Legislature:
Category:
Reset
Active:

Freeport — traffikar ta' bullets f'containers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk apparti mill-każ riċenti fejn instabu containers b'bullet casings fil-Freeport, il-Gvern fix-xhur mgħoddija kellux każi oħra fejn irċieva intelligence reports minn gvernijiet barranin dwar traffikar simili? Jekk iva, f'liema każi u x'kien l-eżitu min-naħa tiegħu? Liema kienu l-pajjiżi konċernati f'kull każ? Kien hemm każi fejn sar ship boarding fuq vapuri reġistrati f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Furjana — Awtorità dwar it-Trasport - direttorat tal-liċenzji u ttestjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-Awtorità dwar it-Trasport biex trażżan u tnaqqas il-ħin twil li membri tal-pubbliku jkollhom jqattgħu biex jinqdew mid-direttorat tal-liċenzji u ttestjar tal-Awtorità dwar it-Trasport, il-Furjana?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żebgħa tal-karozzi importati

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fis-suq għad hawn u għadhom ikunu importati żebgħa tal-karozzi VOC compliant bi ksur tar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità Maltija dwar l-iStandards (MSA), permezz tad-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq, flimkien ma l-Awtorita’ Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għadhom isibu din it-tip ta’ żebgħa waqt id-diversi spezzjonijiet li huma jwettqu minn żmien għall-żmien u flimkien qed jieħdu dawk il-miżuri sabiex: 1. meta jinstabu, dawn il-prodotti jitneħħew mis-suq; 2. min hu responsabbli mill-importazzjoni u t-tpoġġija fuq is-suq tal-istess prodotti jiġi mwissi sabiex jaderixxi mal-liġi; u 3. min qed juża din it-tip ta’ żebgħa jkun imwissi li qed jagħmel dan bi ksur tal-istess liġi.

Pet shops — regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jiġu ppubblikati r-regolamenti dwar pet shops? Dawn se jkunu f'forma ta' avviż legali jew abbozz ta' liġi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li mira hi, li sa l-aħħar tas-sena jiġi ppublikat l-Avviż Legali dwar il-Pet Shops.

Awtorità dwar it-Trasport — ex chairman

Question

Jista l-Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-media lokali li ex-chairman tal-Awtorità dwar it-Trasport u llum kunsillier tal-Partit Nazzjonalista talbu jniedi inkjesta indipendenti dwar il-proċess li bih imxiet l-Awtorità fil-kwestjoni tal-liċenzjar tal-karrozzi double deckers? Jista' jgħid x'deċiżjoni ttieħdet min-naħa tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11321 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Persuna li mhix perit

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10383, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qatt saru xi investigazzjonijiet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jaraw kemm kien hemm compliance certificates mill-periti li ma kenux in order u korretti? Jekk iva, kemm-il każ irriżulta lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u x'passi ttieħdu dwar dan? Rigward il-każ involut, jista' jgħid jekk kienx hemm eżitu ta' xi investigazzjonijiet mill-pulizija billi huwa allegat li din il-persuna tiffrekwenta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar b'ċertu awtorità u prepotenza anki fuq il-ħaddiema konċernati? Kemm kien hemm compliance certificate applications fis-snin 2007-2008 u din is-sena sal-lum? Kemm minnhom ġew rifjutati bil-konsegwenza li l-complaince certificate ġie miċħud?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11348 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' Renzon Piano — pubblikar tal-kuntratt

Question

Mingħajr ma nidħol fil-merti tal-proġett ta’ Renzo Piano, jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-ġurnalisti u membri tal-NGOs jew NGO partikulari, li xi ftit xhur ilu ġew mistiedna biex imorru Pariġi sabiex jiltaqgħu ma’ Renzo Piano? Għalkemm il-Gvern qed jirrifjuta li jippubblika l-kuntratt konċernat ma’ Renzo Piano minħabba dawk li qed jissejħu raġunijiet ta’ natura kummerċjali, ma jħossx li f’ġieħ it-trasparenza dan għandu jiġi ppubblikat minnufih, aktar u aktar billi kull kuntratt kummerċjali suppost li huwa suġġett għar- regolamenti tal- public procurement? Fil-fehma tiegħi dan kollu għandu jsir pubbliku minnufih mingħajr ma fl-ebda mod jippreġudika l-proġett jew jidħol fil-merti tiegħu.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Parking meters

Question

Jista' l-Mnistru jagħmel dikjarazzjoni kategorika li kuntrarju għal dak li ġie rrapportat minn Public Boardcast Services f'bulettin tal-aħbarijiet fuq TVM li l-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb li jintroduċi jew idaħħal parking meters? Jista' jgħid jekk sarux xi studji preliminari dwar il- feasibility ta' din il-miżura? Jekk iva, jista' jippubblikahom, irrispettivament u indipendentament mir- rakkmandazzjonijiet jew konklużjonijiet tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi qatt ma' ħadem jew ikkunsidra d-dħul ta' parking meters.
Leg 11 PQ #11428 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt ma' Media Consulta

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni vera għaliex intilfu fondi tal-Unjoni Ewropea marbutin mal-kuntratt miljunarju ma' Media Consulta fil-qasam turistiku? Jista' dan kollu b'xi mod ikun marbut mal-fatt li dawn il-fondi setgħu intilfu minħabba li l-prestazzjoni tal-kumpanija internazzjonali ma kenitx hekk kif stipulata fil-kuntratt? Jista' jikkonferma jekk sarx due diligence xieraq u adegwat min-naħa tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni strateġika li tintgħażel Media Consulta meta kien hemm dubju dwar l-operat tagħha internazzjonali sa minn qabel ma ttieħed il-kuntratt? Hemm xi kumpaniji u/jew individwi Maltin li ġew identifikati bħala rappreżentanti ta' Media Consulta? Jista' l-Gvern iserraħ ras iċ-ċittadini Maltin li ma kien hemm l-ebda għamla ta' undue pressures biex tintgħażel din il-kumpanija kif oriġinarjament sar? Kemm effettivament tħallset Media Consulta indipendement mill-fondi li ma waslux mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kupuni tal-bozoz

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li bosta persuni li jgħixu waħedhom ġew miċħuda mid-dritt li jkunu intitolati għall-kupuni tal-bozoz? Minn mindu l-Gvern talab lil dawk il-persuni jibdew jirreġistraw ruħhom mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex ikunu jistgħu jinħarġulhom il-kupuni konċernati kemm nies irregistraw s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11430 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ombudsman — deċiżjonijiet meħuda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm deċiżjonijiet tal-Ombudsman li l-Gvern għadu ma implimentax? Jista' jagħti r-raġunijiet għal dan, każ b'każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10537 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Enforcement Notices pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm enforcement notices pendenti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid kemm minnhom jmorru lura għal tliet snin jew aktar? Jista' jindika f'liema akwati qegħdin, raħal b'raħal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11068.
Leg 11 PQ #10675 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel m'għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma daħlet l-ebda taxxa, tariffa jew miżata ġdida bejn Jannar u Settembru. Lanqas ma saret reviżjoni fit-taxxi, tariffi jew miżati fl-istess perjodu mid-dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tal-Ministeru mmexxija minni. Irrid nispeċifika li dan ma jfissirx li ma sarx xi ċaqliq fil-prezzijiet ta’ prodotti u servizzi offruti mid-dipartimenti u entitajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 11 PQ #11081 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rwejjaħ ta' gass fil-Marsa

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga u jgħid kemm jistgħu jkunu minnhom l-ilmenti li rċevejt dwar irwejjaħ li hemm in-naħa tal-Marsa li uħud isostnu li huma dovuti għal gas hydrogen sulphide li ġej mill-power station? Jista' jgħid kemm ilhom dawn l-irwejjaħ? Jista' jgħid jekk hux qegħdin isiru testijiet fl-inħawi tal-Marsa għal dan it-tip ta' gass perikoluż minħabba li huwa fatt magħruf li l-H2S fl-atmosfera jkabbar ir-riskji għas-saħħa umana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kienu rrapurtati numru żgħir ta' inċidenti fejn kien hemm riħa ta' H2S (hydrogen sulphide) fil-Marsa però l-probabiltà li l-oriġini ta' dan kien il-power station, hija minima. Ġeneralment il-gass H2S huwa assoċjat mad-dekompożizzjoni batterika ta' materjal non-organiku u mhux mal-kombustjoni ta' fjuwils. Ħafna mill-ilmenti rigward irwejjaħ fil-Marsa għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' fuel handling u possibilment ma' discharges mhux awtorizzat fis-sistema tad-drenaġġ, minn sorsi oħra u mhux mill-power station. Il-MEPA ilha tirċievi lmenti fuq dawn l-irwejjaħ mill-2003. Però ħafna minn dawn l-ilmenti kellhom x'jaqsmu mal-irwejjaħ ġġenerati mill- handling ta' fjuwil u speċifikament minn sustanzi magħrufa bħala mercaptans , li huma assoċjati mal-fjuwil. Dawn is-sustanzi jinxtammu anki f'livelli baxxa ħafna. L-aktar episodju riċenti fejn kien hemm riħa qawwija ta' H2S x'aktarx li kien minħabba problema fis-sistema tad-drenaġġ f'binja partikolari. Il-kwalità tal-arja fil-Marsa tiġi mmonitorjata f'erba' lokalitajiet differenti, permezz ta' passive diffusion tubes . Dan il-programm ta' monitoraġġ ma jinkludix l-H2S, dan għaliex ma jeżistu l-ebda livelli stabbiliti bil-liġi għal din is-sustanza. Tajjeb wieħed ifakkar illi l-H2S huwa ġeneralment problema biss fi spazji magħluqa u għalhekk barra mill-iskop ta' ambient monitoring . Tajjeb li wieħed ikun jaf li l-immonitorjar għall-H2S permezz tal- passive diffusion tubes ma jagħtix riżultati utili, minħabba il-fatt li dawn l-episodji fejn tinxtamm riħa ta' H2S m'humiex daqshekk frekwenti u jdumu għall-perijodu ta' żmien relattivament qasir (ċirca 30 minuta jew anqas) meta mqabbla mal- exposure time tal- passive diffusion tubes li huwa ta’ bejn 2 u 4 ġimgħat (kif rrakommandant mill-manifattur).

Gambling Outlets

Question

Fid-dawl ta’ dak li rrizulta mil-laqgħa riċenti tal-House Social Affairs Committee dwar il-gambling outlets illegali li qed jinbtu madwar Malta kollha, jista' l-Ministru jieħu azzjoni flimkien mal-Ministru għall-Intern sabiex jigi żgurat li tittieħed azzjoni konkreta kontra dan l-operat illegali? Meta se jiddeċiedi l-Gvern jekk ħwienet simili humiex legali jew le, jew għandhomx jibqgħu illegali jew le? Għaliex qed iħallihom joperaw meta sal-lum għad m'hemm l-ebda leġislazzjoni jew regolamenti li jikkontrollaw l-operat tagħhom? Iħoss li l-ispjega tal-Agent Chief Executive Officer tal-Lotteries and Gaming Authority li l-awtorità għandha d-dmir li toħroġ il-liċenzji meħtieġa iżda ma tistax tagħmel dan qabel ma jkun hemm legal notice biex tirregola dan in-negozju, jindika li l-Gvern jidher li jinsab miexi lejn l-aċċettazzjoni ta’dawn il-gambling outlets kollha? X’tifhem il-LGA meta qed tistqarr li l-intenzjoni tagħha hi li il pożizzjoni tiġi regolarizzata kmieni kemm jista jkun? Li dawn se jibdew jitħallew joperaw f’pajjiżna bil-liċenzji li għad jridu joħorġu? Billi intqal li l-LGA qed tippjana anki pjanijiet fit-tul dwar passi dwar bans fuq gaming f’internet cafes b’liema kriterju qed jigi indikat li il-Gvern jista' jimxi b’kejl differenti fejn jiffavorixxi dawn il-gambling outlets u ma jieħux l-istess passi li jistgħu jiġu kkontemplati vis-a-vis l-gaming fl-internet cafes? Jista' jara flimkien mal-Ministru tal-Intern kemm minn dawn l-outlets qegħdin irażżnu żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena milli jiffrekwentawhom? Huwa minnu li spiss qed ikun hemm tfal ġo fihom? Filwaqt li wieħed jifhem ir-rakkmandazzjoni tal-Kumitat li għandha tispiċċa d-distinzjoni bejn gambling outlets u amusement machines jaħseb li l-gaming outlets jirrikjedu attenzjoni aktar prijoritarjà? Il-Gvern għandu jieħu in kunsiderazzjoni wkoll il-location ta’ dawn l-outlets li skond ma ġie żvelat f’ċerti każi jinsabu qrib ħafna ta' ċerti knejjes u skejjel? Filwaqt li wieħed japprezza il-proposta tal-kumitat li għandu jkun hemm moniteraġġ ta’ dawn l-attivitajiet, jaħseb li flimkien mal-Ministru tal-Intern hija responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali biex jieħu passi mmedjati kontra din l-illegalità?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10077.
Leg 11 PQ #10924 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — ħatra ta' konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li ADI Associates inħatru konsulenti tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jekk iva, meta nħatru u meta ħarġet is-sejħa għal offerti? Kemm ħadet konsulenzi l-ADI Associates mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta s’issa? Kemm tħallsu fis-snin 2008-2009 (to date) rispettivament? Huwa minnu li bħala konsulenti tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta dawn ġieli attendew laqgħat ma' żviluppaturi u stakeholders oħrajn meta ċerti tenders lanqas biss kienu għadhom ġew aġġudikati? Jista' jgħid liema ditta ta’ konsulenza hija nvoluta fit- tender GF/00153/06 li tikkonċerna Proposed Upgrading of Coastal Area and Development of a Sandy Beach ? Jista' jikkonferma kemm kien hemm każi fejn ADI Associates apparti milli kienu preżenti fl-istadji kollha tal-proċess tat- tendering kif jista' jiġi kkonfermat mill- minuti tal-i scoping meetings , dawn saħansitra kienu wkoll responsabbli biex huma stess jagħmlu l- compilation tal-PDS għat- tender ? Billi ADI Associates kienu preżenti flimkien mal-iżviluppatur, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar għall-i scoping meeting tal-21 ta' Mejju 2008, jista' jgħid jekk ADI Associates humiex xorta waħda eliġibbli biex jiġu kkunsidrati għat- tender in kwestjoni u jekk it- tender ġietx aġġudikata? Jidhirlu l-Prim Ministru li dan huwa każ ċar ta’ allegat każ ta’ kunflitt ta’ interess? Jista' jikkonferma jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’xi stadju jew ieħor kienx diġa’ ġie nfurmat dwar dawn l-allegati abbużi? Kif jinkwadra dan kollu mat-trasparenza li hu permezz tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu qed jgħid li jixtieq idaħħal fis-sistema tal- environment impact assessment consultancies bħala parti mir-riforma tal-l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Drainage department — concrete slab

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-drainage department qed jgħidu li l-concrete slab li hemm quddiem l-garaxx, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, irid jissewwa mill-inkwilini minkejja li din inkisret b'wear and tear normali, fosthom użu tal-pavimentar ikkonċernat, minkejja li ilha miksura żmien twil u ilha fi stat perikoluż minn April li għadda, tant li biex tinħareġ karozza qed jkollha tintuża biċċa plywood biex isserraħ fuqha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10958 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-saħħa — Gozo Channel - aspett sanitarju

Question

Irrespettivament minn kull eżitu li jista' jirriżulta mill-inkejsta li qal li ser jordna il-Ministru tal-Finanzi dwar l-allegazzjonijiet serji li saru f'protest Ġudizzjarju kontra l-operat tas-servizz tal-Gozo Channel mill-aspett sanitarju u tas-saħħa ta' dawk kollha li jistgħu jirkbu fuqu, jista' l-Ministru jgħid jekk u meta saru xi rapporti dwar dawn l-allegati nuqqasijiet lid-Dipartiment tas-Saħħa u lill-Organisational Health and Safety Authority? Jekk iva, meta saru x'investigazzjonijiet dwarhom preferibbilment billi jagħti dettalji dwar l-eżitu tagħhom? Kien hemm xi awtoritajiet oħra kkonċernati li għamlu spezzjonijiet biex jiżguraw li l-passiġieri ma jkunux kontaminati u li l-ħaddiema jaħdmu f'ambjent san? Jekk iva, liema kienu u meta għamlu dan?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ta' Qali — Park Nazzjonali - servizz tat-trasport għall-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiġi introdott xi forma ta' trasport għall-ħaddeima li jaħdmu fil-park nazzjonali Ta' Qali minħabba fi distanzi twal li hemm mis-servizz tat-trasport pubbliku u l-inkonvenjent li dan qed joħloq għalihom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Infurmat lid-Dipartiment tal-PARK dejjem għamel kull sforz biex jindirizza dawk il-każi fejn verament ikun hemm bżonn li jiġi pprovdut transport addizzjonali għall-ħaddiema. Fil-fatt diġà jipprovdi dan servizz lejn il-post tax-xogħol lil dawk il-ħaddiema li jkunu jeħtieġu dan. Minn naħa l-oħra, tajjeb li wieħed jgħid li l-Gvern m’għandu l-ebda obbligu li jipprovdi tali servizz mid-dar lejn il-post tax-xogħol.
Leg 11 PQ #11068 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Enforcement Notices pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10537 u jgħid kemm hemm enforcement notices pendenti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid kemm minnhom jmorru lura għal tliet snin jew aktar? Jista' jindika f'liema akwati qegħdin, raħal b'raħal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA għandha 7372 Enforcement Notice li mhumiex magħluqa. Minn dawn, 5400 enforcement notice kienu nħarġu bejn l-1993 u l-2006, fil-waqt li 1972 enforcement notice nħarġu bejn l-2007 u issa. Uħud min dawn għadhom jidhru pendenti għaliex il-kontijiet ta' direct action għadhom ma tħallsux. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kif inhuma mqassma l- Enforcement Notices raħal b'raħal.