Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #1952 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett Fort Cambridge

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għall-allegazzjoni serja tal-kumitat tal-ġurnalisti u ta' l-istitut tal-ġurnalisti Maltin li l-inċident marbut mal-press release dwar l-approvazzjoni tal-proġett Fort Cambridge tefa' dubju serju fuq it-trasparenza u l-integrità tal-laqgħa tal-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u ċ-chairman il-ġdid tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ftit jiem qabel ma kienet ser tkun diskussa din l-applikazzjoni, iċ-Chairman tal-MEPA qal lil PR Executive tal-MEPA sabiex jipprepara żewġ stqarrijiet, waħda li tindika li l-proġett huwa approvat u l-oħra li tindika li ma kienx hemm deċiżjoni, u l-applikazzjoni kienet diferita. Dan sabiex ma jkunx hemm dewmien li tingħata stqarrija lill-ġurnalisti wara l-laqgħa tal-Bord. Sakemm bdiet il-laqgħa iċ- Chairman ma kien ra l-ebda stqarrija minn dawn. Iċ- Chairman ikkonferma wkoll li sakemm bdiet il-laqgħa tal-bord l-idea li jiġu preparati dawn l-istqarrijiet ma kienet diskussa ma ħadd u l-ebda membru ieħor tal-Bord ma kien jaf biha. Għaldaqstant l-allegazzjonijiet li d-deċiżjoni kienet ittieħdet minn qabel ma treġiex. Waqt il-laqgħa ġurnalist preżenti tkellem dwar din l-istqarrija u peress li l-anqas iċ- Chairman ma kien ra, kien sorpriż ħafna dwar minn fejn il-ġurnalist preżenti ġab din l-istqarrija. Iċ- Chairman informa lill-ġurnalist li hu kien jaf li hu kellhom ikunu preparati żewġ stqarrijiet imma ma setax jikkumenta iktar għax ma kellux f’idejh dawn l-istqarrijiet. Id-diskussjoni fil-pubbliku ħadet aktar minn tlett sigħat u nofs u l-membri ma kienux influwenzati bl-ebda mod għax ma kienu raw l-ebda stqarrija qabel il-laqgħa. Il- PR Executive ikkonferma li kellu l-istqarrija msemmija mal-karti li kien qed jaħdem fuqhom. Kif din ġiet f’idejn il-ġurnalista ħadd ma jistgħa jgħid. Li huwa ċert hu li din l-istqarrija li qed tissemma, kienet mimlija żbalji għax kienet għada qed tiġi magħmula.
Leg 11 PQ #9991 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet rifjutati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet xahar b’xahar mill-2002 sa l-aħħar figuri ta’ l-2009? Kemm minn dawn kienu overturned ma' l-ewwel seduta u/jew f’reconsideration? Minn liema boards saru dawn l-overturnings u liema kienu l-periti li gawdew l-iżjed minn dawn l-overturnings? Kien hemm xi tnaqqis f’termini ta' perċentwali ta’ overturnings minn mindu rriżenja id-Development Control Commission Board A u nħatar il-ġdid fl-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bid-dettalji: it-tabella mmarkata Numru 1, turi l-applikazzjonijiet rifjutati xahar b'xahar mis-sena 2002 sa l-aħħar ta' Lulju 2009, fil-waqt li tabella Numru 2 turi applikazzjonijiet li ġew overturned fl-istadju ta' rikonsiderazzjoni. L-istatistika turi l-figuri xahar b'xahar għat-tliet Bordijiet tal-Kummissjoni tal-Kontroll ta' l-Iżvilupp, minn Mejju 2002 sa l-aħħar ta' Lulju 2009. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tul il-perijodu msemmi (Mejju 2002 - Lulju 2009), l-aktar ħames periti li kienu nkarigati mill-applikazzjonijiet li ġew overturned kienu dawn: · Il-Perit Charles Buhagiar · Il-Perit Emanuel Vella · Il-Perit Robert Musumeci · Il-Perit Edwin Mintoff · Il-Perit Mannie Galea. (Il-lista hija fl-ordni skont l-ammont ta' applikazzjonijiet overturned , bl-aktar wieħed mpoġġi l-ewwel fil-lista.) Meta wieħed jieħu ħmistax-il xahar minn meta ġie appunatat il-Bord il-ġdid ta' DCC A, li hu minn Marzu 2008 sa Lulju 2009 u jikkomparah mal-ħmistax-il xahar preċedenti, li hu minn Ottubru 2007 sa Frar 2008, jirriżulta tnaqqis ta' 59% fin-numru ta' rikonsiderazzjonijiet li ġew overturned .
Leg 11 PQ #10679 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru tal-Politika Soċjali — taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (DALLI, JOHN)

Kif ċertament jaf l-Onor. Interpellant, kull aġġustament, fi kwalunkwe żmien jew perijodu, ’il fuq jew ’l isfel ta’ taxxi, tariffi jew miżati minn kull dipartiment, awtorità, istituzzjoni jew aġenzija, hu informazzjoni fil-‘public domain’ u ssapportjat mill-istrumenti legali neċessarji. Għalhekk, nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpelleant li kull aġġustament f’dan ir-rigward li sar fil-perijodu indikat fil-mistoqsija hu ppublikat skond kif titlob il-ligi li bis-saħħa tagħha sar tali aġġustament.

Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment — taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (FENECH, TONIO)

Kif ċertament jaf l-Onor. Interpellant, kull aġġustament, fi kwalunkwe żmien jew perijodu, ’il fuq jew ’l isfel ta’ taxxi, tariffi jew miżati minn kull dipartiment, awtorità, istituzzjoni jew aġenzija, hu informazzjoni fil-‘public domain’ u ssapportjat mill-istrumenti legali neċessarji. Għalhekk, nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpelleant li kull aġġustament f’dan ir-rigward li sar fil-perijodu indikat fil-mistoqsija hu ppublikat skond kif titlob il-ligi li bis-saħħa tagħha sar tali aġġustament.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif ċertament jaf l-Onor. Interpellant, kull aġġustament, fi kwalunkwe żmien jew perijodu, ’il fuq jew ’l isfel ta’ taxxi, tariffi jew miżati minn kull dipartiment, awtorità, istituzzjoni jew aġenzija, hu informazzjoni fil-‘public domain’ u ssapportjat mill-istrumenti legali neċessarji. Għalhekk, nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kull aġġustament f’dan ir-rigward li sar fil-perijodu ndikat fil-mistoqsija hu ppublikat skond kif titlob il-liġi li bis-saħħa tagħha sar tali aġġustament.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — taxxi, tariffi u miżati

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha bejn Jannar u Settembru 2009? Tista' tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kif ċertament jaf l-Onor. Interpellant, kull aġġustament, fi kwalunkwe żmien jew perijodu, ’il fuq jew ’l isfel ta’ taxxi, tariffi jew miżati minn kull dipartiment, awtorità, istituzzjoni jew aġenzija, hu informazzjoni fil-‘public domain’ u ssapportjat mill-istrumenti legali neċessarji. Għalhekk, nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpelleant li kull aġġustament f’dan ir-rigward li sar fil-perijodu indikat fil-mistoqsija hu ppublikat skond kif titlob il-ligi li bis-saħħa tagħha sar tali aġġustament.
Leg 11 PQ #10683 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — taxxi, tariffi u miżati

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha bejn Jannar u Settembru 2009? Tista' tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Kif ċertament jaf l-Onor. Interpellant, kull aġġustament, fi kwalunkwe żmien jew perijodu, 'il fuq jew 'l isfel ta' taxxi, tariffi jew miżati minn kull dipartiment, awtorita', istituzzjoni jew aġenzija, hu informazzjoni fil-'public domain' u ssapportjat mill-istrumenti legali neċessarji. Għalhekk, nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kull aġġustament f'dan ir-rigward li sar fil-perijodu ndikat fil-mistoqsija hu ppublikat skond kif titlob il-liġi li bis-saħħa tagħha sar tali aġġustament.

Gżira — Drainage Pumping Station

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga b'urġenza l-inkonvenjent u l-periklu għas-saħħa li teżisti fil-Gżira minħabba li d-drainage pumping station bejn Rue d'Argens u Triq Luqa Briffa għal dawn l-aħħar xhur kienet responsabbli għall-irwejjaħ insapportabbli f'ħinijiet kontinwi tal-ġurnata? Dan aktar u aktar billi għadd ta' residenti tal-lokal li għamlu lmenti mal-uffiċjali konċernati saħansitra għaddewlhom ritratti tad-dumping ta' raw sewage fil-miftuħ f'dan is-sit, mingħajr ma ttieħdu ebda passi rimedjali. Napprezza jekk il-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'passi effettivi ttieħdu mindu ġiet sottomessa din il-mistoqsija.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kawża ta’ dan l-inkonvenjent kien sadd fil-mina tad-drenaġġ viċin id-drainage pumping station tal-Gżira. Dan is-sadd ġie miftuh mill-ħaddiema tat-Taqsima tad-Drenaġġ ftit wara.
Leg 11 PQ #9929 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Persuna li mhix perit

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk matul dawn l-aħħar xhur fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienx hemm rapport dwar persuna jew persuni partikolari, li mhumiex periti, u li regolarment kienu qed jidhru f'isem applikanti biex isegwu l-ħruġ ta' compliance certificates f'inħawi differenti f'Malta u partikolarment f'areas outside development zone? Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk fil-każijiet li għalihom dehret din il-persuna kienx hemm xi rregolaritajiet fl-applikazzjoni għal compliance certificate?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10383.
Leg 11 PQ #10540 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern biex jintroduċi s-second u t-third pillar schemes tal-pensjonijiet u x'timeframes speċifiċi għandu biex iġibhom fis-seħħ?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li l-Pensions Working Group maħtur minni biex jirrakkomanda dwar it-tkomplija tar-Riforma fil-Pensjonijiet għandu jissottometti ir-rapport finali tiegħu f’Settembru. M’inix f’pożizzjoni li nagħti ‘time frames’ speċifiċi qabel ma nkunu ikkonsidrajna dan ir-rapport.
Leg 11 PQ #10675 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel m'għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10676 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ġustizzja u Intern — taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel m'għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif ċertament jaf l-Onor. Interpellant, kull aġġustament, fi kwalunkwe żmien jew perijodu, ’il fuq jew ’l isfel ta’ taxxi, tariffi jew miżati minn kull dipartiment, awtorità, istituzzjoni jew aġenzija, hu informazzjoni fil-public domain u ssapportjat mill-istrumenti legali neċessarji. Għalhekk, nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpelleant li kull aġġustament f’dan ir-rigward li sar fil-perijodu indikat fil-mistoqsija hu ppublikat skond kif titlob il-ligi li bis-saħħa tagħha sar tali aġġustament.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (BORG, TONIO)

Kif ċertament jaf l-Onor. Interpellant, kull aġġustament, fi kwalunkwe żmien jew perijodu, 'il fuq jew 'l isfel ta' taxxi, tariffi jew miżati minn kull dipartiment, awtorita, isituzzjoni jew aġenzija, hu informazzjoni fil-public domain u ssapportjat mill-istrumenti legali neċessarji. Għalhekk, nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kull aġġustament f'dan ir-rigward li sar fil-perjodu indikat fil-mistoqsija hu ppublikat skond kif titlob il-liġi tagħha sar tali aġġustament.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif ċertament jaf l-Onor. Interpellant, kull aġġustament, fi kwalunkwe żmien jew perijodu, ’il fuq jew ’l isfel ta’ taxxi, tariffi jew miżati minn kull dipartiment, awtorità, istituzzjoni jew aġenzija, hu informazzjoni fil-‘public domain’ u ssapportjat mill-istrumenti legali neċessarji. Għalhekk, nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpelleant li kull aġġustament f’dan ir-rigward li sar fil-perijodu indikat fil-mistoqsija hu ppublikat skond kif titlob il-ligi li bis-saħħa tagħha sar tali aġġustament.

Triq tal-Balal — Triq two way

Question

Billi ftit ilu ġejt mgħarraf li t-triq li tagħti minn Mekkek Bar sa Victoria Gardens/Lukanda Halland reġgħet infetħet two way jista' l-Ministru jinvestiga dawn in-nuqqasijiet marbutin ma' din it-triq u jgħid x’rimedji qed joffri billi : - it-triq hija biss parzjalment surfaced - parti minnha hija ‘ obstructed ’ - parti minnha hija biss tajba għal one lane filwaqt li partijiet oħrajn għal two lane - fiha hemm xejn anqas minn tliet blind corners - u m'hemm l-ebda footpaths B’żieda ma' dan hemm il-bottlenecks kontinwi li qed jinqalgħu regolarment mit-traffiku li jkun ġej miż-żewġ naħat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija meqjusa bħala triq rurali u minn dejjem kienet two way. Eventwalment, bħala parti mill-iskema ta’ immaniġġjar tat-traffiku waqt ix-xogħlijiet tal-pont Manwel Dimech din it-triq kienet inqalbet temporanjament one way. La darba tlesta x-xogħol, din it-triq reġgħet inqalbet għal two way kif kienet originarjament. Jien infurmat ukoll, li bħal fil-każ ta' diversi toroq rurali oħra, l-ADT m'għandha l-ebda pjan ta' xi intervent fuq din it-triq peress li din it-triq hija responsabbiltà tal-kunsill lokali.
Leg 11 PQ #10383 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Persuna li mhix perit

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9929 u jikkonferma jekk matul dawn l-aħħar xhur fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienx hemm rapport dwar persuna jew persuni partikolari, li mhumiex periti, u li regolarment kienu qed jidhru f'isem applikanti biex isegwu l-ħruġ ta' compliance certificates f'inħawi differenti f'Malta u partikolarment f'areas outside development zone? Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk fil-każijiet li għalihom dehret din il-persuna kienx hemm xi rregolaritajiet fl-applikazzjoni għal compliance certificate?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija proċedura normali li l-Awtorità tirċievi talbiet formali għall-compliance certificates mingħand periti biss u allura kwalunkwe dikjarazzjoni dokumentata inklużi pjanti, site plans u ritratti li jkun hemm annessi ma’ l-applikazzjoni jkunu ffirmati u ttimbrati bħala dokumenti awtentiċi u korretti mill-istess perit li jkun issottomettiha. Dan ma jeskludix il-fatt illi l-applikazzjonijiet jitwasslu l-Awtorità minn individwi, li f'ċerti każi jkunu s-sidien infushom jew impjegati tal-istess periti u li allura jkunu mqabbda mill-perit sabiex iwasslu u jsegwu t-talbiet lill-Awtorità. Kwaluknwe talba li ssir lill-Awtorità tiġi pproċessata skond proċedura stabbilita. Fejn jinstab illi d-dikjarazzjoni tal-perit tkun korretta, jinħareġ il- compliance certificate . Dan jintbagħat bil-posta reġistrata lill-applikant innifsu skond l-indirizz indikat fid-dikjarazzjoni. Jekk dan ta’ l-aħħar ikun jixtieq jiġbor iċ-ċertifikat personalment, ikun jista’ jagħmel hekk billi jippreżenta l-karta ta’ l-indentità u jiffirma fuq reġistru apposta qabel jieħu d-dokument. Mill-banda l-oħra jekk jirriżulta li x' informazzjoni tal-perit fid-dikjarazzjoni tkun susspettata irregolari, mhux ċara biżżejjed u/jew mhix korretta allura l-istess applikazzjoni tiġi immedjatament irriffjutata jew irritornata u l- compliance certificate ikun miċħud.
Leg 11 PQ #10384 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Care workers u part-time social assistants — Dipartiment tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9945 u 9788 u jgħid kemm hemm postijiet ta' care workers vakanti mal-Gvern fid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm hemm part-time social assistants li qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol minflokhom, u dan b'paga ta' part-timers? Jista' jikkonferma li dan qed isir kemm fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule kif ukoll f'għadd ta' djar tal-anzjani tal-gvern? Huwa minnu li meta jkun hemm care workers u part-time social assistants bi leave jew sick leave qed jiġi ingaġġat wkoll kuntrattur/i privat? Jista' jinvestiga u jiċħad u/jew jikkonferma rapporti li waslu li d-Dipartiment qed jippermetti kemm care workers kif ukoll part-time social assistants li jaħdmu 24 siegħa jew f'ċerti kazi anki 36 siegħa bla waqfien u biex ma jidhrux li qegħdin jaħdmu dawn is-sigħat twal f'dan il-mod qegħdin ibiddlu l-post fejn dawn jaħdmu, daqqa fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule u daqqa f' Mount Carmel u daqqa fid-djar tal-Gvern għall-anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ta' Qali Crafts Village — Pjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit li tqabbad biex jagħmel il-pjanti għal Ta' Qali Crafts Village fi żmien li kien responsabbli għalih l-Onor. Edwin Vassallo, liema pjanti baqgħu fuq l-ixkaffa? Kemm tħallas il-perit konċernat?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi żmien li qed jirreferi għalih, il-pjanti finali għal Ta’ Qali Crafts Village kienu kollha ippreparati minn periti impjegati mal Works Division fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura. Madanakollu fil-fażi preliminari, u waqt li kienu qed jinżammu il-laqgħat fuq bażi individwali mas-sidien tal-artiġjanat f’Ta Qali, kienu ġew ikkummissjonati żewġ entitajiet privati li taw servizzi ta’ konsulenza, għenu fil-preparazzjoni tal-BOQ’s, u għenu fit-tfassil tat- tender document . Dawn kienu il-Perit Robert Musumeci li ġie ikkummissjonat xogħol għas-somma totali ta’ LM 4212.00 (€9811.32), u l-kumpanija ADIVA MEDIALAB LTD li ġiet ikkummissjonata xogħol għas-somma totali ta’ LM 2460.30 (€5730.96).