Jista' l-Ministru jara li jinstab mezz biex l-employers Maltin u Għawdxin ikunu nformati aħjar dwar l-iskema Bridging the Gap għall-persuni bi bżonnijiet speċjali li qed jirreġistraw għax-xogħol? Jista' jelenka d-dettalji kollha tal-iskema?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li Bridging The Gap hija skema mahsuba biex tghin lill-klijenti b’dizabilita’ u persuni ohra zvantaggati u li jkunu qed jirregistraw ghax-xoghol mit-transizzjoni tal-qghad ghax-xoghol. L-iskema toffri lill-persuna qieghda perjodu ta’ esperjenza ta' xoghol fuq post tax-xoghol fejn il-persuna tkun tista' turi l-abilitajiet taghha. Din l-iskema taghti possibilita' lill min ihaddem biex jevalwa lill-persuna fuq il-post tax-xoghol, qabel ma’ jaghtiha l-impieg. Is-sid tal-azjenda u l-ETC jidhlu fi ftehim li permezz tieghu jigi determinat it-tul tal-perjodu li jaghti cans lill-persuna takkwista l-hiliet necessarji ghal xoghol partikolari bi prospetti tajbin ta’ xoghol hekk kif jintemm il-programm. Matul dan il-perjodu l-persuna tibqa' tkun ikkunsidrata bhala registranta bla xoghol izda minghajr l-obbligu li tmur tirregistra kull gimgha.
Filwaqt li jkun qed jevalwa l-progress qabel l-ingagg propju, min ihaddem ikun ezentat minn obligazzjonijiet normalment marbuta ma’ impieg propju bhal hlas tal-paga, kontribuzzjonijiet tas-sigurta socjali, sick leave, etc.. Mill-banda l-ohra l-persuna tircievi allowance ta’ 80% tal-paga minima mill-ETC, filwaqt li ccedi l-beneficcji socjali matul l-esperjenza tieghha fl-iskema jekk il-perjodu jeccedi tnax il-gimgha.’
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-istudji ambjentali li saru dwar il-problema tal-irwejjaħ li kienu qed ibatu minnha l-ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'Hexagon House il-Marsa? Din il-problema ġiet riżolta definittivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru diversi spezzjoniet fuq l-impjanti kollha li jaħżnu ż-żejt fl-akwati tal-Marsa/l-Blata l-Bajda u fil-preżent qegħda tittieħed azzjoni biex jiġi aċċertat l-aktar mod effettiv biex jiġu eliminati l-irwejjaħ, liema azzjonijiet mhux neċessarjament limitati għal infurzar. Jidher illi l-apparat li hu wżat għat-trasport taż-żjut (minn diversi entitajiet) irid ikun aġġornat għal standards moderni, kif jiġi definit f'permessi ambjentali. Ġie rilevat ukoll li minn żmien għal żmien ikun hemm irwejjaħ ta' fjuwil minn bastimenti waqt ħatt ta' fjuwil fl-inħawi tal-Menqa. Dawn huma aktar diffiċli biex jiġu solvuti definitivament, iżda jkunu okkurenzi mhux ta' spiss u ta' durata qasira.
Fir-rigward tal-permessi ta' l-ambjent, inklużi tal-
Integrated Pollution Prevention and Control (IPPC)
li għandhom x'jaqsmu ma' pproċessar u ħażniet ta' żejt li jinstabu fl-inħawi tal-Marsa, kienu saru dawn l-applikazzjonijiet hawn taħt imsemmijin:
· Inċineratur (għall-skart perikoluż u skart tal-biċċerija) - Il-permess ħareġ f'Diċembru 2007.
· Falzon Waste Oils - L-applikazzjoni ġiet sottomessa f'Lulju 2008. Din l-applikazzjoni waslet għall-fażi ta' konsultazzjoni mal-pubbliku.
· Marsa Power Station - Ittieħdiet deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni f'Marzu 2009.
· MOBC (ħażna u tqassim ta’ ż-żjut magħrufa bħala
fuel oil
u
gas oil
) - Din l-applikazzjoni qegħda għand l-applikant u għandha tiġi sottomessa lill-MEPA fil-jiem li ġejjin.
Is-soluzzjoni għal problema tal-irwejjaħ fil-Marsa titaffa meta jiġu implementati b'mod sħiħ il-kundizzjonijiet fil-permessi msemmija.
Minn naħa l-oħra, il-miżuri li ħadet il-MEPA fir-rigward tal-problema tal-irwejjaħ fil-madwar ta' Hexagon House il-Marsa jinkludu diversi azzjonijiet bħall-proċeduri ta' evakwazzjoni, installazzjoni ta'
gas sensors
,
air locks
u
air curtains
. Riċentement ġew installati wkoll
interceptors
fis-sistema tad-drenaġġ biew jilqgħu kontra xi gassijiet li jistgħu jidħlu fil-bini mis-sistema esterna. Qed jittieħdu miżuri oħra fuq titjib ta' ventilazzjoni kif ukoll xiri ta' apparat li jippurifika l-arja (barra dak li hemm eżistenti) ġewwa l-bini innifsu. Dawn jikkonċernaw primarjament miżuri fuq irwejjaħ li jistgħu jidħlu fil-bini minn barra.
Il-MEPA ukoll ikkummissjonat espert fil-kimika sabiex jagħtiha parir dwar kwalunkwe riskju li jista' jkun hemm għall-ħaddiema tagħha. Dan l-espert ikkonferma li, bil-miżuri li ttieħdu, huwa ferm improbabbli li l-konċentrazzjonijiet ta' xi gassijiet velenużi jistgħu jilħqu livelli fil-bini li huma ta' riskju għas-saħħa. Kien fuq il-bażi ta' dan l-istudju li l-
management
tal-MEPA, bi qbil mal-unjons, reġa’ awtorizza l-ħaddiema jidħlu lura f'Hexagon House.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħol ta’ advertising u/jew promotional campaigns
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kumpannija privata tal-public relations tieħu ħsieb xogħol ta’ advertising u/jew promotional campaigns tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk jista' jkun mis-sena 2008 'il quddiem.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-MEPA mis-sena 2008 u l-quddiem użat is-servizzi ta’ l-Associated News Agency għal xogħol tar-riklamar tagħha.
Jista' l-Ministru jippubblika l-istudji li kkwantifikaw l-impatt ambjentali u fuq is-saħħa taċ-ċittadini li ġew imħejjija qabel ma' saret l-aġġudikazzjoni tal-power plant il-ġdid ta’ Delimara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8661 u jgħid jekk il-construction waste li qed jiġi dumped fuq bażi regolari fil-barriera ta' wara Wied Inċita f'mod li kwazi difinha, qed isir b'konformità stretta mal-liġijiet tal-pajjiż?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8659 u jgħid x'kien l-eżitu tal-istudji ambjentali li saru dwar il-problema tal-irwejjaħ li kienu qed ibatu minnha l-ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'Hexagon House il-Marsa? Din il-problema ġiet riżolta definittivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8659.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8620, 8426, 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi instabu ħatja?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8618, 8425 u 8103 u jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin kemm mietu nies bil-kanċer, sena b'sena, kemm fuq skala nazzjonali kif ukoll minn lokal lokal?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7721, jista' l-Prim Ministru jgħid fil-każ tad-direct orders li hemm in konnessjoni mal-Forzi Armati ta' Malta ta' €1 miljun 'il fuq, jew €1 miljun kumulattiv 'il fuq allokati lill-istess ditta, ġewx mitluba mill-inqas żewġ kwotazzjonijiet oħra f'kull każ? Jekk iva, jista' jgħid liema kienu d-ditti l-oħra li ġew avviċinati u li ma ntgħażlux?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bi bżonnijiet speċjali li huma reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' maqsuma f'age groups, kif wkoll xi pjani jew proġetti hemm maħsubin għal futur ta' dawn il-persuni, speċjalment rigward ir-residenza permanenti għal dawn il-persuni adulti?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-budget allokat għaċ-ċentri ta' matul il-jum - Adult Training Centres - ta' din is-sena kif mqabbel mas-sena ta' qabel? Jista' jgħid x'inhi l-ispiża totali per capita fiċ-ċentri ta' matul il-jum mqabbel ma' dik ta' skejjel post sekondarji tal-Gvern?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża totali tad-djar residenzjali li qed tmexxi l-aġenzija Sapport? Kemm hemm persuni li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz? Taħt liema kriterji qed jintgħażlu dawn il-persuni?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8433, 8268, 7899, 7359 u 7235 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8432, 8266, 7712, 7358 u 7236 u jgħid kemm inħarġu environment enforcement notices mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart?
Awtorità dwar it-Trasport — Late Renewal Charge - road licence refund
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8429 u 8159 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6904 li ġiet imwieġba aktar minn xahar ilu fejn hu kien ikkonferma li huwa minnu li l-Awtorità dwar it-Trasport introduċiet late renewal charge għar-road licences kif ukoll għar-reġistrazzjoni ta' karozzi iżda intebħet li dawn l-istruzzjonijiet ma kenux koperti minn avviz legali u effettivament qalet permezz ta' ċirkulari li b'seħħ immedjat kellhom jwaqqfu ż-żamma ta' dawn il-multi u anki jingħatalhom refund minħabba dan l-iżball, jista' l-Ministru jispjega l-fatt li sal-bieraħ stess nies li kellmu uffiċjali għoljin tal-awtorità dwar meta jistgħu jistennew li jieħdu ir-refund kif ikkonfermat minnu l-istess ġew infurmati li s'issa ma kienu rċivew ebda struzzjonijiet dwar dan? Meta mistennija jinħarġu dawn ir-refunds?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-refunds tat-tletin Ewro ġew rifużi fl-aħħar ta’April 2009, waqt li dawk taż-żewġ Ewro qegħdin jiġu kkalkolati biex eventwalment jingħataw lura. Ninsab infurmat li fi żmien gimgħa oħra, l-Awtorita tibda timposta dawn iċ-ċekkijiet lis-sidien ta' dawk il-vetturi konċernati. Nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant li kif ġejna mgħallma fil-kors tal-liġi ma joqgħodx fuq “detto del detto”.
individwi, kumpanniji u entitajiet — xogħol promozzjonali, edukattiv, ta’ brand identity jew publicity campaigns
Question
Jista' l-Ministru jippublika lista sħiħa u komprensiva ta’ dawk l-individwi, kumpanniji u entitajiet kollha li ingħataw xogħol promozzjonali, edukattiv, ta’
brand identity
jew
publicity campaigns
b’xi mod relatati mal-Ministeru u id-dipartimenti u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħek kemm b’
public tender
, fuq bażi ta' sempliċi konsulenza jew inkella bħala
direct orders
bejn l-1.12.08 u l-15.5.09?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħol ta’ advertising u/jew promotional campaigns
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kumpannija privata tal-public relations tieħu ħsieb xogħol ta’ advertising u/jew promotional campaigns tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk jista' jkun mis-sena 2008 'il quddiem.
Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — studju dwar green jobs
Question
Jista' l-Ministru jippubblika l-istudju tal-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar il-green jobs li kien ikkummissjonat mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tali rapport diga kien ippubblikat. Wiehed jista jaccessa ghalih minn fuq is-sit elettroniku www.greenjobsmalta.info .
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8397 u jgħid fiex wasal il-management plan tal-Park tal-Majjistral? Meta beda jitfassal u meta mistenni jitlesta? Min huma n-nies involuti fit-tfassil tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Management Plan tal-Park tal-Majjistral wasal fil-fażi finali. Dan ħa ċertu żmien minħabba d-diskussjonijiet estensivi li saru mal-bdiewa, mad-diversi għaqdiet ambjentali, ma’ n-nies tal-Manikata u ma’ users oħra, biex eventwalment jinstab bilanċ bejn il-bżonnijiet tan-nies u l-esiġenzi tas-sit ta’ Natura 2000. Kif titlesta din il-fażi, ssir it-tieni konsultazzjoni pubblika u wara, jrid jigi approvat mill-MEPA.
Il-Pjan ġie mfassal minn esperti tekniċi tal-MEPA u rfinat wara sensiela twila ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Bord tal-Park tal-Majjistral.