Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7900 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

High Rise Buildings

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7410 u jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-High Rise Buildings?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

skema tal-fidi taċ-ċens imnedija mill-Gvern.

Question

B'referenza għall-iskema tal-fidi taċ-ċens imnedija mill-Gvern, jidhirlu l-Ministru li l-fatt li persuni li applikaw fl-istess perijodu iżda għal raġunijiet independenti minnhom issejħu fi żmien differenti biex jifdu ċ-ċens u għalhekk qed jiġu suġġetti għal kundizzjonijiet differenti, jikkonstitwixxi punt ta' trattament inugwali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjonjiet għall-fidi ta’ ċnus imnedija mill-Gvern kienu jinżammu f’ordni kronoloġiku u f’din l-ordni l-applikanti kienu jiġu mgħarrfa bil-prezz tal-fidi, iżda peress li qabel ma jsir il-Kuntratt, iridu jsiru ċerti verifiki kif ukoll il-pjanti għar-reġistrazzjoni mar-Reġistru tal-Artijiet u f’ċerti każi saħansitra jkun meħtieġ jinġiebu aktar dettalji mill-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi li qabel kienu jamministraw dawn il-proprjetajiet, il-kuntratti ma setgħux jiġu ppublikati fl-istess ordni kronoloġiku iżda kienu jiġu pubblikati hekk kif kull każ partikolari ikun iffinalizzat. Din hija l-unika raġuni għala persuni li applikaw fl-istess perjodu issejħu fi żmien differenti biex jifdu ċ-ċens. L-Onorevoli membru jaf u japprezza li l-informazzjoni miżmuma mill-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi mhux dejjem kienet miżmuma bl-aħjar mod possibbli, speċjalment fejn il-provvenjenza tmur lura mijiet ta’ snin. Huwa utli li l-Onorevoli Membru jkun infurmat li l-bidliet imħabbra għall-iskema dan l-aħħar huma intiżi biex l-iskop u l-ħsieb wara l-skema ta’ l-2001 ikunu rispettati. Il-Gvern għandu obbligu morali u legali li jibża għal proprjeta’ tiegħu, anke għal dawk li ġejjin warajna f’qafas ta’ żvilupp sostenibbli. Wara kollox, l-iskema ta’ l-2001 kienet konċessjoni li l-Gvern ta lil dawk li kellhom ċnus temporanji ġejjin mill-knisja. Il-Gvern la kien obbligat ibigħ tali ċens u lanqas l-enfitewti ma kellhom obbligu li jifdu. Pero’ jinkombi fuq il-Gvern li meta ra li kien hemm ammont profikwu ta’ spekulazzjoni ta’ proprjeta’ wara li jinfeda ċ-ċens temporanju, il-Gvern kellu jieħu miżuri biex jagħlaq il-bieb għall-abbuż. L-iskop ewlieni mniedi mill-gvern dwar l-iskema kien biex individwi jkunu jistgħu jixtru propjeta’ li tkun ir-residenza ordinarja tagħhom jew post ta’ villeġġjatura li jkun għandhom b’enfitewsi temporarju jew kiri. Dan l-iskop ewlieni għadu jinżamm sħiħ bħalma baqgħu jinżammu sħaħ wkoll il-prezz li bih wieħed jista’ jixtri daru jew il-post tal-villeġġjatura. L-iskema ġiet temporanjament sospiża biex it-Taqsima Propjeta tal-Gvern tkun tista tikkonsolida u tipproċessa l-applikazzjonijiet pendenti u cioe 3,040 applikazzjoni. Fl-istess waqt qed jiġi assigurat li spekulazzjoni ta’ proprjeta’ permezz ta’ bejgħ sussegwenti ta’ tali propjeta’ tiġi mxejjna. Tali miżuri li jwaqqfu spekulazzjoni ta’ propjeta’ pubblika ma jistgħux jitqiesu bħala trattament inugwali.
Leg 11 PQ #8019 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment Impact Assessment Consultants’ Register

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7481 u cioè: issa li wara tant dewmien ġie deċiż li jitwaqqaf kif suppost Environment Impact Assessment Consultants’ Register, jista' l-Prim Ministru jgħid xi kriterji se jkun hemm dwar l-eliġibilità ta' dawk li jistgħu japplikaw? Jaħseb li għandhom jiġu esklużi a priori persuni li jaħdmu f’awtoritajiet regolatorji bħalma huma l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7481.

Gambling Outlets

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7502, 7287 u 7048 u cioè: Fid-dawl ta’ dak li rriżulta mil-laqgħa riċenti tal-House Social Affairs Committee dwar il-gambling outlets illegali li qed jinbtu madwar Malta kollha, jista' jieħu azzjoni flimkien mal-Ministru għall-Intern sabiex jigi żgurat li tittieħed azzjoni konkreta kontra dan l-operat illegali? Meta se jiddeċiedi l-Gvern jekk ħwienet simili humiex legali jew le, jew għandhomx jibqgħu illegali jew le? Għaliex qed iħallihom joperaw meta sal-lum għad m'hemm l-ebda leġislazzjoni jew regolamenti li jikkontrollaw l-operat tagħhom? Iħoss li l-ispjega tal-Agent Chief Executive Officer tal-Lotteries and Gaming Authority li l-awtorità għandha d-dmir li toħroġ il-liċenzji meħtieġa iżda ma tistax tagħmel dan qabel ma jkun hemm legal notice biex tirregola dan in-negozju, jindika li l-Gvern jidher li jinsab miexi lejn l-aċċettazzjoni ta’dawn il-gambling outlets kollha? X’tifhem il-Lotteries and Gaming Authority meta qed tistqarr li l-intenzjoni tagħha hi li il pożizzjoni tiġi regolarizzata kmieni kemm jista jkun? Li dawn se jibdew jitħallew joperaw f’pajjiżna bil-liċenzji li għad jridu joħorġu? Billi intqal li l-Lotteries and Gaming Authority qed tippjana anki pjanijiet fit-tul dwar passi dwar bans fuq gaming f’internet cafes b’liema kriterju qed jigi indikat li il-Gvern jista' jimxi b’kejl differenti fejn jiffavorixxi dawn il-gambling outlets u ma jieħux l-istess passi li jistgħu jiġu kkontemplati vis-a-vis l-gaming fl-internet cafes? Jista' jara flimkien mal-Ministru tal-Intern kemm minn dawn l-outlets qegħdin irażżnu żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena milli jiffrekwentawhom? Huwa minnu li spiss qed ikun hemm tfal ġo fihom? Filwaqt li wieħed jifhem ir-rakkmandazzjoni tal-Kumitat li għandha tispiċċa d-distinzjoni bejn gambling outlets u amusement machines jaħseb li l-gaming outlets jirrikjedu attenzjoni aktar prijoritarjà? Il-Gvern għandu jieħu in kunsiderazzjoni wkoll il-location ta’ dawn l-outlets li skond ma ġie żvelat f’ċerti każi jinsabu qrib ħafna ta' ċerti knejjes u skejjel? Filwaqt li wieħed japprezza il-proposta tal-kumitat li għandu jkun hemm moniteraġġ ta’ dawn l-attivitajiet, jaħseb li flimkien mal-Ministru tal-Intern hija responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali biex jieħu passi mmedjati kontra din l-illegalità?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8022 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Litter Act — kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7503, 7285 u 7045 u jgħid kemm inħarġu taħrikiet fuq kontravenzjonijiet taħt LN344/05 (Littering Act) xahar b’xahar minn Jannar 2006 sa Frar 2009 maqsumin f’kemm minn dawn inħarġu mill-Gwardjani Lokali, mill-Pulizija u Inspectors tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn it-taħrikiet ġew imħallsa mill-ewwel? Kemm minnhom ġew ikkontestati fit-tribunal lokali u t-taħrika ġiet ikkonfermata u tħallset? Kemm minn dawk li ġew ikkonfermati għadhom ma tħallsux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7045.
Leg 11 PQ #8023 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Evacuation Drills

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7536 u jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7045 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Litter Act — kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu taħrikiet fuq kontravenzjonijiet taħt LN344/05 (Littering Act) xahar b’xahar minn Jannar 2006 sa Frar 2009 maqsumin f’kemm minn dawn inħarġu mill-Gwardjani Lokali, mill-Pulizija u Inspectors tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn it-taħrikiet ġew imħallsa mill-ewwel? Kemm minnhom ġew ikkontestati fit-tribunal lokali u t-taħrika ġiet ikkonfermata u tħallset? Kemm minn dawk li ġew ikkonfermati għadhom ma tħallsux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari 7045 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi li juri l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #7481 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment Impact Assessment Consultants’ Register

Question

Issa li wara tant dewmien ġie deċiż li jitwaqqaf kif suppost Environment Impact Assessment Consultants’ Register, jista' l-Prim Ministru jgħid xi kriterji se jkun hemm dwar l-eliġibilità ta' dawk li jistgħu japplikaw? Jaħseb li għandhom jiġu esklużi a priori persuni li jaħdmu f’awtoritajiet regolatorji bħalma huma l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi? X’ policy se jimxi biha l-bord dwar nies li telqu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar riċentement biex jiġi eliminat kull notion of conflict of interest u/jew undue influence ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Bord ġie kostitwit fis-16 ta’ Jannar, 2009 u beda x-xogħol tiegħu biex jistabillixi l-kriterji fuq ir-reġistrazzjoni tal-konsulenti. Is-suġġerimenti li għamel l-Onorevoli Interpellant huma meħuda inkonsiderazzjoni.
Leg 11 PQ #7795 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttiva tal-Unjoni Ewropea — ħarsien tal-ilma mit-tniġġiż - nitrati

Question

B'referenza għad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħarsien tal-ilma mit-tniġġiż ikkawżat minn nitrati ġejjin minn sorsi tal-agrikultura (19/676/EEC), jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar: a) Liema huma dawk l-inħawi vulnerabbli fil-gżejjer Maltin li minnhom inixxu n-nitrati mill-iskart tal-annimali (bħall-baqar u l-ħnieżer) li jistgħu jikkontaminaw l-ilma tal-pjan, li l-Gvern kellu l-obbligu li jiddikjara lill-Komunità Ewropea skond din id-direttiva? b) Il-programm ta' monitoraġġ adattati u kif dawn qegħdin jiġu implementati biex ikun magħruf kemm huma effettivi dawn il-programmi ta' azzjoni msemmija aktar il-fuq? ċ) X'miżuri qed jittieħdu mill-gvern dwar il-numri kbar u evidenti ta' munzelli ta' demel biswit irziezet tal-baqar u tal-ħnieżer, li kollha qegħdin f'dawn l-inħawi vulnerabbli u li mingħajr dubju qed iżidu b'mod allarmanti l-ammont ta' nitrati fl-ilma tal-pjan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #7796 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Pagi/benefiċċji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali, fir-ranks ta' Lieutenant-Colonel, Maġġur, Kaptan u Logutenent fil-Forzi Armati ta' Malta - AFM - li bħalissa qegħdin jirċievu pagi u benefiċċji oħra li huma ogħla minn dik strettament applikabbli għall-iskala tar-rank sostantiv tagħhom? Jekk hemm minn dawn il-każi, min huma l-uffiċjali konċernati, u fuq liema bażi jew kriterji qed jingħataw dawn il-pagi/benefiċċji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li erba’ uffiċjali qed jirċievu salarju jew xi benefiċċji ogħla minn dawk strettament applikabbli għall-iskala tar-rank sostantiv tagħhom kif inhu muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — investigazzjoni mill-Unjon Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li l-Unjoni Ewropea qed tinvestiga il-Ministeru tiegħu dwar materji amministrattivi li allegatament jiksru l-liġijiet Ewropew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Plastic carrier bags

Question

Jidhirlu l-Ministru li r-regolamenti ġodda li jirrigwardaw plastic carrier bags, retailers, wholesalers u manufacturers fejn dawn qed jiġu obbligati jiddisponu mill-istocks kollha tagħhom sa tmiem April 2009 jew inkella jarmuhom hija tassattiva żżejjed, aktar u aktar meta wieħed iqis iċ-ċokon tas-suq intern Malti, fejn għandi għalfejn nifhem li standard minimum order ta' 5,000 jew 10,000 printed carrier bags normalment isservi retail outlet normali u li m'huwiex supermarket għal madwar sentejn jew tlieta? Meta mpona din id- deadline il-Gvern ħa in konsiderazzjoni li billi ħafna minn dawn il- carrier bags huma ta' natura degradabbli jistgħu jiddisintegraw ruħhom fil- packaging tagħhom jekk ix- shelf life tagħhom jiġi prolongat u r- retailers b’hekk jispiċċaw jitilfu l-i stock tagħhom? Jidhirlu l-Ministru li billi hemm min qed jipprova jinnegozja xi extensions għal din id- deadline dan żgur m'huwiex ser jindirizza l-problema ewlenija li qed jiffaċċjaw ħafna retailers għaliex xorta waħda se jkollhom tliet għażliet – jew li jaraw il-ħsara ssir lill-i stocks tagħhom, jew li jiġu mġiegħla ibiegħuhom bit-telf, jew inkella jiġu soġġetti għall-prosekuzzjoni tal-ispetturi tal-VAT? Jidhirlu li dan id-dewmien kollu dwar jekk hux se jkun hemm estensjoni jew le tal-perijodu indikat qed joħloq inċertezza kbira u jxekkel il-mixja lejn sistemi alternattivi ta’ retail packaging ? Il-Gvern qiegħed iqis il-kumplikazzjonijiet li se jqumu dwar refunds ta’ eco tax u VAT li diġa' nġabret u twasslet għand id-Dipartiment tal-VAT? Japprezza l-Ministru li meta dan il-materjal inxtara oriġinarjament ir- retailers kienu ġew charged kemm eco tax kif ukoll VAT max-xirja? Filwaqt li wieħed jilqa' kull pass li jista' sabiex eventwalment jitnaqqas l-użu tal-boroż tal-plastik fil-pajjiż, jaħseb il-Ministru li jkun ferm aktar loġiku jekk jiġi addottat moratorium ta’ mill-inqas sentejn, kif sar f’pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea mit-2 ta' Marzu 2009 'il quddiem, f’liema perijodu manufacturers, wholesalers u retailers ikollhom żmien biżżejjed biex jikkunsmaw u jiddisponu mingħajr ebda kundizzjonijiet dan il-materjal u fl-istess ħin jadattaw għas-sistemi ġodda ta’ retail packaging ikkontemplat?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Policy fuq żbir

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7361 u 7123 u jgħid jekk il-Gvern għandux xi policy dwar iż-żbir tas-siġar kemm fir-rigward l-operat tiegħu nnifsu kif ukoll bħala gwida għall-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex, billi spiss jaslu rapporti u jkun hemm min anke kkritika u kkummenta fil-media indipendenti li ħafna drabi iż-żbir isir b'nuqqas t'għaqal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor membru li l-policy li għandu l-Gvern tirrigwarda s-siġar protetti skond l-Avviż Legali Nru 12 tal-2001 fejn id-Dipartiment tal-Agrikultura jew persuni awtorizzati minnu huma nkarigati biex jiżbru dawn is-siġar għal raġunijiet ta’ maniġġar jew intervent kirurġiku. Bħalissa l-MELP ( Malta Embellishment Landscaping Project ) qed tiġi mfassla policy għas-siġar kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern u l-Kunsilli Lokali. Sadanittant, il-Ministeru isostni li kull xogħol ta’ żbir goff mill-Gvern Ċentrali jew il-Kunsilli Lokali għandu jkun approvat mill-Monitoring Unit tal-Malta Embellishment Landscaping Project.
Leg 11 PQ #7899 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għal permessi ambjentali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7359 u 7235 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6986 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Annual Report

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ir-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 2008 għadu ma ġiex ippubblikat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jidhirlu li dan qed imur kontra l-legal frameworks kif ipprovdut mid-Development Planning Act li jirrigwarda financial reporting tal-Awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7486.
Leg 11 PQ #7234 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjeta' skedata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jghid kemm giet skedata propjetà sena b’sena mill-1993 sa l-2008 u din kif kienet maqsuma bħala kategoriji bejn bini storiku, siti arkeoloġiċi, siti ta’ interess ekoloġiku, siti ta’interess xjentifiku u siti ta’ valur panoramiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7360.
Leg 11 PQ #7238 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Spetturi ta' l-Ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid sena b’sena mill-2002 sa l-2008 kemm kien hemm Spetturi ta’ l-Ambjent impjegati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA tħaddem 19 (dsatax)-il Spettur mad-Direttorat tal-Ħarsien ta’ l-Ambjent. Meta d-Dipartiment tal-Ħarsien ta’ l-Ambjent ingħaqad mal-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm disa’ (9) Environmental Inspectors . Fl-2002 u fl-2004 dan in-numru żdied bi tmien (8) u wieħed (1) Spetturi rispettivament.
Leg 11 PQ #7420 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Spetturi ta' l-Ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7238 u jgħid sena b’sena mill-2002 sa l-2008 kemm kien hemm Spetturi ta’ l-Ambjent impjegati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7238.
Leg 11 PQ #7712 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment enforcement notices

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7358 u 7236 u jgħid kemm inħarġu environment enforcement notices mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Żjara mis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda

Question

Billi ftit ilu l-Ministru kien qal li sa tmien l-ewwel kwart tas-sena kellu jiġi fostna s-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda biex ifakkar l-20 sena mill-inizjattiva tal-Gvern Malti fil-Ġnus Magħquda dwar it-tibdil fil-klima, jista' l-Ministru jgħid meta ser iseħħ din iż-żjara u x'tip ta' attivitajiet ħejja l-Gvern għall-okkażjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din il-mistoqsija ġiet issuperata mill-avvenimenti.