Passi biex jitħares l-ambjent u l-prodott turistiku
Question
Fid-dawl tar-rapporti li qed jidhru regolarment fil-media bħall-artiklu "Nightly Trail of Disgust" li deher fit-Times tas-26 ta' Lulju, 2009, jista' l-Prim Ministru bħala l-Ministru responsabbli kemm għall-ambjent kif ukoll għat-turiżmu jgħid x'passi konkreti u effettivi qegħdin jittieħdu biex kemm il-bajja ta' San Ġorġ, kif ukoll l-inħawi qrib lukandi 5-Star, ma jitħallewx jiġu abbużati minn żgħażagħ kultant taħt l-eta' li ħafna drabi jkunu qegħdin saħansitra jiksru r-regolamenti l-ġodda li jirregolaw l-konsum tax-xorb f'containers tal-ħġieġ? Flimkien mal-ġarr u konsum tal-alkoħol dawn iż-żgħażagħ qed jirrikorru għall-imġieba li permezz tagħhom jkunu qed iniġġsu dawn l-inħawi. Min huwa responsabbli biex jittieħdu l-passi neċessarji? Kemm ittieħdu passi s'issa biex jitħares kemm l-ambjent, kif ukoll biex ma jkomplix jmur il-baħar il-prodott turistiku ta' pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ttieħdu diversi miżuri konkreti sabiex jitħarsu kemm l-ambjent kif ukoll il-bon ordni fl-inħawi ta’ Paceville. Minn barra r-regolarmenti li semma l-Onorevoli Interpellant li jipprojbixxu l-konsum tal-alkoħol f’kontenituri tal-ħġieġ, il-konsum tal-alkoħol fil-pubbliku ħlief fejn permess kif ukoll il-ġarr tal-alkoħol ħlief fi flixkien issiġillati, twaħħlu numru ta’ sinjali bl-iskop li kulħadd ikun infurmat b’dawn ir-regolamenti.
Dan ġie kkumplimentat bl-istallazzjoni ta’ sistema ta’ CCTV (
Closed Circuit Television
) li tassisti l-Pulizija fil-qadi ta’ dmirijietha fl-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti.
F’dak li għandu x’jaqsmu il-Bajja ta’ San Ġorġ, ġie pprojbit il-konsum ta’ l-ikel u x-xorb fuq il-bajja bejn nofs-il lejl u t-tmienja ta’ filgħodu. Il-bajja tkun sorveljata minn żewġ membri tal-Pulizija kif ukoll minn żewġ
security guards
ingaġġati mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Din ta’ l-aħħar ħadet ħsieb ukoll tistalla numru ta’
floodlights
li jagħtu fuq il-bajja għal aktar sigurtà.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Enforcement Notices pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm enforcement notices pendenti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid kemm minnhom jmorru lura għal tliet snin jew aktar? Jista' jindika f'liema akwati qegħdin, raħal b'raħal?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Membri fuq xi bord
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilhom iservu l-membri kollha eżistenti fuq xi bord ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar inkluż d-Development Control Commission?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Reform u Minerals Advisory Board
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew advisors li għandu fuq il-MEPA reform? Min huma l-membri tal-MEPA minerals advisory board?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Uffiċċju tiegħi qed juża l-konsulenza tal-Management Efficiency Unit fit-tfassil tar-riforma tal-MEPA.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-Membri tal-
Minerals Advisory Board.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jiġi jiswa r-restawr tal-Auberge de Baviere u x'użu ser jsir minnu fil-ġejjieni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern illum m’hiex f’pożizzjoni li tgħid kemm ser jiġi jiswa r-restawr tal-Auberge de Baviere peress li għad iridu jiġu pproċessati u jinħarġu offerti għax-xogħol li għad fadal li jsir.
Ma hemm l-ebda pjan biex jinbidel l-użu li llum qed issir mill-Auberge de Baviere, cioe li sservi ta’ akkomodazzjoni għat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jitlob lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tippubblika r-rapport sħiħ tal-awditur dwar il-każ tal-Baħrija li jikkonċerna l-iżvilupp prospettiv ta' art f'isem il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li r-rapport finali msemmi mill-Onor Interpellant għadu mhux finalizzat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8794 u jippubblika l-istudji li kkwantifikaw l-impatt ambjentali u fuq is-saħħa taċ-ċittadini li ġew imħejjija qabel ma' saret l-aġġudikazzjoni tal-power plant il-ġdid ta’ Delimara?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif digà intqal f’diversi stqarrijiet li saru, l-Environmental Impact Assessment li qed jirreferi għalih l-On. Interpellant se jsir skond it-terms of reference relattivi maħruga mill-MEPA. Minbarra dan infakkar lill-On. Interpellant illi l-impjant li ser jinbena f’Delimara hu mgħammar bl-aħħar teknoloġija, u jikkonsisti f’miżuri favur l-ambjent. F’dan il-kuntest nirreferi għall-istqarrija tiegħi tal-1 ta’ Ġunju u li tista’ titnizzel mill-websajt tal-Ministeru tieghi f’ mitc.gov.mt.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet xahar b’xahar mill-2002 sa l-aħħar figuri ta’ l-2009? Kemm minn dawn kienu overturned ma' l-ewwel seduta u/jew f’reconsideration? Minn liema boards saru dawn l-overturnings u liema kienu l-periti li gawdew l-iżjed minn dawn l-overturnings? Kien hemm xi tnaqqis f’termini ta' perċentwali ta’ overturnings minn mindu rriżenja id-Development Control Commission Board A u nħatar il-ġdid fl-2008?
każi fejn ir-rapport tal-case officer ġie endorsjat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet (2000-2009) fejn ir-rapport tal-case officer ġie endorsjat u l-applikazzjoni ġiet deċiża dakinhar stess jew f’perijodu ta’ tlett ijiem mid-data ta’ l-endorsement? Jista' jgħid ta’ liema periti kienu dawn l-applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta’ l-informatika tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, mis-sena 2000 sal-lum, kien hemm elfejn u tmienja u erbgħin (2048) applikazzjoni li ġiet deċiża (first decision) f’perjodu ta’ tlett ijiem mid-data ta’ l-endorsement. Fil-kas ta’ reconsiderations, din l-informazzjoni bdiet tinġabar mis-sena 2004. Sal-lum kien hemm wieħed u għoxrin reconsideration li ġew deċiżi f’perjodu ta’ tlett ijiem mid-data ta’ l-endorsement.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bid-dettalji.
Dokument tar-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk involuti direttament fit-tfassil tad-dokument tar-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u jekk dawn jinkludux nies li kienu involuti f’riformi ta’ din l-organizzazzjoni fil-passat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dawn il-persuni assistew direttament lill-Gvern fit-tfassil tad-dokument imsemmi:
Is-Sur Austin Walker, Chairman, MEPA;
Perit Kevin Gatt B.E.&A. (Hons), M.Sc (Lond), MBA (Exec) DIC, MCIWEM, CEng, A.&C.E., Managing Consultant, MEU;
Ms Nadia De Marco B.Com (Hons), Econ, M.Sc. (LSE), Associate Consultant, MEU.
Uffiċjali mill-
Management Efficiency Unit
kienu membri f’grupp ta’ ħidma biex jimplimentaw ċerta titjib fil-proċess ta’ l-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet. Is-Sur Gatt kien iċ-
Chairman
ta’ dan il-grupp ta’ ħidma.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mis-sena 2000 sal-2009 fejn ir-rapport tal-case officer gie endorsjat minn l-istess case officer li kitbu? Jekk ġara hekk, jista' jgħid jekk dan huwiex suppost li jiġri? Jekk iva, jista' jgħid għaliex sar hekk u jekk hux ser jittieħdu passi dixxiplinarji kontra dawn il-persuni jekk jinstab li mhux suppost ġara hekk?
Minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih it-triqat tal-Madliena, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' liema triqat se jiġu asfaltati u meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ż-żona tal-Madliena tifforma parti mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi fejn skond il-program ta’ bini ta’ toroq li ħejjiet l-Awtorita’ hemm ippjanat li jsiru dawn it-toroq:
- Triq Josef Kalleya
- Triq Ġdida fi Triq Josef Kalleya
- Parti minn Triq il-Madliena
- Parti minn Triq il-Fortizza
- Triq is-Sagħtar
- Parti minn Triq Ortensji
- Parti minn Triq Qantar
- Parti minn Triq Qatta
Ix-xogħolijiet isiru skond il-fondi u l-prijoritajiet li jirriżultaw.
Operat tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Inkjesta indipendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex lest li jilqa' t-talba li saritlu riċentement għall-inkjesta indipendenti dwar każ speċifiku marbut mal-operat tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn għadd ta' non government organisations ewlenin fid-dawl tal-iskandlu riċenti tal-Baħrija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awditur tal-MEPA qed jinvestiga l-każ.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Persuna li mhix perit
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk matul dawn l-aħħar xhur fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienx hemm rapport dwar persuna jew persuni partikolari, li mhumiex periti, u li regolarment kienu qed jidhru f'isem applikanti biex isegwu l-ħruġ ta' compliance certificates f'inħawi differenti f'Malta u partikolarment f'areas outside development zone? Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk fil-każijiet li għalihom dehret din il-persuna kienx hemm xi rregolaritajiet fl-applikazzjoni għal compliance certificate?
Jista' l-Ministru jgħid kemm se iħallas il-Gvern għal kull bozza energy saving li ser iqassam?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li ħlas għal kull bozza energy saving li ser titqassam ser ikun skont in-notifikazzjoni tal-Gvern numru 200/09 li dehret fil-gazzetta tal-Gvern tal-11 ta’ Marzu tal-2009.
Jista' l-Ministru b'konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Kuntratti - jekk kien involut - jgħid kemm inħarġu media and corporate identity related tenders li jikkonċernaw azjendi, dipartimenti u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu din is-sena? Kemm minnhom kienu relatati wkoll mas-settur tal-printing? Kemm-il kumpannija applikat għal dawn it-tenders u liema ntgħażlet? X'kienu l-offerti kollha li saru? L-istess mitoqsija tirrigwarda is-sejħa riċenti li saret permezz ta' tender għall-organizzazzjoni ta' press conferences mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u min-NISCO (National Information Society Council)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Care workers u part-time social assistants — Dipartiment tas-Saħħa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9788 u jgħid kemm hemm postijiet ta' care workers vakanti mal-Gvern fid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm hemm part-time social assistants li qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol minflokhom, u dan b'paga ta' part-timers? Jista' jikkonferma li dan qed isir kemm fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule kif ukoll f'għadd ta' djar tal-anzjani tal-gvern? Huwa minnu li meta jkun hemm care workers u part-time social assistants bi leave jew sick leave qed jiġi ingaġġat wkoll kuntrattur/i privat? Jista' jinvestiga u jiċħad u/jew jikkonferma rapporti li waslu li d-Dipartiment qed jippermetti kemm care workers kif ukoll part-time social assistants li jaħdmu 24 siegħa jew f'ċerti kazi anki 36 siegħa bla waqfien u biex ma jidhrux li qegħdin jaħdmu dawn is-sigħat twal f'dan il-mod qegħdin ibiddlu l-post fejn dawn jaħdmu, daqqa fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule u daqqa f' Mount Carmel u daqqa fid-djar tal-Gvern għall-anzjani?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9784 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-Berġa ta' San Ġwann qed tkun magħluqa nhar ta' Ħamis kuntrarju għall-imgħoddi meta kienet tiftaħ bejn it-8.00 u il-11.00 ta' filgħodu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Building Industry Consultative Council fl-2007 u fl-2008 waqt li l-Perit li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament kien chairman? Kemm tħallas tas-servizzi tiegħu sena b’sena fl-2007 u fl-2008?