Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità Maltija għar-Riżorsi — feed-in tariffs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6832 u 6569 u jgħid meta ser tiġi deċiża l-policy tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi dwar feed-in tariffs? Dawn se jkunu preferenzjali jew 1 : 1? Hemm xi ħsieb li 'l quddiem titfassal feed-in tariff anke għall-intraprendituri barranin jew Maltin li jistgħu jitħajru jipproduċu enerġija alternattiva għas-suq lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

impjant ta' Sant'Antnin — laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret il-laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija tal-iskart solidu ġewwa il-premises tal-impjant ta' Sant'Antnin? Fejn u meta ġiet irriklamata speċifikament? Kemm attendew nies bejn wieħed u ieħor għal din il-laqgħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-laqgħa fl-impjant ta’ Sant’Antnin saret fil-5 ta’ Marzu 2009 fis-6.30 ta’ filgħaxija. L-avviż tal-laqgħa deher f’diversi ġurnali (23 ta’ Frar; 3 ta’ Marzu; 4 ta’ Marzu; 5 ta’ Marzu). Fit-2 ta’ Marzu 2009, permezz tad-DOI, kien inħareġ ukoll avviż għal din il-laqgħa. Kienu preżenti madwar ħamsa u għoxrin persuna. Barra hekk dehru u għadhom qed jidhru riklami b’informazzjoni fuq l-iStrateġija fejn jidher ukoll l-indirizz tas-sit elettroniku fejn il-pubbliku jista jara u jagħti l-kummenti tiegħu fuq l-istess Strateġija. Ta’ min jgħid ukoll, li laqgħat oħra ta’ konsultazzjoni saru ma’ kull min talabhom.

Każ ta' terminazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinvestiga l-każ tat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt ta' servizz tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma' l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi? Ma jidhirlux il-Gvern li dan ma kienx jammonta għal ksur ta' sigriet professjonali? Jekk iva, għandu l-ħsieb li jagħti lura mill-ġdid il-kuntratt li kellha din il-persuna qabel ma ntemmilha l-impjieg?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6986 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Annual Report

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ir-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 2008 għadu ma ġiex ippubblikat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jidhirlu li dan qed imur kontra l-legal frameworks kif ipprovdut mid-Development Planning Act li jirrigwarda financial reporting tal-Awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7045 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Litter Act — kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu taħrikiet fuq kontravenzjonijiet taħt LN344/05 (Littering Act) xahar b’xahar minn Jannar 2006 sa Frar 2009 maqsumin f’kemm minn dawn inħarġu mill-Gwardjani Lokali, mill-Pulizija u Inspectors tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn it-taħrikiet ġew imħallsa mill-ewwel? Kemm minnhom ġew ikkontestati fit-tribunal lokali u t-taħrika ġiet ikkonfermata u tħallset? Kemm minn dawk li ġew ikkonfermati għadhom ma tħallsux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — skema ta' rebate

Question

Minn mindu tħabbret l-iskema ta' rebates fuq sistemi ta' solar water heaters u sistemi fotovoltajici skond kif oriġinarjament mħabbar fil-budget, jista' l-Ministru jgħid seperatament bejn solar water heaters u photovoltaic panels kemm kien hemm applikazzjonijiet minn mindu ġiet fis-seħħ is-sejħa għall-applikazzjonijiet għar-rebate kif wkoll kemm minnhom ġew approvati digà mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kwestjoni fuq late renewal charge

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6591 u jikkonferma jekk hux minnu jew le li l-Awtorità dwar it-Trasport dan l-aħħar introduċiet late renewal charge kemm għar-road licence kif ukoll għar-reġistrazzjoni tal-karozzi, iżda wara li intebħu li dawn l-istruzzjonijiet ma kenux koperti minn Avviż Legali, inħarġet ċirkolari min naħa tagħhom stess fejn qalu li b’seħħ immedjat kellhom iwaqqfu ż-żamma ta’ dawn il-multi li kienu ta’ €2 u €30 rispettivament u li kellha tinġabar lista ta’ dawk kollha li laħqu ħallsu bil-ħsieb li jingħatalhom refund minħabba dan l-iżball?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma.
Leg 11 PQ #6905 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Power station ta' Delimara — Emissjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6740 u 6537 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar l-emissjonjiiet mill-power station ta' Delimara matul is-sena 2008 u fis-sena 2009 sal-lum, partikolarment dwar particulate matter li spiss nirreferu għalih bħala trab fin? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Statement of Defence tal-4 ta' Awissu 2008 li Malta bagħtet lill-Unjoni Ewropea bi tweġiba għall-infringement 2006/2407 li jikkonċerna d-direttiva 2001/80/KE tal-Unjoni Ewropea dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar ta' kombustjoni u dan b'rabta ma' l-operazzjoni ta' l-impjant ta' l-istim Fazi Nru 1 tal-power station ta' Delimara u tal-power station tal-Marsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa l-Enemalta għadha ma bdietx tkejjel il-konċentrazzjoni tat-trab (u sustanzi inkwinanti oħra) fil-gassijiet li jintremew kemm mill-impjant ta’ Delimara kif ukoll mill-impjant tal-Marsa, u għalhekk il-Mepa għad m’għandiex din id-data. Peró ninsabu nfurmati li nħareġ tender għall-installazzjoni ta’ automated measuring systems (AMS) maċ-ċmieni kollha tal-impjanti ta’ Delimara u tal-Marsa. Dan it-tender ġie aġġudikat u l-ikkummissjonament ta’ dan l-apparat beda. Aktar tard ġejna nfurmati li għal raġjunijiet tekniċi m’huwiex possibbli li jitwaħħal il-probe tal-AMS maż-żewġ ċmieni tal-open cycle gas turbines (OCGTs) tal-impjant ta’ Delimara. Għaldaqstant il-konċentrazzjoni tas-sustanzi inkwinanti fil-gassijiet mormija mill-OCGTs ser ikollha tiġi stmata b’metodi alternattivi. Fl-opinjoni tal-MEPA dan ma għandux ikun ta’ problema għax normalment l-OCGTs jintużaw għal inqas minn 500 siegħa fis-sena. Il-MEPA hija nfurmata li bħalissa l-Enemalta qed tikkalibra l-AMS kollha li twaħħlu mal-bqijja taċ-ċmieni fl-impjanti tal-Marsa u ta’ Delimara u dawn mistennija li ma jdumux ma jibdew jiġġeneraw id- data . Nistmaw li sa ma jkun ħareġ il-permess IPPC għall-Impjant ta’ Delimara dawn ikunu qed jiffunzjonaw kompletament.

Stormwater master plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6738 u 6548 u jgħid fiex wasal l-istormwater master plan? Jista' jgħid jekk dan il-pjan hux ser jindirizza l-aspett tal-flood relief u hux ser jipprovdi ammont sostanzjali ta’ storm water għal re-use fix-xhur tas-sajf meta l-aktar ikun meħtieġ? X’inhu l-istorage capacity ppjanat tal-istorm water infrastructure? Meta ser jigi ppubblikat il-pjan nazzjonali dwar l-ilma? Kemm implimentajna s’issa mill-European Union Water Framework Directive?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Information Technology Agency — Chief Executive Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet id-data li fiha intemm il-kuntratt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bħala Chief Executive Officer tal-Malta Information Technology Agency? Meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili tal-post? Intgħażel xi ħadd? Jekk le, meta mistenni jimtela' dan il-post? Ir-rwol taċ-chairman għadu non-executive?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt ta’ l-ex Chief Executive Officer tal-Malta Information Technology Agency (MITA) intemm fid-9 ta’ Jannar 2009. Ma nħarget l-ebda applikazzjoni għall-mili ta’ dan il-post, izda b’effett mid-19 ta’ Jannar 2009 bħala mizura temporanja gie inkarigat id-Deputy Chief Executive Officerbħala Acting Chief Executive Officer. Iva, r-rwol tac -chairman għadu dak ta’ non-executive .

Karozzi importati second hand

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6853 u jgħid kemm ġew reġistrati second hand cars importati f'Jannar u Frar 2009? Qiegħed jiġi kkunsidrat c-CO2 ta' dawn il-karozzi importati second hand?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6830, 6570 u ċioè: Billi l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, bħal kull Ministeru ieħor, huwa ffinanzjat minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħtina dan it-tagħrif marbut mal-abbozz tad-dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu: a) Kemm ġew jiswew individwalment ir-rapporti kkummissjonati in konnessjoni ma' dan id-dokument strategiku i.e. breakdown dettaljat? b) L-ismijiet tal-persuni li għamlu dan ix-xogħol ta’ konsulenza fil-kompilazzjoni ta’ dawn ir-rapporti c) Il-kompetenzi tekniċi tal-persuni konċernati involuti fir-rapporti individwali li jissemmew fid-dokument innifsu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6570 u ċioè: Billi l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, bħal kull Ministeru ieħor, huwa ffinanzjat minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħtina dan it-tagħrif marbut mal-abbozz tad-dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu: a) Kemm ġew jiswew individwalment ir-rapporti kkummissjonati in konnessjoni ma' dan id-dokument strategiku i.e. breakdown dettaljat? b) L-ismijiet tal-persuni li għamlu dan ix-xogħol ta’ konsulenza fil-kompilazzjoni ta’ dawn ir-rapporti c) Il-kompetenzi tekniċi tal-persuni konċernati involuti fir-rapporti individwali li jissemmew fid-dokument innifsu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità Maltija għar-Riżorsi — feed-in tariffs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6569 u jgħid meta ser tiġi deċiża l-policy tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi dwar feed-in tariffs? Dawn se jkunu preferenzjali jew 1 : 1? Hemm xi ħsieb li 'l quddiem titfassal feed-in tariff anke għall-intraprendituri barranin jew Maltin li jistgħu jitħajru jipproduċu enerġija alternattiva għas-suq lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Karozzi importati second hand

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati second hand carsimportati f'Jannar u Frar 2009? Qiegħed jiġi kkunsidrat c-CO2 ta' dawn il-karozzi importati second hand?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sponsorships mill-Arts Council

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista' tal-isponsorships li ngħataw mill-bidu tas-sena 2008 sal-lum mill-Arts Council? Tista' tgħid kemm u liema minnhom ġew rifjutati, flimkien mal-kriterji applikati fl-aċċettazzjoni u fir-rifjut ta' talbiet simili? Napprezza wkoll jekk ningħata l-ammonti ta' l-isponsorship involut.

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kwestjoni fuq late renewal charge

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li l-Awtorità dwar it-Trasport dan l-aħħar introduċiet late renewal charge kemm għar-road licence kif ukoll għar-reġistrazzjoni tal-karozzi, iżda wara li intebħu li dawn l-istruzzjonijiet ma kenux koperti minn Avviż Legali, inħarġet ċirkolari min naħa tagħhom stess fejn qalu li b’seħħ immedjat kellhom iwaqqfu ż-żamma ta’ dawn il-multi li kienu ta’ €2 u €30 rispettivament u li kellha tinġabar lista ta’ dawk kollha li laħqu ħallsu bil-ħsieb li jingħatalhom refund minħabba dan l-iżball?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6675 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli — rapport fuq website tal-Ministeru tar-Riżorsi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa responsabbli għall-iżvilupp sostenibbli? Jekk huwa responsabbli għal dan, għaliex ir-rapport u l-ħidma tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli jinsabu fuq il-website tal-Ministeru tar-Riżorsi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-responsabbilità għall-Iżvilupp Sostenibbli hija waħda li taqa’ f’idejn kulħadd f’dan il-pajjiż. Ir-responsabbilità ta’ koordinazzjoni taqa’ fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli qed tkun reveduta u aġġornata u għandha tkun ippubblikata fi żmien qasir. Id-dokument rivedut ser jitpoġġa fuq il- website tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. www.opm.gov.mt

San Gwann — Naxxar Road - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6283 u jgħid meta hu mistenni li tiġi asfaltata Naxxar Road, San Gwann minħabba l-ammont ta' ħofor li għad hemm fiha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalieħ l-Onor Interpellant isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-ADT u skond il-prijorita ffissata.

Stormwater master plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6548 u jgħid fiex wasal l-istormwater master plan? Jista' jgħid jekk dan il-pjan hux ser jindirizza l-aspett tal-flood relief u hux ser jipprovdi ammont sostanzjali ta’ storm water għal re-use fix-xhur tas-sajf meta l-aktar ikun meħtieġ? X’inhu l-istorage capacity ppjanat tal-istorm water infrastructure? Meta ser jigi ppubblikat il-pjan nazzjonali dwar l-ilma? Kemm implimentajna s’issa mill-European Union Water Framework Directive?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.