Legislature:
Category:
Reset
Active:

Building Energy Regulations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8399 u jgħid meta mistennija jiġu fis-seħħ il-Building Energy Regulations? X’kienu l-problemi li wasslu għal dewmien fl-ipproċessar tat- tender marbut max-xiri ta’ software marbut mal- verifika ta’ dawn l-i standards ? Meta mistenni jkollna assessuri kwalifikati għal dawn l- audit energy efficiency requirements meta r-regolamenti oriġinali ilhom li ġew introdotti kważi tliet snin? X’sar min-naħa tal-Ministeru vis-a-vis l-iżviluppaturi f’dawn l-aħħar snin biex jagħmilhom konxji tal-ħtieġa obbligatorja ta’dawn l-i standards kif ukoll tal-impatt negattiv li jista' jkollu fuq il-bini tagħhom jekk ma jiksbux energy performance certificates tajbin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li parti mill-Energy Performance of Buildings Regulations daħlu fis seħħ fl-ewwel ta’ Novembru 2006 permezz ta’ l-avviż legali No. 269 tal-2006. Dawn kienu jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi għar-rendiment tal-bini fl-użu ta’ l-enerġija. Parti oħra minn dawn ir-regolamenti li jirrikjedu li jsir ċertifikat dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu ta’ l-enerġija daħlu fis-seħħ fit-2 ta’ Jannar 2009 permezz ta’ l-avviż legali 261 ta’ 2008. Id-dewmien fl-ipproċessar tat-tender marbut max-xiri ta’ software kien kawżat minn appell li sar minn wieħed minn dawk li kienu tefgħu l-offerti. Il-ġimgħa l-oħra spiċċa kors għal erbghatax-il assessur li ser ikunu reġistrati fi ftit ġranet. Illum beda t-tieni kors u fil-ġimgħat li ġejjin ser jiftħu numru ta’ korsijiet oħra. Hawnhekk nixtieq nipreċiża li l-bżonn li jsir ċertifikat dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu ta’ l-enerġija daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Jannar 2009 u mhux tliet snin ilu. Matul dawn l-aħħar tliet snin il-Ministeru organizza numru ta’ Seminars u Konferenzi għall-iżviluppaturi, periti, inġiniera u estate agents biex jagħmilhom konxji tal-ħtieġa obbligatorja ta’dawn ir-regolamenti. Kien spjegat ukoll lilhom l-impatt negattiv li jista' jkun hemm fuq il-bini tagħhom jekk ma jiksbux energy performance certificates tajbin
Leg 11 PQ #8618 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li mietu bil-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8425 u 8103 u jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin kemm mietu nies bil-kanċer, sena b'sena, kemm fuq skala nazzjonali kif ukoll minn lokal lokal?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8620 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8426, 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8659 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa — Hexagon house - Problema tal-Irwejjaħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-istudji ambjentali li saru dwar il-problema tal-irwejjaħ li kienu qed ibatu minnha l-ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'Hexagon House il-Marsa? Din il-problema ġiet riżolta definittivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8661 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied Inċita — Construction waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-construction waste li qed jiġi dumped fuq bażi regolari fil-barriera ta' wara Wied Inċita f'mod li kwazi difinha, qed isir b'konformità stretta mal-liġijiet tal-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8544 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

National Sustainable Development Strategic

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Gvern li qed jaħdmu fuq żvilupp sostenibbli? Huwa minnu li d-draft National Sustainable Development Strategic policy document qed jerġa jiġi rivedut mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, meta mistennija tiġi ppubblikata l-verżjoni aħħarija? Min huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dokument strateġiku? Il-Kummissjoni nnifisha għadha teżisti jew tiffunzjona? Għandha xi sehem fl-implimentazzjoni tal-istrateġija li fasslu huma stess? Kemm-il darba iltaqgħet f’dawn l-aħħar tliet snin sena b’sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Eżentati milli jħallsu l-eko kontribuzzjoni

Question

Billi fi Frar 2008 il-Gvern kien ħareġ legal notice fejn iddikjara li l-kumpanniji kollha li jieħdu sehem fi skemi awtorizzati għandhom jkunu eżentati milli jħallsu l-eko kontribuzzjoni, jista' l-Ministru jgħid x'żamm lill-Gvern milli jwettaq il-wegħda li kien għamel? Għaliex hemm min għadu lanqas biss irċieva refunds ta' pagamenti li jmorru lura sas-sena 2006? Dan ġej minħabba l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità dwar it-Trasport — Late Renewal Charge - road licence refund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8159 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6904 li ġiet imwieġba aktar minn xahar ilu fejn hu kien ikkonferma li huwa minnu li l-Awtorità dwar it-Trasport introduċiet late renewal charge għar-road licences kif ukoll għar-reġistrazzjoni ta' karozzi iżda intebħet li dawn l-istruzzjonijiet ma kenux koperti minn avviz legali u effettivament qalet permezz ta' ċirkulari li b'seħħ immedjat kellhom jwaqqfu ż-żamma ta' dawn il-multi u anki jingħatalhom refund minħabba dan l-iżball, jista' l-Ministru jispjega l-fatt li sal-bieraħ stess nies li kellmu uffiċjali għoljin tal-awtorità dwar meta jistgħu jistennew li jieħdu ir-refund kif ikkonfermat minnu stess ġew infurmati li s'issa ma kienu rċivew ebda struzzjonijiet dwar dan? Meta mistennija jinħarġu dawn ir-refunds?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8432 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment enforcement notices

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8266, 7712, 7358 u 7236 u jgħid kemm inħarġu environment enforcement notices mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8433 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għal permessi ambjentali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8268, 7899, 7359 u 7235 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8435 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Evacuation Drills

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8269, 8023 u 7536 u jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-uffiċini tal-Hexagon House bdew jintużaw min-nofs l-2008 mill-MEPA. Bħala parti minn proċess li tiġi stabbilita proċedura ta’ evakwazzjoni, il-management qiegħed iħejji proċedura, liema proċedura qiegħda preżentament tiġi diskussa mar-rappreżentanti tal-ħaddiema fuq is-saħħa u sigurta’ fuq il-post tax-xogħol. Kif din il-proċedura ta’ evakwazzjoni tkun approvata, jibdew isiru sessjonijiet ta’ training u drills . Ta’ min isemmi li xi membri għadhom kemm ġew iċċertifikati First Aiders u Fire Fighters . Dawn se jkollhom sehem kruċjali fil- fire drills bil-għajnuna wkoll ta’ entitajiet esperti f’dan ir-rigward. Għaldaqstant għadhom ma saru l-ebda fire drills . L-istess jista’ jingħad fuq l-uffiċini ta’ St Francis Ravelin.

Dar il-Mediterran għall-Konferenzi — Akustika

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern huwiex sodisfatt bl-akustika fqira ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi? Hemm xi rimedju biex din tilħaq l-istandards internazzjonali Ewropej u ma tibqax suġġetta għall-kritika pubblika - kif digà kienet – ta’ esperti internazzjonali bħat-tenur Joseph Calleja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’postijiet ta’ kultura hemm dejjem x’wiehed itejjeb. Biss ma jirriżultax li l-Bord ta’ tmexxija ta’ Dar il-Mediterran kellu lmenti dwar l-akustika, anzi l-oppost. F’dawn l-aħħar snin kienu diversi l-mużiċisti li telgħu fuq il-palk tal-Mediterranean Conference Centre, bħal Claudio Baglioni, Gianni Morandi, Riccardo Cocciante. Amedeo Minghi u diversi orkestri lokali u internazzjonali li wkoll faħħru s-sala msemmija. Minkejja dan, il-bord ta’ tmexxija għaddej fi proċess kontinwu sabiex itejjeb fejn possibli lis-Sala Republika u ambjenti oħra tal-istess bini storiku u rappreżentattiv ta’ pajjiżna.
Leg 11 PQ #8543 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sit ġdid għall-Parlament

Question

Jista' l-Prim Mininstru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni strateġika min-naħa tal-Gvern (suġġetta għall-konsultazzjoni) biex il-Parlament jibqa' kif originarjament maħsub li jsir fis-sit tal-ex opera house?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-deċiżjoni titħabbar fil-mument opportun.
Leg 11 PQ #8131 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lukanda abbandunata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7703 u 7353 u cioè: B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas- saħħa tar-residenti tal-inħawi. B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi corrugated panels qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti. Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-premises mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar- residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan kien għamel rapport lill-pulizija u s-sidien ġew imġegħla jtellgħu ħajt sabix il-pubbliku ma jidħolx f’dan il-bini abbandunat. Madankollu ser jerġa’ jsir rapport lill-pulizija sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #8389 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Pagi/benefiċċji

Question

B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 7796, jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar: (a) Fuq liema kwalifiki u kriterji dawn l-individwi intgħażlu għal dawk il-pożizzjonijiet u benefiċċji? (b) Jekk qabel ma ntgħażlu saritx sejħa interna għal individwi oħra fl-istess rank sostantiv tagħhom sabiex japplikaw għal dak ix-xogħol? (c) Min kien finalment responsabbli għal dawk l-għażliet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-każ ta’ Commander Detention Services, Acting SOI Air and Maritime Operations u Acting Commanding Officer Maritime Squadron l-għażla sabiex jimtlew dawn l-appointments kienet ibbażżata fuq l-esperjenza u l-kwalifiki relatati ma’ l-appointment konċernat. Fil-każ ta’ l-għażla tal-Aide de Camp din issir mill-Uffiċċju tal-President wara li jiġu ppreżentati lilu numru ta’ kandidati disponibbli biex jimlew il-post. Fir-rigward ta’ (b) m’hiex prattika militari li toħroġ sejħa nterna sabiex jimtlew dawn l- appointments . Il-prerogattiva hija tal-Kmand tal-FAM li jikkonsidra persuna għandhiex il-ħiliet neċessarji biex taqdi doveri speċifiċi fl-interess tas-servizz. Fir-rigward ta’ (c) il-Kmand tal-FAM, bl-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, huwa responsabbli biex jagħmel dawn l-għażliet.

Park tal-Majjistral — management plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-management plan tal-Park tal-Majjistral? Meta beda jitfassal u meta mistenni jitlesta? Min huma n-nies involuti fit-tfassil tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Building Energy Regulations

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jiġu fis-seħħ il-Building Energy Regulations? X’kienu l-problemi li wasslu għal dewmien fl-ipproċessar tat- tender marbut max-xiri ta’ software marbut mal- verifika ta’ dawn l-i standards ? Meta mistenni jkollna assessuri kwalifikati għal dawn l- audit energy efficiency requirements meta r-regolamenti oriġinali ilhom li ġew introdotti kważi tliet snin? X’sar min-naħa tal-Ministeru vis-a-vis l-iżviluppaturi f’dawn l-aħħar snin biex jagħmilhom konxji tal-ħtieġa obbligatorja ta’dawn l-i standards kif ukoll tal-impatt negattiv li jista' jkollu fuq il-bini tagħhom jekk ma jiksbux energy performance certificates tajbin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8425 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li mietu bil-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8103 u jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin kemm mietu nies bil-kanċer, sena b'sena, kemm fuq skala nazzjonali kif ukoll minn lokal lokal?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8426 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8428 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lukanda abbandunata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8131, 7703 u 7353 u cioè: B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas- saħħa tar-residenti tal-inħawi. B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi corrugated panels qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti. Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-premises mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar- residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8131.