Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li kien hemm varjanzi konsiderevoli fil-mod li bih pajjiżna vvota dwar l-awtorizazzjonijiet għal genetically modified food and feed fuq livell Ewropew, speċjalment fejn jidħlu food and feed imports, u speċjalment meta wieħed iqabbel kif ivvutajna fi Frar tas-sena l-oħra u f’Novembru li għadda u kien hemm każijiet fejn anki kien hemm varjanzi dwar voti fuq erba' tipi differenti ta’ GM soybeans f’Malta imbagħad tivvota favur f’Diċembru li għadda fl-iStanding Committee favur żewġ tipi ta’ soybeansperess li ninsab nfurmat li fil-laqgħa tal-iStanding Committee Malta astjeniet darbtejn, ivvutat favur darbtejn u fi tmiem ivvutati favurhom kollha wara li kienet oriġinarament astjeniet? X’inhi l-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern Malti dwar din l-issue speċjalment fid-dawl tal-precautionary principle addottat mill-Gvern Malti fir-rigward tal-awtorizazzjonijiet ġodda marbutin mal-food and feed imports tal-GM? Fuq liema studji xjentifiċi jew kriterji oħrajn il-Gvern Malti bbaża d-deċiżjoni tiegħu li jivvota favur dawn l-erba' tipi ta' soybeans li ġew impurtati taħt ir-regolament 1829/2003 tal-Unjoni Ewropea speċjalment fil-kumitat tal-appell tas-17 ta' Jannar 2012? Kien hemm xi tibdil fil-pożizzjoni oriġinali ta' pajjiżna u jekk iva x’wassal għal dan? Hemm xi ħsieb li pajjiżna jkompli jappoġja awtorizazzjonijiet oħrajn simili dwar il-GMOs fix-xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Billi l-energy grants issa ilhom sospiżi minn nofs Mejju, jista' l-Ministru jgħid meta din is-sospensjoni temporanja mistennija li tiġi mitmuma, minħabba l-impatt negattiv li s-sospensjoni qed ikollha fuq il-kumpaniji li setgħu taħt ċirkustanzi normali japplikaw għaliha u jibbenefikaw minnha?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Malta Enterprise għadha kemm irċeviet ir-rapport relattiv mingħand il-Pulizija Eżekuttiva u bħalissa qiegħda tgħarbel dan ir-rapport biex tiddetermina liema claims jistgħu jiġu ipproċessati u liema iridu jibqgħu sospiżi skond il-konklużjonijiet ta’ l-investigazzjoni. Ta’ min jinnota illi s-sospensjoni affettwat biss l-ipproċessar tal-claims peress illi l-istadju ta’ l-applikazzjonijiet kien diġà ntemm meta l-iskema ġiet sospiża.
Billi f’nofs Mejju l-gvern saħaq waqt laqgħa tal-Kabinett ġewwa Għawdex li l-proġett Eko-Għawdex kien daħal fit-tieni fażi tiegħu u billi s-segretarju permanenti fil-Ministeru mill-21 ta' Mejju 2012 li wiegħed lill-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-Kamra tar-Rapprezentanti li l-Ministeru għal Għawdex ħa nota tat-talba tal-kumitat biex jiġi ppubblikat immedjatament ir-rapport sħiħ dwar Eko-Għawdex, jista' l-Ministru jindika meta mistenni jsir dan speċjalment meta intqal li dan kien hemm il-ħsieb li jiġi ppubblikat fl-iqsar żmien possibbli? Billi l-Ministeru qal li l-ewwel ried jevalwa t-talba ta' xi aġġornamenti meħtieġa, ma taħsibx li huwa xieraq li kif oriġinarjament mitlub jiġi ppubblikat ir-rapport innifsu fl-istadju li qiegħed fih bħalissa, flok wieħed joqgħod jistenna aġġornamenti ġodda li jistgħu jservu biss biex ikomplu jtawwlu l-proċess?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea — informazzjoni
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 35854 u 35855 separatament dwar il-pakkett finanzjarju sħiħ tas-Sur R Cachia Caruana kif wkoll dwar kemm dan qed jiswa lill-Kaxxa ta’ Malta fil-qadi ta’ dmirijietu, flimkien mal-kuntratti (oriġinali, emendati u/jew mibdula) mitluba li għadhom ma ġewx ippubblikati, u ċ-ċaħda u/jew konferma mitluba dwar jekk hu f’xi stadju jew ieħor ħa xi arretrati jew le, jista' l-Prim Ministru jagħti t-tagħrif sħiħ, kollu mitlub lil din il-Kamra f’ġieħ it-trasparenza u l-kontabbilità kif soltu jsir dwar kull uffiċjal elettiv jew le f’kwalunkwe kariga, diment li jkun imħallas strettament minn fondi pubbliċi kif jidher li huwa l-każ fir-rigward ta’ din il-persuna msemmija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninnota li l-Onorevoli Interpellant għamel dawn il-mistoqsijiet l-ewwel darba fil-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej fil-laqgħa tal-5 ta’ Ġunju 2012. Dakinhar, iċ-Chairman tal-Kumitat sostna li dawn il-mistoqsijiet kienu “irrelevanti” (out of order) għax ma kellhom xejn x’jaqsmu mal-mozzjoni li l-Kumitat kien qed jiddiskuti.
Huwa ċar li din il-linja ta’ mistoqsijiet mhix motivata primarjament minn talba għal tagħrif magħmula b’rieda tajba li tista’ tiġi meqjusa fl-interess pubbliku, imma sabiex tikkarga aktar il-kampanja maħsuba li tweġġa’ il-fama tas-Sur Cachia Caruana. Fl-opinjoni tiegħi l-Oppożizzjoni qegħda tuża lil dan il-Parlament f’attentat sfaċċat biex tkompli twettaq aġenda personali fil-konfront ta’ persuna li qeda lil pajjiżu b’lealtà, professjonalità u serjetà għal ħafna snin. Jiena dejjem emmint li din il-Kamra jistħoqqilha imġieba aktar xierqa u aktar korretta minn dik li qed naraw bħalissa.
Madanakollu, fid-dawl tal-
istandards
li jesiġu li aħna d-Deputati naġixxu
in bonafede
f’kull azzjoni, jidhirli li huwa xieraq li nqiegħed il-kampanja ta’ mistoqsijiet u qlajjiet dwar il-pakkett tas-Sur Cachia Caruana fil-kuntest veru tiegħu billi nagħti dawn il-fatti sempliċi:
1. Il-pożizzjoni ta’ Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-UE, li ovvjament ġie maħluq mas-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE f’Mejju 2004, ma jista’ jiġi meqjus qatt bħala ekwivalenti għall-pożizzjonijiet ta’ Ambaxxaturi oħra. Bl-aktar mod ċar din il-pożizzjoni la hija
posting
bilaterali normali (bħal per eżempju Ambaxxatur għall-Italja) u lanqas
posting
multilaterali normali (bħal per eżempju r-Rappreżentant Permanenti għan-Nazzjonijiet Uniti ġewwa Ġinevra). Ir-Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea immexxi u jikkordina l-livelli kollha tar-relazzjoni bejn Malta u l-istituzzjonjiet tal-Unjoni Ewropea, mill-proċessi ta’ kuljum sal-ogħla skambji u diskussjonijiet Dan il-livell għoli ta’ responsabbilita` huwa ċar fil-
job description
li ġie mgħoddi lill-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej fil-11 ta’ Ġunju 2012 (kopja mehmuża). Għalhekk, irrispettivament minn min ikun jokkupa dan il-post, l-iskala ta’ din il-pożizzjoni hija
salary scale
1, meta l-iskala normali ta’ ambaxxatur hija
salary scale
3. Għalhekk huwa skorrett li l-Oppożizzjoni titlaq mill-punt fejn tqiegħed il-pożizzjoni ta’ Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-UE fl-istess keffa ma’ ambaxxaturi oħra, kif għamel l-Onorevoli Interpellant waqt il-laqgħat tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej ix-xahar li għadda.
2. Barra minn hekk, kif spjegat waqt il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, is-Sur Cachia Caruana okkupa żewg karigi minn Marzu 2004: dik ta’ Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-UE kif ukoll dik ta’ Konsulent tal-Prim Ministru dwar l-Unjoni Ewropea. Ir-responsabbilitajiet tas-Sur Cachia Caruana bħala Konsulent tal-Prim Ministru dwar l-Unjoni Ewropea huma deskritti fil-
job description
mgħoddi lill-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej fil-11 ta’ Ġunju 2012 (kopja mehmuża).
3. Minkejja li kien jokkupa żewġ karigi, s-Sur Cachia Caruana kellu pakkett wieħed li jkoprihom it-tnejn.
4. Kif spjegajt fl-2010, fit-tweġiba għall-mistoqsijiet simili f’dan il-Parlament, il-pakkett tas-Sur Cachia Caruana huwa bażat fuq skala 1 tal-istruttura tas-salarji tas-Servizz Pubbliku Malti li hija miżjuda b’10%. L-Oppożizzjoni ma staqsietx iżjed dwar din it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari mogħtija fid-19 ta’ April 2010 għal sentejn sħaħ. Reġgħet qajjmet dan il-każ biss fil-5 ta’ Ġunju 2012 meta s-Sur Cachia Caruana kien qed jidher quddiem il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej fuq mozzjoni speċifika. Iż-żieda ta’ 10%, li tammonta għal €3,818 fis-sena, mhix maħsuba biss biex tikkompensa għall-fatt li s-Sur Cachia Caruana jokkupa ż-żewġ karigi, imma kienet ukoll bħala għarfien li huwa wieħed mill-aktar individwi b’esperjenza fis-servizz tal-Gvern; huwa serva f’karigi għolja b’mod kontinwu mill-1998 u anke qabel l-1996. Mir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari mogħtija fid-19 ta’ April 2010, huwa ċar li s-salarju tas-Sur Cachia Caruana huwa €42,337 fis-sena.
5. Hija regola stabbilita għad-diplomatiċi Maltin kollha, u naf fiċ-ċert li l-Onorevoli Interpellant din jafha, li meta dawn ikunu jservu barra minn Malta, s-salarji tagħhom jiġu kkonvertiti permezz tal-
Global Emoluments’ formula
biex jirriflettu l-ispejjeż marbuta mal-pajjiż fejn dawn ikunu jservu. Din il-
Global Emoluments’ formula
ilha tiġi operata sa mill-1984 mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ pajjiżna, u hija bażata fuq l-iskali uzati minn Nazzjonijiet Uniti f’dawn il-pajjiżi, għalkemm il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Malti inaqqas 10% mill-iskali tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-
Global Emoluments
tas-Sur Cachia Caruana huma bażati fuq din il-formula.
6. Finalment, kien hemm spekulazzjoni dwar il-
housing
,
housekeeping
u
support
(xufier) provduti lis-Sur Cachia Caruana. L-arranġamenti provduti lis-Sur Cachia Caruana kienu identiċi għal dawk provduti lill-ambaxxaturi għall-Komunita Ewropea fis-snin ta’ qabel. Saħansitra il-
housekeeper
u x-xufiera tas-Sur Cachia Caruana matul it-tmien snin li għaddew, kienu impjegati ferm qabel l-2004 li hija s-sena meta huwa ġie maħtur Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-UE.
Dawn huma l-fatti, izda l-aħjar perspettiva għall-ispekulazzjonijiet li għaddejjin tiġi mill-kalkolu ta’ x’ser ifisser il-ħatra ta’ persuna oħra minflok is-Sur Cachia Caruana.
Għad trid tittieħed id-deċiżjoni dwar jekk is-Sur Cachia Caruana għandux jiġi sostitwit minn persuna waħda, li tkompli tagħmel iż-żewġ karigi tiegħu, jew minn żewġ individwi li wieħed minnhom jieħu biss il-kariga ta’ Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-UE.
Jekk is-Sur Cachia Caruana jiġi sostitwit minn persuna waħda, u għall-grazzja biss tal-argument dan ikun id-Deputat tiegħu ta’ bħalissa fir-Rappreżentanza Permanenti, allura jien infurmat li skont il-kundizzjonijiet tad-diplomatiċi li jservu barra minn Malta, l-ispiża totali għall-Gvern biex jiġi sostitwit is-Sur Cachia Caruana tiżdied mill-€143,140 (€42,337 salarju + €100,803
Global Emoluments
) fis-sena tas-Sur Cachia Caruna għal izjed minn €148,000 għalkemm l-uffiċjal il-ġdid ikun fuq Skala 1 u mhux fuq l-iskala li għandu s-Sur Cachia Caruana (Skala 1 + 10%).
Jekk mill-banda l-oħra, s-Sur Cachia Caruana jiġi sostitwit minn żewġ persuni, u l-pożizzjoni ta’ Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-UE tkun klassifikata fuq Skala 1 (minflok l-iSkala 1 + 10% tas-Sur Cachia Caruana) u l-Konsulent tal-Prim Ministru ikun klassifikat ukoll fuq Skala 1 (minflok l-iSkala 1 + 10% tas-Sur Cachia Caruana), allura jien infurmat li l-ispiża għall-Gvern tiżdied b’aktar minn €35,000 fis-sena meta mqabbla mal-pakkett sħiħ li jirċievi s-Sur Cachia Caruana.
Is-Sur Cachia Caruana bbenefika minn dan il-pakkett mit-23 ta’ Marzu 2009. Qabel dakinhar, jiġifieri sa mill-ħatra tiegħu fl-2004, ir-remunerazzjoni tiegħu kienet bażata fuq skala 1 tas-Servizz Pubbliku li fl-2009 kienet €36,362. Din fissret pakkett totali ta’ €115,395.
Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea — informazzjoni
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 35854 u 35855 separatament dwar il-pakkett finanzjarju sħiħ tas-Sur R Cachia Caruana kif wkoll dwar kemm dan qed jiswa lill-Kaxxa ta’ Malta fil-qadi ta’ dmirijietu, flimkien mal-kuntratti (oriġinali, emendati u/jew mibdula) mitluba li għadhom ma ġewx ippubblikati, u ċ-ċaħda u/jew konferma mitluba dwar jekk hu f’xi stadju jew ieħor ħa xi arretrati jew le, jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti t-tagħrif sħiħ, kollu mitlub lil din il-Kamra f’ġieħ it-trasparenza u l-kontabbilità kif soltu jsir dwar kull uffiċjal elettiv jew le f’kwalunkwe kariga, diment li jkun imħallas strettament minn fondi pubbliċi kif jidher li huwa l-każ fir-rigward ta’ din il-persuna msemmija?
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk Transport Malta qatgħetx barra is-suġġeriment u/jew proposta li jkun hemm traffic lights biex residenti fin-naħa ta' Tal-Qroqq Str u l-parti t’isfel tas-Swatar jaqsmu għan-naħa tal-Università? Jekk dan huwa minnu u billi qed jiġu nkoraġġiti bħala residenti biex jużaw aktar is-subway li hemm, jistgħu jittieħdu passi flimkien mal-awtoritajiet kompetenti biex dan jiġi mdawwal aħjar, joffri aktar sigurtà u ma jkunx hemm overflowing tad-drenaġġ kif irrapurtawli li qed jiġri spiss?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35847 u 35636 u jgħid fl-aħħar disa' snin (sena b'sena) kemm kien hemm ilmenti minn persuni li allegaw li nqabżu inġustament f'interviews li saru mill-Human Resourses tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jipprovdi lista ta' nomenklaturi li dwarhom l-Human Resourses tal-korporazzjoni stess irċieva ilmenti? Jista' jgħid jekk f'dawn is-snin kienx hemm xi forma ta' audit fuq l-operat tal-Human Resources tal-Korporazzjoni? X'irriżulta minn dan l-auditing jekk fil-fatt sar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35848 u 35635 u jiċċekja u jgħid jekk l-individwu li isimu qed jintbagħat separatament u għandu l-grad ta' PDTO mal-Korporazzjoni Enemalta marx jagħmel xi kors fl-Università fl-aħħar disa' snin u kienx sponsorjat mill-korporazzjoni? Jista' jgħid jekk dan l-individwu gradwax? Jekk le, jista' jagħti risposta ċara li l-flus li l-korporazzjoni ħallsitu f'pagi fiż-żmien li għamel l-Università ġewx rifużi lura kollha, u meta ġew rifużi? Jista' jgħid minn naħa tal-korporazzjoni min huwa l-individwu li finalment huwa responsabbli li jara li dawn l-isponsorships jingħataw b'mod serju u li jekk l-individwu involut ma jġibx il-kwalifiki lura jinġabru l-flus lura mill-iktar fis? Jista' jagħti lista dettaljata tal-persuni mill-Korporazzjoni Enemalta li ntbagħtu jagħmlu korsijiet l-Università, jekk għaddewx u jekk le ġew rifonduti l-flus tal-isponsorship u meta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta m’għandix impjegati fil-grad ta’ PDTO b’dak l-isem.
Il-Kap Eżekuttiv preċedenti tal-Korporazzjoni kien jirrakkomanda l-impjegati sabiex dawn ikunu jistgħu jibbenifikaw minn dawn l-isponsorships, wara li kien jikkonsulta maċ-Chief Officers konċernati. Ir-rapport bir-rakommandazzjoni jgħaddi quddiem il-Bord tad-Diretturi tal-Enemalta għall-approvazzjoni.
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Palumbo Shipyards — Permessi ta' tliet tower cranes
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35850 u 35591 u jgħid jekk it-tliet tower cranes li għandhom Palumbo Shipyards għandhomx il-permessi meħtieġa u jekk iva fuq liema kriterji nħarġu meta hemm dockside cranes mat-Tarzna kollha? Meta se jiżżarmaw iż-żewġ dockside cranes li hemm fuq boiler wharf li wkoll qed ikerrħu l-ambjent u qed isiru ċappa sadid?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35903.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35851 u cioè: Fid-dawl ta’ rapporti li dehru fil-media lokali dwar problemi b’uħud mill-filter bags fl-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, jista' jgħid jekk:
a) tista' l-Korporazzjoni Enemalta tippubblika rapport uffiċjali dwar dak li verament ġara;
b) x’inhuma l-PM10, PM2.5, NOx u Sox levels li l-Korporazzjoni Enemalta tikkunsidra bħala l-massimu ttollerat indipendentement mill-BAT figures;
c) x’kienu dawn il-livelli qabel ma fallew uħud mill-filter bags;
d) hemm xi evidenza ta’ pressure eċċessiva fuq dawn il-bags? Jekk iva, dan il-high back pressure jista' li kien qed jkollu xi effett fuq il-performance, speċifikament fejn jidħlu power output, fuel consumption u anki effiċjenza;
e) kemm-il darba l-bags li ġew ruptured ma kenux difettużi, jista' jikkonferma li dan seta' kien ikkawżat minn faults fid-disinn tal-emissions mitigation system?
f) billi l-BWSC ġiet mitluba mill-Korporazzjoni Enemalta biex tagħti r-reazzjoni uffiċjali tagħha, jista' jgħid x’kienet u tippublikaha kif wkoll jgħarraf lill-Kamra kif il-BWSC qegħdin jippjanaw li jirrisolvi din il-problema; u
g) jekk il-performance ta' setturi oħrajn tal-emissions mitigation plant humiex qed jaħdmu kif suppost f’mod sodisfaċenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-livelli ta’ trab li jikkomprendi kemm PM2.5 kif ukoll PM10, NOx u SO2 huma skond kif stabbilit fl-IPPC maħruġ f-Di1embru 2011, u li huma fil-livelli permessibli skond il-liġijiet applikabbli.
Ninsab infurmat ukoll illi l-livelli ta’ emissjonijiet kienu taħt il-parametri tal-permess.
Il-filter bags li jintużaw fl-impjant huma protetti kontra pressa eċċessiva, u għalhekk, m’hemmx każ ta’ pressa eċċessiva. Minħabba f’dan, m’hemmx effett fuq il-performance tal-impjant.
L-inċidenti msemmija ma jidhrux li kienu riżultat ta’ disinn ħażin fis-sistema.
Il-kawża tal-inċidenti hija riżultat ta’ ċaqliq tal-arja fil-baghouse filter li qed iġiegħel il-bag filters jiċċaqalqu u b’hekk jaħbtu ma’ xulxin kif ukoll mal-ħajt ta’ barra l-baghouse filter. Il-filterbags mqatta ġew miibdula u ġie nstallat mudell differenti ta; filter bags.
Din il-modifika ġiet effettwata fuq l-erba’ filters, li ilhom jiġu ttestjati mill-11ta’ Ġunju 2012. Minn dakinhar, ma kienx hemm inċidenti oħra fuq il-filterbags.
Ġew effettwati aġġustamenti u modifikazzjonijiet fuq l-emissions abatement plant u t-testijiet qed juru li l-emissions abatement plant qed jaħdem kif suppost u b’mod sodisfaċenti.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjant għaddej minn proċess ta’ ttestjar sabiex niżguraw li meta jibda jopera in full capacity, dan isir bl-aktar mod effiċjenti u mingħajr detriment għar-residenti tal-madwar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlmentari 35846 u jgħid x’miżuri qed jittieħdu effettivament dwar mitigation ta' vapour recovery skont l-avviż legali relevanti dwar id-distribuzzjoni tal-petroleum lill-pompi tal-petrol biex ikun hemm control of volatile org. comp. emissions? Jista' jgħid jekk il-flotta tad-distribuzzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta li tintuża għad-distribuzzjoni tal-fuel lill-petrol station hix equipped biżżejjed biex jiltaqa għar-recovery ta’ dawn il-vapours?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-avviż legali li qed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant, jiġifieri l-avviż legali 54 ta’ l-2009 li jittratta l-Kontroll ta’ l-Emissjonijiet tal-Komposti Organiċi Volatili, tkopri l-kontroll ta’ dawn il-gassijiet tul iċ-ċiklu kollu tal-immaniġġjar tagħhom mill-installazzjoni tal-ħażna sal-pompi tal-petrol. Ninsab infurmat li s’issa l-Korporazzjoni Enemalta għamlet l-investiment meħtieġ sabiex tilqa l-emissjonijiet li kieku joħorġu mit-tankijiet tal-ħażna waqt il-ħatt tal-vapuri.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha reserved parking quddiem id-dar tagħha minħabba l-istat xejn tajjeb tas-saħħa tal-ġenituri fejn dawn sfortunatament spiss mhux qed isibu parkeġġ għax jipparkjaw karrozzi oħrajn mhux awtorizzati u skont ir-rapporti li wasluli, l-kunsill u l-pulizija qalulhom li din hija problema li taqa' taħt Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Palumbo Shipyards — Permessi ta' tliet tower cranes
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35591 u jgħid jekk it-tliet tower cranes li għandhom Palumbo Shipyards għandhomx il-permessi meħtieġa u jekk iva fuq liema kriterji nħarġu meta hemm dockside cranes mat-Tarzna kollha? Meta se jiżżarmaw iż-żewġ dockside cranes li hemm fuq boiler wharf li wkoll qed ikerrħu l-ambjent u qed isiru ċappa sadid?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-installazzjoni u l-operat ta' tali apparat (dockside cranes) li jifformaw parti 'ntegrali mill-użu li ilu stabbilit fit-tarzna għal bosta snin (ship repairs) ma jirrekjedux la permess ta' żvilupp (planning permission) u l-anqas dak ambjentali (environmental permit) mill-Awtorita'. Barra minn hekk l-awtorità m'għandhiex kontroll dwar meta se jiżżarmaw il-cranes il-qodma li hemm fuq il-post.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal part-time fishermen mis-sena 2008 'l hawn, sena b’sena? Kemm kien hemm talbiet li ġew miċħuda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mgħotija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 21105, 14036, u 10183, nigbed l-attenzjoni li dan il-Ministeru ma joħroġx liċenzji ta’ sajjieda iżda liċenzji ta’ bastimenti liċenzjati għas-sajd. Kif kont diġa spjegajt, rigward reġistrazzjoni ta’ persuni bħala sajjieda, dan isir mal-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ
Billi fil-block ta' appartamenti li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hemm familji li għandhom anki żewġ membri b’diżabilità u mhux kulħadd jagħmel użu mis-servizz tal-lift, jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jitwaħħlu railings fit-taraġ tal-istess lift?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil jiem li gejjin l-Awtorità Tad-Djar se żżur din il-binja u tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex bil-partiċipazzjoni tar-residenti tinsab soluzzjoni għal din il-problema.
San Ġwann — inħawi ta' Taż-Żewjt - irwejjaħ ta' gassijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iwassal biex ikun hemm riħa qawwija ta' gassijiet fl-inħawi ta Taż-Żwejt, San Ġwann, fid-dawl ta' għadd ta' lmenti li waslu mir-residenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika x’tip ta’ irwejjaħ qiegħed jirreferi għalihom biex qiegħed jassoċja din ir-riħa mal-operat ta’ dan il-Ministeru,jew entitajiet li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35821 u 33102 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32371, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm users (mingħajr ma ningħata ismijiet) li jikkunsmaw ilma li jeċċedi 40,000 m3 fis-sena? Jista' jikkonferma li f’dan il-każ dawn iħallsu rata preferenzjali ta' €1.75 kull m3 minflok €2.10 għal kull m3 għal min jikkonsma 168m3 jew anqas? Il-gvern għandu stimi ta’ kemm hemm ilma li qed jiġi pumped bla ħlas mill-boreholes u dan f’termini ta’ m3? Dan jgħodd ukoll għall-konsum tal-elettriku? Jekk iva, l-impjanti tar-reverse osmosis jibbenefikaw minn dawn ir-rati sussidjati? Jista' jwieġeb il-partijiet tal-mistoqsija li ma ġewx imwieġba?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant isaqsi lill-Ministru tal-Finanzi, Investiment u Ekonomija.
Bħal ma għidna kemm-il darba pubblikament, sakemm ma jkun komplut l-eżerċizzju li għadu għaddej tat-twaħħil ta’
meters
m’humiex qiegħdin jkunu applikati rati ta’ ħlas għall-estrazzjoni ta’ ilma tal-pjan. Rigward l-istmi ta’ ilma li qiegħed jiġi ppumpjat, filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għal Mistoqsijiet Parlamentari imressqa minnu stess, numri 24911 u 25399.
B’referenza għall-aħħar part tal-Mistoqsija, ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Gvern m’għandux stimi dwar il-konsum tal-elettriku użat għall-estrazzjoni tal-ilma minn
boreholes
privati.
Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea — informazzjoni
Question
Billi fit-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 35469 jidher li l-Prim Ministru naqas milli jwieġeb għadd ta’ aspetti tal-mistoqsija parlamentari u għażel li jirrefereni biss għall-mistoqsija li huwa wieġeb sentejn ilu li hija mistoqsija parlamentari 15976, jista' jwieġeb il-partijiet li s’issa baqaw ma ġewx indirizzati: speċjalment jekk jistax jgħid fiex tikkonsisti r-remunerazzjoni sħiħa inklużi global emoluments, allowances u ħlas ieħor tas-Sur Cachia Caruana, bħala Rappreżentant Permanenti ta’ pajjiżna għall-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti ammonti speċifiċi fuq sena bażi 2011 u anki jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-formola Forms 1 li ta’ kull sena tiegħu mis-sena 2007 'l quddiem, li jagħtu rendikont ta’ kemm ikun qed verament jiswa lill-Kaxxa ta’ Malta kull min jservi barra l-pajjiż? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha u contracts of service relatati mas-Sur Cachia Caruana, fil-forma oriġinali tagħhom, kif setgħu ġew amendati u anki mibdula? X’kienu jekk kien hemm xi aġġustamenti fir-remunerazzjoni u dħul totali tas-Sur Cachia Caruana matul l-aħħar sitt snin? Kien hemm okkazzjonijiet fejn setgħu tħallsu xi arretrati lis-Sur Cachia Caruana, meta tħallsu u għal kemm kienu jammontaw u għal-liema snin tħallsu dawn l-arretrati? Jista' jgħid jekk is-Sur Cachia Caruana jirċeviex xi tip ta’ remunerazzjoni wkoll fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tal-Unjoni Ewropea Secretariat u/jew bħala advisor jew f’xi rwol ieħor li jokkupa? Billi huwa jiġi mistieden jattendiil-Kabinett, għandu xi dħul ekwivalenti għal dak Ministerjali wkoll u jekk iva, b’seħħ minn meta beda jieħdu u għal kemm jammonta u dan aktar u aktar meta jiskadi jew jiġi terminat il-kuntratt l-individwu huwa fi kliem l-Prim Ministru stess intitolat għal terminal benefit u transitional facility li jinħadmu fuq il-prinċipji stabbiliti għall Ministri? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tip ta’ aġġustamenti f’din ir-remunerazzjoni matul dawn l-aħħar snin u jekk kienx hemm xi aspetti jew elementi minnha li setgħu kienu soġġetti perjodikament għan-negozjati diretti bejn is-Sur Cachia Caruana u l-awtoritajiet tal-pajjiż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15976.
Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea — informazzjoni
Question
Billi fit-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 35469 jidher li l-Prim Ministru naqas milli jwieġeb għadd ta’ aspetti tal-mistoqsija parlamentari u għażel li jirrefereni biss għall-mistoqsija li huwa wieġeb sentejn ilu li hija mistoqsija parlamentari 15976, jista' jwieġeb il-partijiet li s’issa baqaw ma ġewx indirizzati: speċjalment jekk jistax jgħid fiex tikkonsisti r-remunerazzjoni sħiħa inklużi global emoluments, allowances u ħlas ieħor tas-Sur Cachia Caruana, bħala Rappreżentant Permanenti ta’ pajjiżna għall-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti ammonti speċifiċi fuq sena bażi 2011 u anki jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-formola Forms 1 li ta’ kull sena tiegħu mis-sena 2007 'l quddiem, li jagħtu rendikont ta’ kemm ikun qed verament jiswa lill-Kaxxa ta’ Malta kull min jservi barra l-pajjiż? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha u contracts of service relatati mas-Sur Cachia Caruana, fil-forma oriġinali tagħhom, kif setghaw ġew amendati u anki mibdula? X’kienu jekk kien hemm xi aġġustamenti fir-remunerazzjoni u dħul totali tas-Sur Cachia Caruana matul l-aħħar sitt snin? Kien hemm okkazzjonijiet fejn setgħu tħallsu xi arretrati lis-Sur Cachia Caruana, meta tħallsu u għal kemm kienu jammontaw u għal-liema snin tħallsu dawn l-arretrati? Jista' jgħid jekk is-Sur Cachia Caruana jirċeviex xi tip ta’ remunerazzjoni wkoll fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tal-Unjoni Ewropea Secretariat u/jew bħala advisor jew f’xi rwol ieħor li jokkupa? Billi huwa jiġi mistieden jattendiil-Kabinett, għandu xi dħul ekwivalenti għal dak Ministerjali wkoll u jekk iva, b’seħħ minn meta beda jieħdu u għal kemm jammonta u dan aktar u aktar meta jiskadi jew jiġi terminat il-kuntratt l-individwu huwa fi kliem l-Prim Ministru stess intitolat għal terminal benefit u transitional facility li jinħadmu fuq il-prinċipji stabbiliti għall Ministri? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi tip ta’ aġġustamenti f’din ir-remunerazzjoni matul dawn l-aħħar snin u jekk kienx hemm xi aspetti jew elementi minnha li setgħu kienu soġġetti perjodikament għan-negozjati diretti bejn is-Sur Cachia Caruana u l-awtoritajiet tal-pajjiż?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari 35854