Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7762 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

rebates fuq il-kontijiet tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi ħsieb li jirrevedi favorevolment il-mod kif isir il-means test in ġenerali u b’mod partikolari fejn jidħlu familji li jikkwalifikaw għal rebate fuq il-kontijiet tad-dawl minħabba li ċerti nies b’mezzi relattivament baxxi xorta waħda qed jiġu skwalifikati għal ftit euros dħul extra?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-mod kif isir il-means test użat sabiex jiġi deċiż liema familji jikkwalifikaw għal rebate fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma huwa dak użat għal diversi benefiċċji mhux kontributorji. Kull tip ta’ ‘means test’, tagħmlu kif tagħmlu dejjem ser ikollok individwu jew familja li ma jikwalifikawx għal xi għajnuna minħabba li dħul jaqbez bi ftit euro.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — income tax ta' l-impjegati tagħha

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-aħħar irregolarizzat l-pożizzjoni tagħha dwar income tax imnaqqsa mill-pagi tal-impjegati tagħha mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jikkonferma li sa ftit ilu kellhom dues pendenti li jmorru lura sa Settembru 2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7780 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Greenhouse gas emissions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra dwar liema żieda fil-greenhouse gas emissions (CO2 equivalents) ġiet assenjata Malta sas-sena 2020 bis-sena 1990 bħala base line? Jista' jgħid mill- base line year 1990 sal-lum b’kemm żdiedu effettivament l-emissjonijiet tagħna ta’ greenhouse gases ? Jikkonferma li dawn digà żdiedu b’madwar 50%?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforz ta' l-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020 (Effort Sharing Decision), li ġiet addottata f'Diċembru 2008, Malta ġiet allokata żieda ta' mhux aktar minn 5% fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn ċerti setturi, sas-sena 2020 komparat mal-livell ta' emissjonijiet fl-2005. Id-determinazzjoni ta' dan il-persentaġġ ta' emissjonijiet permessi f'termini ta' tunellati kull sena għad irid jiġi stabbilit skond deċiżjonijiet li jiġu addottati mill-Kummissjoni Ewropea b'konsultazzjoni mal-Istati Membri. Ta’ min ifakkar li hemm ukoll id- Direttiva dwar l-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ( European Union Emissions Trading Scheme ) li f'Malta sa llum tkopri emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-impjanti ta' ġenerazzjoni ta' l-elettriku operati mill-Korporazzjoni Enemalta. Fir-rigward ta' emissjonijiet li jaqgħu taħt din id- Direttiva, jiġi stabbilit limitu kollettiv ta' emissjonijiet permessi għall-Komunità Ewropea, li imbagħad jiġi allokat fost l-intrapriżi industrijali kollha li jaqgħu taħt l-iskema u li jistgħu jittrasferixxu parti mill-kwoti rispettivi tagħhom bejniethom skond il-bżonn. Għall-perjodu 2013 sa 2020, il-limitu ta' emissjonijiet globali f'termini ta' tunellati kull sena se jiġi stabbilit fuq livell ta' Komunità u dan skond il-proviżjonijiet stabbiliti fl-emendi ta' din id-Direttiva kif addottati f'Diċembru 2008. L-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, jistabbilixxi r-rekwiżiti għar-rappurtar annwali lill-Kummissjoni Ewropeja tal-Inventarju Nazzjonali dwar l-Emissjonijiet ta’ Gassijiet b’Effett Serra. Malta riċentament irrappurtat lill-Kummissjoni Ewropea dan l-Inventarju Nazzjonali. Kif imsemmi f’dan l-istess Inventarju, tul il-perjodu 1990 ( base line year ) sas-sena 2007, f’Malta l-emissjonijiet ta’ Gassijiet b’Effett Serra żdiedu b’998,400 tunnellata ekwivalenti ta’dijossidu tal-karbonju (CO 2 eq .), li jfissru żieda ta’ 49.0% bejn dan l-istess perjodu. Kull sena dan l-Inventarju Nazzjonali jiġi aġġornat biex jinkludi l-aħħar informazzjoni disponibbli. Għaldaqstant, filwaqt li l-Inventarju nazzjonali jagħti riżultat ta' l-emissjonijiet totali ta' Malta, mira nazzjonali globali li tkopri l-emissjonijiet kollha minn Malta mhix provduta mill-liġijiet Ewropej dwar il-bdil fil-klima; dan għaliex miri relevanti għal Malta huma stabbiliti skond il-mod kif setturi differenti jiġu ndirizzati mill-politika Ewropea dwar il-bdil fil-klima.
Leg 11 PQ #7794 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttiva tal-Unjoni Ewropea — ħarsien tal-ilma mit-tniġġiż - nitrati

Question

B'referenza għad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħarsien tal-ilma mit-tniġġiż ikkawżat minn nitrati ġejjin minn sorsi tal-agrikultura (19/676/EEC), jista' l-Prim Ministru ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra: a) id-dettalji tal-kodiċi ta' prattika aċċettata fl-agrikultura li l-Gvern kellu jibgħat lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, u jgħid jekk kellux xi kummenti mill-Kummissjoni fuq din il-kodiċi? b) dawk il-programmi ta' azzjoni li ġew imfassla mill-Gvern biex jilħaq l-għanijiet speċifikati fid-direttiva fil-konfront tal-inħawi vulnerabbli li ġew mgħoddija lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea? ċ) ir-riżultati ta' konċentrazzjoni ta' nitrati fl-ilma tal-pjan, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex u f'Kemmuna, li kelhom jinġabru minn mindu Malta saret membtru tal-Unjoni Ewropea? d) ir-rapport li kellu jintbagħat lill-Kummisjoni tal-Unjoni Ewropea skond it-tagħrif mitlub mid-Direttiva indikat f'Annex V?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Xogħol lil ditti ta' awdituri privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu Segretarju Parlamentari u Ministru kemm ingħata xogħol lil ditti ta’ awdituri privati mill-Ministeru tiegħu u mill-ażjendi li huwa direttament responsabbli għalihom? Liema kienu dawn l-awdituri u accountancy firms u kemm tħallset kull waħda minnhom b’kollox?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #7570 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kiri ta' ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Gvern qed jikri xi ambulanzi? Jekk iva, kemm qed jikri minnhom? Mingħand min inkrew? Kif intgħażel dan is-sors u xi proċeduri intużaw dwar dan? B'kemm qed jinkrew kuljum?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Gvern qiegħed jikri ambulanzi mingħand il-privat. Wieħed ma jistax jgħid kemm qed jinkrew ambulanzi kuljum, għax dawn jinkrew f’okkażjonijiet ta’ ħsarat li jġarrbu l-ambulanzi tad-Diviżjoni u skont il-ħtieġa. Nista’ nispeċifika, pero’, li bejn Jannar u Ġunju 2008 ma nkrewx ambulanzi, filwaqt li bejn Lulju u Diċembru 2008 inkrew 198 darba. Matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2009 inkrew b’kollox 169 –il darba. L-ambulanzi jinkrew minn dawn is-sorsi : Red Cross Ambulance, St. John’s Ambulance (Malta), Health Services Group Ltd, FSC Ltd, u Ambumar Ltd. Għal dan l-iskop, intalbu tliet kwotazzjonijiet. Dawn ġew evalwati kollha u anke ġew verifikati minn uffiċjali kliniċi fid-Dipartment ta’ l-Emerġenza ta’ l-iSptar Mater Dei biex jassiguraw li huma ambulanzi li jistgħu joffru servizz sħiħ ta' emerġenza. Dawk l-ambulanzi li jinkrew u jkunu ser jintużaw mill- garage ta’ G'Manġia għal skopijiet ohra (minbarra l-każi ta’ emerġenza) jiġu verifikati sabiex jiġi assigurat li dawn ikollhom l-aċċessorji kollha biex jagħtu servizz lil pazjenti biex jitwasslu lejn id-dipartimenti ta’ l- Out Patients, Djar ta’ l-Anzjani tal-Gvern u dawk tal-privat, Sptarijiet tal-Gvern, Kliniċi tas-Saħħa, Ajruport Internazzjonali ta' Malta, eċċ. Informat ukoll li fis-sena 2008, l-ambulanzi nkrew mingħand Ambumar Ltd bir-rata ta’ €161.50 kuljum, filwaqt li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2009 inkrew 60 darba mingħand FSE Ltd (bir-rata ta’ €140 kuljum) u 27 darba mingħand Health Services Group Ltd. (bir-rata ta’ €200 kuljum) għall-użu fis-servizz ta’ l-Emerġenza ta’ l-iSptar Mater Dei, filwaqt li nkrew 82 darba oħra mingħand Ambumar Ltd. (bir-rata ta’ €161.50 kuljum) għas-servizzi l-oħra minbarra dawk relatati ma’ l-iSptar Mater Dei.
Leg 11 PQ #7626 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Esportazzjoni ta' skart

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid Malta kemm tipproduċi non-organic waste bħala medja fis-sena? Jista' jispjega l-fatt li filwaqt li fil-gazzetta Sunday Times l-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali qal li l-waste tagħna nesportawh l-aktar lejn iċ-Ċina, l-Prim Ministru qal fil-Parlament li dan jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea, primarjament lejn il-Ġermanja? Jista’ jgħid x'volum ta’ hazardous waste nipproduċu u kemm minnu jiġi esportat? Dak li ma jiġix esportat xi jsir minnu? Kemm nesportaw e-waste? X’persentaġġ mill-waste tagħna jiġi esportat għad-disposal u kemm minnu huwa esportat għar-recovery? Kif nassiguraw li l-waste treatment fir-receiver countries ikun aktar environmentally friendly milli f’pajjiżna stess, jiġifieri l-pajjiż tal-oriġini? Billi l-EU Waste Framework Directive tistipula li l-istati membri għandhom ikunu awto-suffiċjenti f’dak li huwa waste disposal capacity, jista' jgħid jekk dan huwiex il-każ fejn għandu x’jaqsam pajjiżna? Billi l-esportazzjoni ta’ hazardous waste for recovery mill-Unjoni Ewropea lil pajjiżi non-OECD huwa projbit, jista' jassigura li Malta qiegħda żżomm ma' dawn ir-regolamenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Malta tipproduċi madwar 2.7 miljun tunellata ta’ skart mhux organiku fejn il-maġġor parti ta’ dan l-iskart jirriżulta mill-qasam tal-kostruzzjoni. Huwa l-iskart perikoluż li jiġi esportat primarjament lejn il-Ġermanja, filwaqt li skart mhux perikoluż bħal plastik u metall jiġi esportat lejn iċ-Ċina kif ukoll pajjiżi oħra skond Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart u skond il-konvenzjoni ta’ Bazel. L-aħħar figuri juru li Malta tipproduċi madwar 53,000 tunellata ta’ skart perikoluż fis-sena fejn fl-2006 ġew esportati 1,346 tunellata. Il-kumplament qed jiġi maħżun f’imħażen awtorizzati sakemm jiġi esportat. Fir-rigward tal- e-waste, Malta għadha qatt ma esportat dan il-ġeneru ta’ skart. Ħamsa fil-mija ta’ l-iskart esportat jiġi esportat għall-operazzjonijiet tar-rimi filwaqt li l-95% l-oħra jiġu esportati għar-rkupru. L-awtoritajiet kompetenti Maltin jassiguraw ruħhom li l- waste management fir- receiver countries ikun aktar environmentally friendly milli f’pajjiżna stess, billi l- producer ta’ l-iskart jipprovdi d-dokumenti meħtieġa kif mitluba minn Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjaġġi ta’ skart qabel ma jingħata l-kunsens tagħhom għal vjaġġ ta’ skart destinat għal operazzjoni ta’ rkupru jew rimi temporanja. Malta mhiex kompletament awto-suffiċjenti f’dak li huwa rimi ta’ l-iskart kif ukoll irkupru ta’ skart, dan għaliex iċ-ċirkostanzi ġeografiċi u l-ħtieġa ta’ impjanti speċjalizzati għal ċertu tip ta’ skart, ma jippermettux biex Malta tilħaq dan il-għan. Dan bl-ebda mod ma jmur kontra l-proviżjonijiet ta’ l- EU Waste Framework Directive fejn huwa stipulat li l-għan li l-istati Membri jkunu awto-suffiċjenti għandu jsir b’kont meħud taċ-ċirkostanzi ġeografiċi jew tal-ħtieġa ta’ impjanti speċjalizzati għal ċertu tip ta’ skart. L- EU Waste Framework Directive tkompli billi tistipula li l-prinċipji tal-viċinanza u ta’ l-awto-suffiċjenza ma jfissrux li kull Stat Membru għandu jkollu l-firxa kollha ta’ faċilitajiet ta’ rkupru finali f’dak l-Istat Membru. Qabel ma l-awtoritajiet Maltin jagħtu l-kunsens tagħhom għal skart perikoluż destinat għall-operazzjoni ta’ rkupru, il- producer għandu jipprovdi lill-awtoritajiet ikkonċernati d-dokumenti meħtieġa kif mitluba skond Regolament (KE) Nru 1013/2006. Dan isir biex l-awtoritajiet Maltin jassiguraw ruħhom li l-iskart huwa destinat lejn pajjiż ta’ OECD u li l-vjaġġ isir skond l-istess imsemmi regolament u skond il-konvenzjoni ta’ Bazel.
Leg 11 PQ #7703 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lukanda abbandunata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7353 u cioè: B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas- saħħa tar-residenti tal-inħawi. B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi corrugated panels qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti. Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il- premises mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar- residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7704 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Replacement nicotine cartridges

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7352 u cioè: Peress li f’pajjizi oħrajn tal-Unjoni Ewropea fejn hemm restrizzjonijiet fuq it-tipjip huma permessi dawk li jissejħu electronic cigarettes fejn mingħajr ma wieħed ipejjep b'mod konvenzjonali jista' jirrikorri għall-electronic cigarette kits li jaħdmu b’replacement nicotine cartridges, jista' l-Gvern jirrevedi l-policy tiegħu f'dan ir-rigward, meta f’bosta pajjiżi dawn jistgħu jinbiegħu b’mod legali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li skond il-liġijiet ta’ Malta prododott li jkun fih sustanza derivata minn tabakk bhal ma hija n-nikotina huwa klassifikat bħala prodott tat-tabakk għall-finijiet lal-liġi. Għaldaqstant dak kollu li japplika għat-tabakk japplika wkoll għal dawn il-prodotti u għalhekk għalkemm dawn jistaw jinbiegħu b’mod legali, għandhom restizzjonijiet dwar użu u reklamar bħal ma għandu t-tabakk. Informat ukoll li d-Diviżjoni għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika qed issegwi mill-qrib l-iżviluppi li qed isuru f’dan il-qasam kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tas-saħħa u jekk tinħass il-ħtieġa policies u liġijiet jiġu riveduti.
Leg 11 PQ #7705 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri ta' matul il-jum

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7351 u cioè: Madwar 20 xahar ilu, l-amministrazzjoni taċ-ċentri ta’ matul il-jum (adult training centres) inbidlet mill-Ministeru tal-Politika Soċjali għall-Foundation for Social Welfare Services – taħt l-aġenzija Sapport. Jista' l-Ministru jgħid x’bidla kien hemm fl-ispiża kapitali ghat-tmexxijja ta’dawn iċ-ċentri? Jista' jagħti breakdown tal-bagit tal- Foundation for Social Welfare Services li tinkorpora l-aġenzija Appoġġ, l-aġenzija Sedqa u l-aġenzija Sapport. X’persentaġġ tal-baġit tal-aġenzija Sapport qed tkun allokata għaċ-ċentri ta’ matul il-jum?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ispiża kapitali għat-tmexxija ta’dawn iċ-ċentri hi hekk :- Sena Ammont Allokat € Nefqa € 2005 81,528 81,512 2006 69,881 69,716 2007 163,056 134,465 2008 85,300 85,114 2009 60,000 Informat ukoll li l-breakdown tal-baġit tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali huwa hekk: Agenzija Budget Vote No. € % of Budget FSWS 6207 93,000 0.85 Sedqa 6645 2,200,000 20.05 Appogg 6646 2,870,000 26.15 Sapport 6774 5,810,000 52.95 Total: 10,973,000 Mill-ammont ivvutat lil Aġenzija Sapport, qed ikun allokat ammont ta’ 62.6% liċ-ċentri ta’ matul il-jum.

Mott McDonald — rapporti dwar wind energy

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7341 u jgħid jekk il-konsulenti Mott McDonald kemm-il rapport dwar il-wind energy ippreżentaw lill-Gvern? Wieħed jew tnejn? Jekk jirriżulta li ġew mħejjija aktar minn rapport wieħed, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tieni rapport?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7481 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment Impact Assessment Consultants’ Register

Question

Issa li wara tant dewmien ġie deċiż li jitwaqqaf kif suppost Environment Impact Assessment Consultants’ Register, jista' l-Prim Ministru jgħid xi kriterji se jkun hemm dwar l-eliġibilità ta' dawk li jistgħu japplikaw? Jaħseb li għandhom jiġu esklużi a priori persuni li jaħdmu f’awtoritajiet regolatorji bħalma huma l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi? X’ policy ser jimxi biha l-bord dwar nies li telqu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar riċentement biex jiġi eliminat kull ‘ notion of conflict of interest u/jew undue influence ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Gambling Outlets

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7287 u 7048 u cioè: Fid-dawl ta’ dak li rriżulta mil-laqgħa riċenti tal-House Social Affairs Committee dwar il-gambling outlets illegali li qed jinbtu madwar Malta kollha, jista' jieħu azzjoni flimkien mal-Ministru għall-Intern sabiex jigi żgurat li tittieħed azzjoni konkreta kontra dan l-operat illegali? Meta se jiddeċiedi l-Gvern jekk ħwienet simili humiex legali jew le, jew għandhomx jibqgħu illegali jew le? Għaliex qed iħallihom joperaw meta sal-lum għad m'hemm l-ebda leġislazzjoni jew regolamenti li jikkontrollaw l-operat tagħhom? Iħoss li l-ispjega tal-Agent Chief Executive Officer tal-Lotteries and Gaming Authority li l-awtorità għandha d-dmir li toħroġ il-liċenzji meħtieġa iżda ma tistax tagħmel dan qabel ma jkun hemm legal notice biex tirregola dan in-negozju, jindika li l-Gvern jidher li jinsab miexi lejn l-aċċettazzjoni ta’dawn il-gambling outlets kollha? X’tifhem il-Lotteries and Gaming Authority meta qed tistqarr li l-intenzjoni tagħha hi li il pożizzjoni tiġi regolarizzata kmieni kemm jista jkun? Li dawn se jibdew jitħallew joperaw f’pajjiżna bil-liċenzji li għad jridu joħorġu? Billi intqal li l-Lotteries and Gaming Authority qed tippjana anki pjanijiet fit-tul dwar passi dwar bans fuq gaming f’internet cafes b’liema kriterju qed jigi indikat li il-Gvern jista' jimxi b’kejl differenti fejn jiffavorixxi dawn il-gambling outlets u ma jieħux l-istess passi li jistgħu jiġu kkontemplati vis-a-vis l-gaming fl-internet cafes? Jista' jara flimkien mal-Ministru tal-Intern kemm minn dawn l-outlets qegħdin irażżnu żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena milli jiffrekwentawhom? Huwa minnu li spiss qed ikun hemm tfal ġo fihom? Filwaqt li wieħed jifhem ir-rakkmandazzjoni tal-Kumitat li għandha tispiċċa d-distinzjoni bejn gambling outlets u amusement machines jaħseb li l-gaming outlets jirrikjedu attenzjoni aktar prijoritarjà? Il-Gvern għandu jieħu in kunsiderazzjoni wkoll il-location ta’ dawn l-outlets li skond ma ġie żvelat f’ċerti każi jinsabu qrib ħafna ta' ċerti knejjes u skejjel? Filwaqt li wieħed japprezza il-proposta tal-kumitat li għandu jkun hemm moniteraġġ ta’ dawn l-attivitajiet, jaħseb li flimkien mal-Ministru tal-Intern hija responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali biex jieħu passi mmedjati kontra din l-illegalità?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7503 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Litter Act — kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7285 u 7045 u jgħid kemm inħarġu taħrikiet fuq kontravenzjonijiet taħt LN344/05 (Littering Act) xahar b’xahar minn Jannar 2006 sa Frar 2009 maqsumin f’kemm minn dawn inħarġu mill-Gwardjani Lokali, mill-Pulizija u Inspectors tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn it-taħrikiet ġew imħallsa mill-ewwel? Kemm minnhom ġew ikkontestati fit-tribunal lokali u t-taħrika ġiet ikkonfermata u tħallset? Kemm minn dawk li ġew ikkonfermati għadhom ma tħallsux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7504 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Annual Report

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7284 u 6986 u jgħid għaliex ir-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 2008 għadu ma ġiex ippubblikat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jidhirlu li dan qed imur kontra l-legal frameworks kif ipprovdut mid-Development Planning Act li jirrigwarda financial reporting tal-awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7486.
Leg 11 PQ #7536 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Evacuation Drills

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Recycle Tuesdays

Question

Filwaqt li f’wiehed mir-riklami tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jintqal li ingabru xi 7,280 tunnellata skart permezz tal-iskema Recycle Tuesdays, id-dokument strategiku li ħareg il-Gvern dwar skart solidu jgħid li fl-ewwel ġimgħat inġabru xi 140 tunnellata fil-ġimgħa u li b’dawn il-projections suppost li tintlaħaq il-figura ta’ 7,280 tunellata, jista' l-Ministru jikkonferma jekk dawn il- projections intlaħqux sal-lum? Jista' jgħid dan l-eżercizzju kemm gie jiswa lit-taxpayer Malti? Jista' fit-tweġiba tiegħu tagħti breakdown tal-figuri separati tal-plastik, metal u cardboard dwar kemm gie miġbur skart taħt din l-iskema u kemm gie jiswa il-process kemm tal-ġbir kif wkoll tar-riċiklaġġ? Jikkonferma li l-iskema innifisha kienet bdiet xi xahar tard is-sena li għaddiet f’Mejju 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lis-sistema ta’ Recycle Tuesdays bdiet taħdem f’Mejju 2008 u l-ammont li nġabar sa Frar 2009 huwa ta’ 5,670.68 tunnellata maqsumin kif ġej: Metall: 567.06 Plastik: 2041.45 Karta: 2778.63 Il-kumplament huwa materjal li ma jiġix riċiklat. Il-figura ta’ 7,280 tunnellata għanda tintlaħaq f’perjodu ta’ 12 il-xahar. Għalkemm l-ispiża ta’ riċiklaġġ tal-materjal tvarja skond is-suq tal-prodotti, minn stima li saret riċenti din tammonta għal madwar €40 kull tunnellata biex tiġi pproċessata. Ma dan trid iżżid l-ispiża ta’ madwar €230,000 fis-sena biex dan il-materjal jinġabar.
Leg 11 PQ #7284 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Annual Report

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6986 u jgħid għaliex ir-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 2008 għadu ma ġiex ippubblikat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jidhirlu li dan qed imur kontra l-legal frameworks kif ipprovdut mid-Development Planning Act li jirrigwarda financial reporting tal-awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7486.
Leg 11 PQ #7419 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7420 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Spetturi ta' l-Ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7238 u jgħid sena b’sena mill-2002 sa l-2008 kemm kien hemm Spetturi ta’ l-Ambjent impjegati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.