru ta' EIA consultants ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk le, x'qed iżomm lill-awtorità milli tieħu dan il-pass?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reġistru għadu pendenti, peress li t-tħaddim effettiv tat-Taqsima VI tar-regolamenti ta' l-EIA, li tirregola dan ir-reġistru, kien marbut mal-ħatra tal-Bord tar-Reġistrazzjoni u Reviżjoni. It-Taqsima VI nġiebet fis-seħħ bl-Avviż Legali 248/08 u l-Bord innifsu issa nħatar ukoll, f'Jannar 2009.
L-Awtorità se tiltaqa' mal-Bord bil-għan li jitħejjew il-mekkaniżmi kollha meħtieġa sabiex ir-reġistru jiġi fis-seħħ mill-aktar fis u kif dovut.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li dehru f’ġurnal lokali (Malta Today Midweek) nhar l-Erbgha 11 ta' Frar, 2009 li membri tal-management board tal-Majjistral Nature and History Park huma tal-fehma u anke ilmentaw bil-pass kajman li bih miexi l-izvilupp tal-park, aktar u aktar billi ħafna karozzi privati għadhom jitħallew jidhlu fil-heritage area li hija ekoloġikament rikka? Skond l-istess ġurnal din hija wkoll il-fehma tas-Sur Martin Galea, President ta’ Din l-Art Ħelwa, waħda mill-managing Non-Government Organisations tal-park?
Jista' l-Ministru jgħid xi fuel qed jintuża biex jitħaddem l-inċineratur tal-Marsa? Kemm gie kkunsmat minnu u kemm sewa minn kemm ilu li beda jopera?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li biex jitħaddem l-inċineratur jintuża diesel. Sa issa ġew ikkunsmati 1,215,900 litri, u swew € 1,332,404.53
Ta’ min ifakkar li l-inċineratur għadu fil-fażi ta’ commissioning.
Rigward l-inċineratur tal-Marsa, jista' l-Ministru jgħid kemm inħaraq waste f’termini ta’ tunnellati u jagħti breakdown ta’ kemm inħarqu tipi differenti ta' waste?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li matul is-sena 2008 inħarqu madwar 5600 tunnellata skart. It-tipi differenti ta’ skart li nħaraq kien:
· Fdal ta’ laħam mill-biċċerija
· Skart kliniku
· Animali mejta
· Injam
· Siġar tal-palm
· Farmaċewtiċi
· Affarijiet ta’ l-ikel skaduti
· Żebgħa
· Ħut mejjet mill-fish farms
· Karti u kartun
Irid jingħad illi l-inċineratur għadu fil-fażi ta’ commissioning.
Billi fi programm fuq stazzjon privat il-bieraħ is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tar-Riżorsi qal li jagħmel aktar sens li wieħed imur għall-fliexken tal-plastik, minflok dawk tal-ħġieġ, anke fejn jidħol il-konsum tal-enerġija u l-impatt fuq l-ambjent, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji tekniċi li wasslu lill-ogħla uffiċjal fil-Ministeru tiegħu biex jasal għal din il-konklużjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-pożizzjoni tal-Gvern waqt it-trattat tas-sħubija minn dejjem kienet li jżomm is-sistema tad-‘deposit return’ li kellu fuq il-fliexken tal-ħġieġ. Minkejja kollox, ħadd ma jista’ jinnega li hemm diskussjoni sħiħa, u din ilha għaddejja, fil-kamp ambjentali (b’mod partikulari fil-kamp tal-Life Cycle Impact Assessment ta’ prodotti) dwar l-impatt ta’ flixkun tal-ħġieġ ‘returnable’ versu flixkun tal-plastik ‘one way’. Is-segretarju permanenti, waqt il-programm imsemmi, kien qed jagħmel riferenza għal studji varji ppublikati li qara hu u li dawn jinstabu ppubblikati f’journals relatati.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra:
a) kemm hemm bowsers li jġorru ilma tax-xorb irreġistrati ma' xi awtorità li taqa' taħt ir-responsabiltà tiegħu?
b) kemm hemm bowsers li jġorru ilma għat-tisqija irreġistrati ma' xi awtorità jew dipartiment li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu?
ċ) x'inhuma l-kondizzjonijiet marbuta mal-permess biex dawn iġorru dawn it-tipi ta' ilma?
d) x'monitoraġġ isir mill-Ministeru tiegħu biex jara li dawn il-kondizzjonjiet ikunu miżmuma?
e) kemm inġarr ilma tax-xorb matul l-2007 u l-2008?
f) kemm inġarr ilma għat-tisqija matul l-2007 u 2008?
g) jekk it-teħid ta' dan l-ilma huwiex b'xejn jew inkella hemmx xi ħlas għal dan it-teħid?
ġ) min jiddeċiedi l-limitu ta' dawn iż-żewġ tipi ta' ilma li jista' jittieħed?
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-heads of secretariat, private secretaries u communications co-ordinators tal-Ministeri u tas-Segretarji Parlamentari kollha għandhomx l-istess salarji, allowances u benefiċċji oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-salarji, allowances, u benefiċċji oħra tal-postijiet kollha li semmejt huma skond il-linji ta’ gwida Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats’.
Strateġija Nazzjonali dwar l-Iżvilupp — approvazzjoni mill-kabinett
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-dokument dwar l-iStrateġija Nazzjonali dwar l-Iżvilupp sostenibbli ġiex diskuss u approvat mill-Kabinett? Jekk iva, meta sar dan u jekk le meta mistenni jiġi approvat?
Jekk, min-naħa l-oħra ġie approvat, għaliex qatt ma ssemma xejn fil-media lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli ilha tiġi diskussa fil-pubbliku għal diversi snin u qegħdha tiġi aġġornata matul iż-żminijiet.
Mhux il-prassi li l-Kabinett jippubblika fil-
media
x’jiġi diskuss u jew x’jiġi approvat fl-istess Kabinett, iżda huwa ovvju li l-Gvern jinsab wara din l-istrateġija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett tal-Park Nazzjonali Naturali li kien ħabbar sena ilu, xi ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali, fis-sit li kien arbitrarjament ħabbar li originarjament kellu jsir sit ta' golf course fix-Xagħra l-Ħamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5862.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5605 li oriġinarjment saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Ambjent Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid sal-lum il-hazardous waste fejn qed jinżamm? X’persentaġġ minnu jaħseb li qed jiġi stored fl-istess ażjendi li jipproduċuh?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5613 u jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet formali lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar wind farm projects on land f'pajjiżna mis-sena 2000 'l quddiem? Meta ġew sottomessi u meta ġew validated? X'kien l-eżitu tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha sittax-il (16) applikazzjoni li jinvolvu turbina/i tar-riħ. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi lista ta' dawn l-applikazzjonijiet bid-dettalji mitluba.
L-Awtorità s'issa approvat żewġ applikazzjonijiet li kienu jinvolvu turbina/i tar-riħ.