Jista' l-Ministru jispjega min hu responsabbli biex iqassam il-preliminary questionnaires għall-applikazzjoni tal-ażil lill-immigranti li jaslu Malta b'mod irregolari u f'liema stadju jitqassmu dawn il-preliminary questionnaires?
Jiġi spjegat lill-immigranti mid-Detention Services Personnel jew mill-Uffiċjal tal-Kummissarjat tar-Refuġjati li l-applikazzjoni hi għall-ażil u kemm se jdumu fid-detenzjoni ladarba japplikaw?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-amministrazzjoni taċ-Ċentri Magħluqa tieħu ħsieb is-servizz ta’ tqassim tal-Preliminary Questionnaire, li huwa dokument ippreparat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati. Dawn id-dokumenti jitqassmu lill-immigranti ftit wara li dawn jaslu f'Malta. Skont il-Liġi l-applikazzjonijiet iridu jaslu fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati fi żmien xahrejn mill-wasla tagħhom Malta.
Ninsab infurmat illi dawn il-
questionnaires
huma maħsuba biex tinġabar ħafna informazzjoni għall-applikazzjoni tal-ażil. Dawn id-dokumenti ġew maqluba f'għaxar lingwi. Ta minn iżid jgħid li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati bħalissa qiegħed fil-proċess li jniedi proġett li permezz tiegħu din l-informazzjoni tkun tista tingħata wkoll permezz ta' meżżi awdjo viżivi fil-lingwi tal-applikant innifsu.
Iż-żmien li applikant jgħaddi fiċ-Ċentru Magħluq jiddependi mir-riżultat ta' l-applikazzjoni u minn jekk jappellawx minn dan. L-immigranti jingħataw it-tagħrif meħtieġ dwar il-perjodu ta’ detenzjoni u kif wieħed għandu japplika għal ażil.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar l-emissjonjiiet mill-power station ta' Delimara matul is-sena 2008 u fis-sena 2009 sal-lum, partikolarment dwar particulate matter li spiss nirreferu għalih bħala trab fin?
Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Statement of Defence tal-4.8.08 li Malta bagħtet lill-Unjoni Ewropea bi tweġiba għall-infringement 2006/2407 li jikkonċerna d-direttiva 2001/80/KE tal-Unjoni Ewropea dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar ta' kombustjoni u dan b'rabta ma' l-operazzjoni ta' l-impjant ta' l-istim Fazi Nru 1 tal-power station ta' Delimara u tal-power station tal-Marsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6905.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6537 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar l-emissjonjiiet mill-power station ta' Delimara matul is-sena 2008 u fis-sena 2009 sal-lum, partikolarment dwar particulate matter li spiss nirreferu għalih bħala trab fin?
Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Statement of Defence tal-4 ta' Awissu 2008 li Malta bagħtet lill-Unjoni Ewropea bi tweġiba għall-infringement 2006/2407 li jikkonċerna d-direttiva 2001/80/KE tal-Unjoni Ewropea dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar ta' kombustjoni u dan b'rabta ma' l-operazzjoni ta' l-impjant ta' l-istim Fazi Nru 1 tal-power station ta' Delimara u tal-power station tal-Marsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6905.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7850 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u ċioè: Jidhirlu l-Ministru li r-regolamenti ġodda li jirrigwardaw plastic carrier bags, retailers, wholesalers u manufacturers fejn dawn qed jiġu obbligati jiddisponu mill-istocks kollha tagħhom sa tmiem April 2009 jew inkella jarmuhom hija tassattiva żżejjed, aktar u aktar meta wieħed iqis iċ-ċokon tas-suq intern Malti, fejn għandi għalfejn nifhem li standard minimum order ta' 5,000 jew 10,000 printed carrier bags normalment isservi retail outlet normali u li m'huwiex supermarket għal madwar sentejn jew tlieta?
Meta mpona din id-
deadline
il-Gvern ħa in konsiderazzjoni li billi ħafna minn dawn il-
carrier bags
huma ta' natura degradabbli jistgħu jiddisintegraw ruħhom fil-
packaging
tagħhom jekk ix-
shelf life
tagħhom jiġi prolongat u r-
retailers
b’hekk jispiċċaw jitilfu l-i
stock
tagħhom?
Jidhirlu l-Ministru li billi hemm min qed jipprova jinnegozja xi
extensions
għal din id-
deadline
dan żgur m'huwiex ser jindirizza l-problema ewlenija li qed jiffaċċjaw ħafna
retailers
għaliex xorta waħda se jkollhom tliet għażliet – jew li jaraw il-ħsara ssir lill-i
stocks
tagħhom, jew li jiġu mġiegħla ibiegħuhom bit-telf, jew inkella jiġu soġġetti għall-prosekuzzjoni tal-ispetturi tal-VAT?
Jidhirlu li dan id-dewmien kollu dwar jekk hux se jkun hemm estensjoni jew le tal-perijodu indikat qed joħloq inċertezza kbira u jxekkel il-mixja lejn sistemi alternattivi ta’
retail packaging
?
Il-Gvern qiegħed iqis il-kumplikazzjonijiet li se jqumu dwar
refunds
ta’
eco tax
u VAT li diġà nġabret u twasslet għand id-Dipartiment tal-VAT?
Japprezza l-Ministru li meta dan il-materjal inxtara oriġinarjament ir-
retailers
kienu ġew
charged
kemm
eco tax
kif ukoll VAT max-xirja?
Filwaqt li wieħed jilqa' kull pass li jista' sabiex eventwalment jitnaqqas l-użu tal-boroż tal-plastik fil-pajjiż, jaħseb il-Ministru li jkun ferm aktar loġiku jekk jiġi addottat
moratorium
ta’ mill-inqas sentejn, kif sar f’pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea mit-2 ta' Marzu 2009 'il quddiem, f’liema perijodu
manufacturers, wholesalers
u
retailers
ikollhom żmien biżżejjed biex jikkunsmaw u jiddisponu mingħajr ebda kundizzjonijiet dan il-materjal u fl-istess ħin jadattaw għas-sistemi ġodda ta’
retail packaging
ikkontemplat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor Membru, bħala l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar din il-materja, jmissu jaf li l-mistoqsijiet kollha li għamel ġew issuperati mill-avvenimenti hekk kif il-gvern, fil-25 t’April 2009, ħabbar li kien ser jixtri l-istokks kollha tal-plastic carrier bags mingħand il-bejjiegħa. Infakkru li dakinhar anki l-GRTU kienet ħarġet stqarrija. Dan ifisser li l-bejjiegħa jistghu jibdew josservaw ir-regolamenti l-ġodda mid-data mħabbra aktar kmieni din is-sena.
Minbarra hekk, l-Onor Membru jmissu jaf li moratorium ma jaħdimx meta għandek miżura bħal din għax qatt ma tista’ tkun taf xi stokk għandek fis-suq. Dan japplika anki kieku mxejna mas-suġġeriment tal-Kap tal-Oppożizzjoni li nagħmlu ban totali fuq l-użu ta’ dan il-prodott.
Ma nistax nifhem xi jrid jgħid biha l-frażi “prosekuzzjoni tal-ispetturi tal-VAT”. Nittama li l-Onor Membru huwa favur ir-rispett lejn l-obligi fiskali ta’ kull wieħed u waħda minnha.
Awtorità dwar it-Trasport — Late Renewal Charge - road licence refund
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6904 li ġiet imwieġba aktar minn xahar ilu fejn hu kien ikkonferma li huwa minnu li l-Awtorità dwar it-Trasport introduċiet late renewal charge għar-road licences kif ukoll għar-reġistrazzjoni ta' karozzi iżda intebħet li dawn l-istruzzjonijiet ma kenux koperti minn avviz legali u effettivament qalet permezz ta' ċirkulari li b'seħħ immedjat kellhom jwaqqfu ż-żamma ta' dawn il-multi u anki jingħatalhom refund minħabba dan l-iżball, jista' l-Ministru jispjega l-fatt li sal-bieraħ stess nies li kellmu uffiċjali għoljin tal-awtorità dwar meta jistgħu jistennew li jieħdu ir-refund kif ikkonfermat minnu stess ġew infurmati li s'issa ma kienu rċivew ebda struzzjonijiet dwar dan? Meta mistennija jinħarġu dawn ir-refunds?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7712, 7358 u 7236 u jgħid kemm inħarġu environment enforcement notices mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7900 u 7410 u jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-High Rise Buildings?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellantli l-policy tal-Gvern dwar bini għoli (High Rise Buildings) hija kif spjegata fid-dokument tal-MEPA “Policy and Design Guidance 2007”, speċifikament policy 2.10 ‘Application of the Floor Area Ratio’. Din il-policy tidentifika ż-żoni fejn bini għoli mhux permissibbli kif ukoll il-kriterji li jintużaw meta tkun qed tiġi evalwata applikazzjoni għal żvilupp ta’ bini għoli. Il-MEPA qegħda tirrevedi din il-policy sabiex tistabbilixxi jekk hemmx il-ħtieġa li tiġi mibdula.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7899, 7359 u 7235 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8023 u 7536 u jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?
Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — investigazzjoni mill-Unjon Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7842 u jikkonferma jekk huwiex minnu li l-Unjoni Ewropea qed tinvestiga il-Ministeru tiegħu dwar materji amministrattivi li allegatament jiksru l-liġijiet Ewropew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif għandek tkun taf, l-Unjoni Ewropea mhijiex xi entità eżekuttiva li tagħmel investigazzonijiet u għalhekk qed nassumi li fil-mistoqsija tiegħek ridt tistaqsi dwar il-Kummisjoni Ewropea u mhux l-Unjoni Ewropea.
Nista’ nassigurak li m’hemm l-ebda investigazzjonijiet minn naħa tal-Kummissjoni Ewropea fl-operat tal-Ministeru tiegħi. Naħseb li ridt tistaqsi dwar xi differenzi t’opinjoni fuq l-implimentazzjoni ta’ liġijiet ewropej. Fil-fatt hemm żewġ każijiet ta’ allegat ksur ta’ liġi.
Iz-żewġ każijiet jikkonċernaw rapporti mitluba mill-Artiklu 3(2) tad-Deċiżjoni Numru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004. Malta diġà ħadet il-passi meħtieġa sabiex tinnotifika lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtiega.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Ministeru u /jew l-Awtorità dwar it-Trasport biex ħallas lill-konsulenti ADI tas-servizzi li taw lill-għaqdiet ambjentali, lill-istampa u ta’ xogħol ieħor relatat mal-pjanijiet b’konnessjoni mal-proġett ta’ l-Għadira?
Jista' jgħid jekk huwiex veru li l-istess ditta ta’ konsulenza u / jew konsulenti privati oħra diġà ingħataw xogħol ta’ konsulenza b’konnessjoni ma’ studji li jridu jsiru ma’ dan l-istess proġett? Jekk dan huwa minnu, jista' jgħid min huma dawn id-ditti ta’ konsulenza u/jew individwi u għala ma nħarġitx sejħa pubblika biex isir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-ditta li qed isemmi l-Onor Interpellant kienet mqabbda tiprepara presentation u xi dokumentazzjoni lill-għaqdiet ambjentali dwar il-kunċett ta' kif jaħdmu sistemi ta' bajjiet. Id-ditta tħallset €2,902, għal din il-biċċa xogħol. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija mhux veru li din id-ditta ingħatat xi xogħol ta' konsulenza dwar studji li jridu jsiru fuq dan il-proġett.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — income tax ta' l-impjegati tagħha
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-aħħar irregolarizzat l-pożizzjoni tagħha dwar income tax imnaqqsa mill-pagi tal-impjegati tagħha mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jikkonferma li sa ftit ilu kellhom dues pendenti li jmorru lura sa Settembru 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar pagament li sar mill-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar income tax imnaqqsa mill-pagi tal-impjegati sar fit-23 ta’ Diċembru 2008.
Sa Awissu 2008, il-pagamenti tħallsu kollha fil-ħin, filwaqt il-ħlasijiet għax-xhur Settembru/Ottubru/Novembru 2008 saru bejn Novembru u Diċembru 2008.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Spetturi ta' l-Ambjent
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7420 u 7238 u jgħid sena b’sena mill-2002 sa l-2008 kemm kien hemm Spetturi ta’ l-Ambjent impjegati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7238.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija parlamentari 7473 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżosri u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u cioè: billi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7239, l-Prim Ministru żvela li l-Ministru diġà qabbad konsulenti privati biex iħejju l-istudji li huma neċessarji biex isir l-iStrategic Environmental Assessment jista' jgħid:
F'liema data rriżenja l-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, mill-Istrategy Team li fassal l-abbozz ta' konsultazzjoni dwar l-iStrateġija għall-Immanġġjar ta' l-Iskart?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna indikata tat ir-riżenja fit-2 ta’ Frar 2009.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7703 u 7353 u cioè: B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas- saħħa tar-residenti tal-inħawi.
B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi corrugated panels qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti.
Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-premises mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar- residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7706 u 7341 u jgħid jekk il-konsulenti Mott McDonald kemm-il rapport dwar il-wind energy ippreżentaw lill-Gvern? Wieħed jew tnejn? Jekk jirriżulta li ġew mħejjija aktar minn rapport wieħed, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tieni rapport?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-konsulenti Mott McDonald ippreżentaw rapport fl-2005 dwar Renewable Energy. Din is-sena ppreżentaw rapport ieħor intitolat Feasibility Study for Increasing Renewable Energy Credentials. Dan ir-rapport diġà huwa pubbliku.