Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Berġa ta' San Ġwann qed tkun magħluqa nhar ta' Ħamis kuntrarju għall-imgħoddi meta kienet tiftaħ bejn it-8.00 u il-11.00 ta' filgħodu?
Care workers u part time social assistants — Dipartiment tas-Saħħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet ta' care workers vakanti mal-Gvern fid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm hemm part-time social assistants li qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol minflokhom, u dan b'paga ta' part-timers? Jista' jikkonferma li dan qed isir kemm fir-residenza ta' San Vinċenz de Paul kif ukoll f'għadd ta' djar tal-anzjani tal-gvern? Huwa minnu li meta jkun hemm care workers u part-time social assistants bi leave jew sick leave qed jiġi ingaġġat wkoll kuntrattur/i privat? Jista' jinvestiga u jiċħad u/jew jikkonferma rapporti li waslu li d-Dipartiment qed jippermetti kemm care workers kif ukoll part-time social assistants li jaħdmu 24 siegħa jew f'ċerti kazi anki 36 siegħa bla waqfien u biex ma jidhrux li qegħdin jaħdmu dawn is-sigħat twal f'dan il-mod qegħdin ibiddlu l-post fejn dawn jaħdmu, daqqa fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule u daqqa f' Mount Carmel u daqqa fid-djar tal-Gvern għall-anzjani?
Fondi mill u lejn l-unjoni ewropea — advanced payments
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6731 li saret mill-Onor. Anthony Agius Decelis riċentament dwar dħul u ħruġ ta' fondi minn u lejn l-Unjoni Ewropea, meta huwa antiċipat li dawk il-fondi, advance payments li qegħdin il-Bank Ċentrali huwa maħsub li ser jintużaw? Jekk dawn id-dati mhumiex available għaliex dawn il-fondi li jinsabu il-Bank Ċentrali għadhom ma ntużawx? X'żamm lill-Gvern milli jutilizzahom kollha biex jagħti spinta lill-ekonomija Maltija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ spiża li ġiet ċertifikata ma’ l-ewwel ċertifikazzjoni tal-Fondi Strutturali, liema ċertifikazzjoni qed tiġi konkluża issa, ser jiġi immedjatament trasferit fil-fond konsolidat hekk kif jingħalaq il-proċess ta’ ċertifikazzjoni interim.
Sadanittant, l-ammont li jibqa’ fil-kont tal-Bank Ċentrali, ikun qiegħed jiġġenera interessi li jistgħu jintużaw b’wieħed minn dawn il-modi kif gejjin:
1. L-interessi jiġu ri-investiti fil-Programm bħala fondi addizzjonali, jew
2. Jissostitwixxu il-ko-finanzjament nazzjonali, jiġifieri l-persentaġġ li Malta hija obbligata toħroġ għall-proġetti li jkunu implimentati.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8672, 8433, 8268, 7899, 7359 u 7235 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li jagħtu l-informazzjoni mitluba:
Tabella A Permessi ambjentali mis-sena 2003 (Statistiċi ta 2002 ma jinstabux rrekordjati f’din is–sistema)
Tabella B
Nature Protection Permits
,
Cites (Regulation EC 338/9 Article 4&5 Certificates, Regulation EC 338/97, Article 10 Certificates)
Trade Import Licences,
Trade Releases
Tabella C
Transboundary Movement of Waste
Jista’ l-Prim Ministru jghid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjieħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħruġ ta' letter to prosecute mhix obbligu legali sabiex il-Pulizija taġixxi fuq reati fil-konfront ta' regolamenti li jħarsu l-ambjent maħruġin bis-saħħa ta' l-Att Dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent, infatti ħafna drabi il-Pulizija taġixxi ex uffiċċji.
Madankollu matul il-perjodu inkwistjoni l-Ispettorat għamel 206 talba lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jipproċedi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi n-numri kif ġew imqassma dawn it-talbiet.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjieħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7237.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjieħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7237.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7237.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8426, 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjieħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7237.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-construction waste li qed jiġi dumped fuq bażi regolari fil-barriera ta' wara Wied Inċita f'mod li kwa\i difinha, qed isir b'konformità stretta mal-liġijiet tal-pajjiż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-barrieri ta’ Wied Inċita, Nri 3 u 12, huma t-tnejn liċenzjati bħala siti li jistgħu jaċċettaw skart nadif mit-tqattiegħ ta’ blat u mit-twaqqiegħ tal-bini. Mill-ispezzjonijiet li saru fil-barrieri, dejjem deher li l-materjal li bih qegħdin jintradmu huwa materjal nadif, hekk kif rikjest mill-liġi. Dawn il-barrieri kellhom permess tal-rdim taħt LN 128 ta' 1997; fil-preżent qegħdin fil-proċess li nkomplu nirregolarizzaw dawn is-siti b’permess ambjentali permezz tal-Avviż Legali 337 ta’ 2001.
Fil-frattemp qegħdin isiru diskussjonijiet u jittieħdu miżuri ħalli tali operazzjoniet jinġiebu fit-totalità tagħhom konformi mal-liġijiet ta' l-ippjanar u l-ambjent.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8661 u jgħid jekk il-construction waste li qed jiġi dumped fuq bażi regolari fil-barriera ta' wara Wied Inċita f'mod li kwazi difinha, qed isir b'konformità stretta mal-liġijiet tal-pajjiż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numri 8661.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8620, 8426, 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjieħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi instabu ħatja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7237.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8821, 8620, 8426, 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjieħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi instabu ħatja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7237.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8819 u 8661 u jgħid jekk il-construction waste li qed jiġi dumped fuq bażi regolari fil-barriera ta' wara Wied Inċita f'mod li kwazi difinha, qed isir b'konformità stretta mal-liġijiet tal-pajjiż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8661.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — kuntratti lil xi kumpannija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar qattx tat xi kuntratti lil xi kumpannija AURELIA? Jekk iva, x’kien jikkonċerna, kemm kien jiswa, meta ġie esegwit, kif intgħażlet il-kumpannija kif ukoll kull dettal ieħor relatat mal-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tat kuntratt lil kumpanija Aurelia Asset Protection Limited għall-immaniġjar ta' skema ta' Gwardjani ta' l-Ambjent. Dan il-kuntratt li ngħata f'Ġunju 2007, huwa kuntratt ta' tliet snin u l-valur tiegħu jiddependi fuq in-numru ta' Gwardjani fl-iskema. Bejn Ġunju 2007 u Diċembru 2008 dan il-kuntratt kien jiswa’ lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar €24,366.92 fix-xahar, VAT inkluża. Minn Jannar ta' din is-sena beda jiswa’ lill-Awtorità €25,448.06 fix-xahar, VAT inkluża. Dan l-ammont jinkludi €1,081.13 għall-użu ta' trasport addizzjonali, liema pagament ta' servizzi żejda hu provdut fl-agreement. Din il-kumpanija ntgħażlet wara sejħa għal offerti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati karozzi minn Jannar sal-aħħar ta' Mejju ta’ din is-sena? Kif jipparagunaw dawn il-figuri mas-sena ta’ qabel?
Kemm minnhom kienu ta’ ċilindratura fuq l-1600cc fis-sena 2008 u 2009? Kemm minn dawk importati din is sena huma second hand cars mir-Renju Unit u x’kien il-valur totali tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Jannar sal-aħħar ta' Mejju ġew reġistrati is-segwenti numru ta’ karozzi;
Perjodu
0 sa 1599cc
1600cc il’ fuq
Jannar sa Mejju 2008
4165
1409
Jannar sa Mejju 2009
5156
2563
Rigward l-importazzjoni ta'
second hand cars
, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7721, jista' l-Prim Ministru jgħid fil-każ tad-direct orders li hemm in konnessjoni mal-Forzi Armati ta' Malta ta' €1 miljun 'il fuq, jew €1 miljun kumulattiv 'il fuq allokati lill-istess ditta, ġewx mitluba mill-inqas żewġ kwotazzjonijiet oħra f'kull każ? Jekk iva, jista' jgħid liema kienu d-ditti l-oħra li ġew avviċinati u li ma ntgħażlux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-każ ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni relatat maż-żamma ta’ l-immigranti ġew mitluba quotations migħand Central Asfalt Ltd, Va C Contractor, Deulands u l-Ballut Blocks. L-aktar offerta vantaġġjuża kienet ta’ Ballut Blocks.
Fil-każ ta’ l-ikliet ta’ l-immigranti miżmuma fid-
Detention Services
ġew mitluba tlett
quotations
minn Island Caterers Ltd, Corinthia Inflight Services u James Caterers Ltd. L-aktar offerta vantaġġjuża kienet ta’ James Caterers Ltd.
Fil-każ ta’ l-Eurocopter Ltd, l-i
sptar parts
għal Helicopter Alouette jistgħu jinxtraw biss mingħand l-Eurocopter. Għal din ir-raġuni ma ntalbux
quotations
.
F’kull każ id-
Direct Order
inħareġ fuq approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, wara li ġiet segwita l-proċedura stabbilità.
Annual Report of the Ministry for Social Policy — Allowances
Question
In the 2008 Annual Report of the Ministry for Social Policy, in page 8 under the heading Salaries Section it is being shown that there were €28,234,460 paid in allowances (see hereuender item 1610). Can the Minister please justify and explain that?
Item Totals (€)
1110 – Holders of Political Office 12,537
1210 – Salaries 77,303,075
1310 – Bonus 1,323,758
1410 – Income Supplement 1,144,437
1510 – Social Security Contribution 7,100,703
1610 – Allowances 28,234,460
1710 - Overtime 4,345,004
Total 119,463,974