Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rati riveduti tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġew ippubblikati t-tariffi l-ġodda dwar ir-rati riveduti tal-elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tariffi l-ġodda dwar ir-rati riveduti tal-elettriku ġew ippubblikati permezz ta’ Legal Notice No 164 li emendaw ir-regolamenti tal-provista ta’ l-elettriku u deheru fil-gażżetta tal-gvern numru 18432 tat- 02 ta’ Ġunju 2009.
Leg 11 PQ #9069 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li mietu bil-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8822, 8618, 8425 u 8103 u jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin kemm mietu nies bil-kanċer, sena b'sena, kemm fuq skala nazzjonali kif ukoll minn lokal lokal?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9070 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8821, 8620, 8426, 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi instabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9071 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied Inċita — Construction waste

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8819 u 8661 u jgħid jekk il-construction waste li qed jiġi dumped fuq bażi regolari fil-barriera ta' wara Wied Inċita f'mod li kwazi difinha, qed isir b'konformità stretta mal-liġijiet tal-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Delimara — power plant - impatt ambjentali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8794 u jippubblika l-istudji li kkwantifikaw l-impatt ambjentali u fuq is-saħħa taċ-ċittadini li ġew imħejjija qabel ma' saret l-aġġudikazzjoni tal-power plant il-ġdid ta’ Delimara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9195 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — kuntratti lil xi kumpannija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar qattx tat xi kuntratti lil xi kumpannija AURELIA? Jekk iva, x’kien jikkonċerna, kemm kien jiswa, meta ġie esegwit, kif intgħażlet il-kumpannija kif ukoll kull dettal ieħor relatat mal-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7353 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lukanda abbandunata

Question

B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas-saħħa tar-residenti tal-inħawi. B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi corrugated panels qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti. Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-premises mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8131.
Leg 11 PQ #7536 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Evacuation Drills

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8435.
Leg 11 PQ #7703 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lukanda abbandunata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7353 u cioè: B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas-saħħa tar-residenti tal-inħawi. B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi corrugated panels qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti. Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il- premises mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8131.
Leg 11 PQ #8023 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Evacuation Drills

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7536 u jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8435.
Leg 11 PQ #8269 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Evacuation Drills

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8023 u 7536 u jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8435.
Leg 11 PQ #8544 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

National Sustainable Development Strategic

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Gvern li qed jaħdmu fuq żvilupp sostenibbli? Huwa minnu li d-draft National Sustainable Development Strategic policy document qed jerġa jiġi rivedut mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, meta mistennija tiġi ppubblikata l-verżjoni aħħarija? Min huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dokument strateġiku? Il-Kummissjoni nnifisha għadha teżisti jew tiffunzjona? Għandha xi sehem fl-implimentazzjoni tal-istrateġija li fasslu huma stess? Kemm-il darba iltaqgħet f’dawn l-aħħar tliet snin sena b’sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull Dipartiment tal-Gvern irid jaħdem fuq żvilupp sostenibbli. Minħabba li r-responsabbiltà diretta għall-Iżvilupp Sostenibbli taqa’ fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru bħalissa hemm tlett (3)uffiċjali li jaħdmu fuqu u fuq xogħol ieħor. Bħalissa l-Istrateġija qed tiġi riveduta mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex tiġi aġġornata mad-direzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli għall-2009 u s-snin li ġejjin. Filwaqt li r-rakkomandazzjonijiet li tagħti l-kummissjoni ntlaqgħu, bħala parti minn dan l-eżerċizzju qed jiġi kkunsidrat mod iktar effettiv ta’ kif l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tiġi mplimentata. Ir-rwol tal-kummissjoni kien li jifformulaw din l-istrateġija għall-konsiderazzjoni tal-Gvern. Issa huwa r-responsabbiltà tal-Ministeri li jimplimentawha filwaqt li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jieħu ħsieb il-moniteraġġ fuq din l-istrateġija. Il-Kummissjoni f’dawn l-aħħar tlett snin iltaqgħet: 2006 3 darbiet 2007 xejn 2008 xejn
Leg 11 PQ #8883 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għal permessi ambjentali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8672, 8433, 8268, 7899, 7359 u 7235 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8885 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħol ta’ advertising u/jew promotional campaigns

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8704 u jgħid liema kumpannija privata tal-public relations tieħu ħsieb xogħol ta’ advertising u/jew promotional campaigns tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk jista' jkun mis-sena 2008 'il quddiem.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8704.

individwi, kumpanniji u entitajiet — xogħol promozzjonali, edukattiv, ta’ brand identity jew publicity campaigns

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8703 u jippublika lista sħiħa u komprensiva ta’ dawk l-individwi, kumpanniji u entitajiet kollha li ingħataw xogħol promozzjonali, edukattiv, ta’ brand identity jew publicity campaigns b’xi mod relatati mal-Ministeru u id-dipartimenti u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħek kemm b’public tender, fuq bażi ta' sempliċi konsulenza jew inkella bħala direct orders bejn l-1 ta' Diċembru, 2008 u l-15 ta' Mejju 2009?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8887 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment enforcement notices

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8673, 8432, 8266, 7712, 7358 u 7236 u jgħid kemm inħarġu environment enforcement notices mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pjanċi tax free

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’passi ser jieħu l-Avukat Ġenerali biex jinvestiga l-mod li bih ħarġu għadd ta’ pjanċi tax free tal-karrozzi fis-sena tal-elezzjoni – minn medja ta’ 100 fis-sena għal 400 fis-sena tal-elezzjoni ġenerali? Wara rapporti mhux miċħuda fil- media jista' jgħid jekk l-Avukat Ġenerali bediex investigazzjoni dwar din l-evażjoni qawwija ta’ registration tax li minnha allegatament ibbenefikaw ukoll nies qrib l-ex chairman tal-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.