Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — compliance certificates - self regulatory
Question
Billi s-sistema tal-compliance certificates hija self regulatory b’responsabilità fuq il-perit, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sistema ta’ awditjar teżisti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jiġi assigurat li ma jinħarġux dawn iċ-ċertifikati fuq bini li mhuwiex skond il-permess? Kemm mill-24,851 talba msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11610 saret spezzjoni fuqhom mill-enforcement officer qabel ma nħareġ iċ-ċertifikat? Sa l-aħħar ta’ Ottubru 2009, kemm kien hemm talbiet għal compliance certifactes pendenti quddiem l-awtorità? Kemm minn dawn it-talbiet ilhom pendenti aktar minn xaharejn? Kemm minnhom ilhom pendenti aktar minn erba’ xhur?
B'referenza għall-Hexagon House li bħalissa tinsab okkupata mill-ħaddiema tal-EPD tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li:
a) il-
measuring intruments
li hemm biex jagħmlu monitoraġġ tal-
hydrogen sulphide
mhumiex kapaċi jagħmlu
detection
anke tal-aktar livelli baxxi?
b) ix-xogħlijiet konnessi maċ-ċirkolazzjoni tal-arja u l-filtration iwasslu biex l-arja tidħol ġol-bini minflok viċi versa bil-konsegwenza li r-riħa tidħol aktar 'il ġewwa fil-bini nnifsu?
ċ) dan kollu diġà ġie sostanzjat minn engineer ikkummissjonat mill-awtorità nnifisha?
d) kien hemm ċirkostanzi fejn membri tal-istaff intbagħtu d-dar minħabba r-riħa li kien hemm u ġieli qalulhom li jekk qed iħossuhom skomdi setgħu jmorru d-dar u jagħmlu x-xogħol minn hemm?
e) waħda mill-kawżi ewlenin għall-irwejjaħ fl-akwati hija bad practice min-naħa ta' kumpanija li tuża waste oils b'mod li bih qed tagħmel connectivity illegali mas-sewers u anke tagħmel discharging illegali permezz ta' sewers kif ukoll tal-culverts fil-qrib?
f) din il-kumpanija ġiet identifikata, iżda ma tteħditx azzjoni kontriha minħabba pressjoni politika li setgħet saret biex jieqaf kollox?
g) mixja normali max-xatt tindika li hemm dawk li jissejħu noxious smells kważi litteralment f'kull sprall li wieħed jimxi qribu?
Kunsilli Lokail Ħal-Għargħur — Dipartiment tal-Artijiet - xogħol estensiv
Question
Nirreferi għal sit fil-Qasam tad-Djar tax-Xwieki f'Ħal-Għargħur li għal dawn l-aħħar 15-il sena kien qed jiġi amministrat mill-Kunsill Lokali ta'
Ħal-Għargħur wara li dan kien għamel xogħol estensiv ta' tindif u investiment sabiex is-sit jiġi mdawwar b'
fence
ħalli jkun jista' jintuża bħala
area
rikreattiva. Jidher li dan is-sit gie mgħoddi mid-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-Kunsill Malti għall-Isport u issa nbeda l-proċess sabiex dan is-sit jgħaddi għand għaqda sportiva.
Jista' l-Ministru jispjega kif saru dawn it-trasferimenti mingħajr ma ġie kkonsultat l-Kunsill Lokali ta' Ħal-Għargħur kif titlob il-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali, speċjalment meta d-Dipartiment ta' l-Artijiet kien konxju tax-xewqa li dan is-sit jiġi devolut lill-Kunsill Lokali tant li fil-passat kien ukoll appoġġja applikazzjoni li l-Kunsill Lokali kien għamel sabiex jigi żviluppat Ġnien Ġubbliku fl-istess sit?
Jista' jispjega għaliex il-Kunsill Malti għall-Isport kompla għaddej bil-proċess tal-għoti tas-sit lill-għaqda sportiva meta kien infurmat mill-Kunsill Lokali bl-oġġezzjoni tiegħu għal dan it-trasferiment?
Jista' jgħid jekk il-Kunsill Lokali hux ser jingħata xi kumpens ta' l-investiment li sar matul is-snin u li tali investiment kien sar bil-barka tad-dipartment tal-Gvern responsabbli minn dan is-sit?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tal-Għargħur qatt ma kellu xi forma ta’ titlu biex jamministra s-sit in kwistjoni. Barra minn hekk il-Kunsill Lokali qatt m’għamel talba formali lit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern (TPG) permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex is-sit jiġi devolut lill-Kunsill.
Fl-2006, il-Kunsill Malti għall-Isports talab lit-TPG sabiex is-sit in kwistjoni jgħaddi għandhom għal finijiet sportivi. Fl-2007 il-Kunsill Lokali tal-Għargħur kienu oġġezzjonaw għal dan għaliex xtaqu li s-sit jiġi żviluppat fi ġnien pubbliku.
Ta’ min wieħed jgħid li s-sit in kwistjoni qatt ma seta’ jiġi żviluppat fi Ġnien Pubbliku kif xtaq il-Kunsill Lokali peress li skont il-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta approvat fil-11 ta’ Lulju 2006, l-art in kwistjoni kienet skedata mill-MEPA biex isir żvilupp għal finijiet sportivi. Tant hu hekk li l-applikazzjoni lill-MEPA biex il-Kunsill Lokali jiżviluppa s-sit ġiet irrifjutata. Għaldaqstant, it-TPG kellha tgħaddi dan is-sit għand il-Kunsill Malti għall-Isports b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009 permezz ta’ Avviż Legali 177/09 datat 9 ta’ Ġunju 2009.
Kunsill Lokali Ħal-Għargħur — Dipartiment tal-Artijiet - xogħlijiet estensivi
Question
Nirreferi għal sit fil-Qasam tad-Djar tax-Xwieki f'Ħal-Għargħur li għal dawn l-aħħar 15-il sena kien qed jiġi amministrat mill-Kunsill Lokali ta'
Ħal-Għargħur wara li dan kien għamel xogħol estensiv ta' tindif u investiment sabiex is-sit jiġi mdawwar b'
fence
ħalli jkun jista' jintuża bħala
area
rikreattiva. Jidher li dan is-sit gie mgħoddi mid-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-Kunsill Malti għall-Isport u issa nbeda l-proċess sabiex dan is-sit jgħaddi għand għaqda sportiva.
Jista' l-Prim Ministru jispjega kif saru dawn it-trasferimenti mingħajr ma ġie kkonsultat l-Kunsill Lokali ta' Ħal-Għargħur kif titlob il-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali, speċjalment meta d-Dipartiment ta' l-Artijiet kien konxju tax-xewqa li dan is-sit jiġi devolut lill-Kunsill Lokali tant li fil-passat kien ukoll appoġġja applikazzjoni li l-Kunsill Lokali kien għamel sabiex jigi żviluppat Ġnien Ġubbliku fl-istess sit?
Jista' jispjega għaliex il-Kunsill Malti għall-Isport kompla għaddej bil-proċess tal-għoti tas-sit lill-għaqda sportiva meta kien infurmat mill-Kunsill Lokali bl-oġġezzjoni tiegħu għal dan it-trasferiment?
Jista' jgħid jekk il-Kunsill Lokali hux ser jingħata xi kumpens ta' l-investiment li sar matul is-snin u li tali investiment kien sar bil-barka tad-dipartment tal-Gvern responsabbli minn dan is-sit?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-grant li rċieva l-Gvern biex permezz tiegħu xtara ħafna mill-apparat ta' dan il-laboratorju nazzjonali? Jikkonferma li ħafna minnu mhuwiex jintuża bħalissa? X'inhi r-raġuni għal dan, jekk dan jirriżulta li huwa minnu?
Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni vera għaliex intilfu fondi tal-Unjoni Ewropea marbutin mal-kuntratt miljunarju ma' Media Consulta fil-qasam turistiku? Jista' dan kollu b'xi mod ikun marbut mal-fatt li dawn il-fondi setgħu intilfu minħabba li l-prestazzjoni tal-kumpanija internazzjonali ma kenitx hekk kif stipulata fil-kuntratt?
Jista' jikkonferma jekk sarx
due diligence
xieraq u adegwat min-naħa tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni strateġika li tintgħażel Media Consulta meta kien hemm dubju dwar l-operat tagħha internazzjonali sa minn qabel ma ttieħed il-kuntratt?
Hemm xi kumpaniji u/jew individwi Maltin li ġew identifikati bħala rappreżentanti ta' Media Consulta? Jista' l-Gvern iserraħ ras iċ-ċittadini Maltin li ma kien hemm l-ebda għamla ta'
undue pressures
biex tintgħażel din il-kumpanija kif oriġinarjament sar? Kemm effettivament tħallset Media Consulta indipendement mill-fondi li ma waslux mill-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11613.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li Malta hi waħda mill-ftit pajjiżi li kuntrarju għall-ġirien tagħna bħal Ċipru, ma tidhirx li hija membru tal-World Energy Council?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi Malta hija membru ta’ żewg regulaturi internazzjonali fil qasam ta l-enerġija, il-MEDREG (Mediterranean Energy Regularors) u CEER/EREG (Council of Europe Energy Regulators). L-Awtorità ta’Malta dwar ir-Riżorsi applikat ukoll biex tkun membru sħiħ f’IRENA (International Renewable Energy Agency). Hemm numru ta’ aġenziji u kunsilli internazzjonali fejn Malta tista tkun membru u l-World Energy Council huwa wieħed minnhom. Ma hemm l-ebda raġuni partikulari għaliex l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi mhix membru tal-World Energy Council (WEC). Jekk l-Onorevoli interpellant jaħseb u għandu xi raġuni valida għaliex Malta għandha tkun membru tal-WEC li tmur oltre li xi ġirien tagħna huma membri naprezza jekk jinfurmani.
Marsa — Biċċerija - sistema mħaddma skont kif titlob l-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma kategorikament li s-sistema dwar traceability fil-biċċerija tal-Marsa qed taħdem kif suppost ‘from farm to fork’ kif titlob l-Unjoni Ewropea? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti dwar dan is-suggett u jinvestiga r-rapporti li wasluli li din is-sistema mhix qed taħdem jew titħaddem kif mixtieq?
Minħabba rapporti li kien hemm fl-istampa internazzjonali bl-isem ta’ Mediterranean is becoming a dumpsite, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qattx ġew ikkummissjonati studji lokali jew barranin biex jaraw jekk hemmx xi traċċi tossiċi fl-ibħra ta' madwar gżiritna?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8238, jista' l-Ministru issa jgħid kemm ġew irreġistrati mwiet kawża ta' cancer (malignant conditions) jew li fihom din il-kundizzjoni kkontribwiet għall-kawża tal-mewt, f'dawn il-lokalitajiet f'dawn l-aħħar 20 sena: Marsaxlokk, Birżebbuġa, Żejtun, Għaxaq, Fgura, Żabbar u Wied il-Għajn? Jista' jagħti l-figuri miġbura sena b'sena, skond is-sess u l-età?
Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi — environmental forensics
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi għandhiex nies speċjalizzati f’environmental forensics ? Jekk le, fuq is-servizzi ta’ min taqa' meta jkun hemm bżonn studji jew analiżi simili?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi ma’ għandhiex nies speċjalizzati f’environmental forensics. Meta jkun hemm il-bżonn ta’studju jew analiżi jiġu ngaġġati konsulenti speċjalizzati.
Malta Chambers of Commerce, Enterprise and Industry — rappreżentanza diplomatika barra l-pajjiż
Question
B’referenza għar-rapport dwar konferenza tal-Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry li deher fit Times Business Supplement tad-29 ta' Ottubru 2009, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkonferma r-rapporti li:
a) Malta qed tikkonsidra li tittrasferixxi l-preżenza diplomatika ewlenija tagħha fil-Golf Għarbi mis-Sawdi Arabja għal Abu Dhabi?
b) Fiex waslu l-pjanijiet tal Gvern biex ikun hemm
representative offices
fl-Afrika t’isfel u l-Brazil jew dawn se jkunu biss tal-Malta Enterprise mingħajr rappreżentanza diplomatika?
ċ) Min qiegħed jagħmel ir-
review
tar-rappreżentanza diplomatika tagħna barra l-pajjiż bħala
locations
strateġiċi fid-dawl tal-isfidi tal-globalizzazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel domandi m'hemmx ħsieb dwar dan da parti tal-Ministeru.
Dwar pjani tal-Gvern għal ftuħ ta' uffiċċji rappreżentattivi fl-Afrika t'Isfel u l-Brażil, saru kuntatti preliminari dwar kif il-Malta Enterprise u l-Ministeru jistgħu jiko-operaw f'dal qasam. Ma hux eskluż li dawn ikunu uffiċċji konsolari ukoll, iżda ma ttieħdet ebda deċiżjoni s'issa fir-rigward.
Il-Ministeru kull tant żmien jagħmel review dwar rappreżentanzi diplomatiċi fl-ogħla livell fil-Ministeru. Bis-saħħa ta' dan ir-review il-Ministeru tiegħi fetaħ Missjoni Diplomatika f'Warsaw, Missjonijiet Diplomatiċi f'Tel Aviv u f'Ramallah flimkien mal-Gvern Ċiprijott u Konsolat f'Istanbul. Għall-perjodu qasir intużaw faċilitajiet u infrastruttura tal-Konsolati Spanjoli minn Diplimatiċi Maltin fl-Alġerija u fis-Serbja.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien ikkummissjona l-Ministru tal-Ambjent ta' dak iż-żmien, l-Onor. Francis Zammit Dimech, dwar it-trab iswed mingħand grupp ta’ konsulenti Inglizi fis-sena 1999?
Jista’ jgħid ukoll x’kien il-pjan ta’ azzjoni li wiegħed il-Ministru ta’ dakinhar u kemm gie implimentat minnu? Meta tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? X'wassal lill-awtoritajiet biex naqsu milli jindirizzaw din il-problema minkejja li għadda dan iż-żmien kollu, aktar u aktar billi l-problema baqgħet tkarkar u tintensifika tul is-snin?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet tal-Gvern għad-decommissioning tal-Marsa Power Plant tal-Enemalta?
Se jinħarġu xi
tenders
għal dan u jekk iva, f’liema dati tentattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li bħalissa, l-Enemalta qed tħejji l-pjan tagħha għad-decommissioning tal-power station tal-Marsa, liema pjan ikun irid jiġi maqbul mal-MEPA. Il-pjan tal-Gvern huwa li l-power station tal-Marsa tingħalaq sa l-aħħar ta' l-2012 malli jibda jaħdem l-interconnector ma' Sqallija.
Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ ta’ kostitwent li qed ikollu jħallas madwar €585 fix-xahar sabiex ikun jista’ jieħu l-injezzjonijiet FORSTEO, ħaġa li ilu jagħmel minn butu minn Mejju, 2009?
Skond ma ninsab infurmat huwa jeħtieġlu jieħu injezzjoni waħda kuljum għal 18-il xahar u l-ispiża msemmija tinkludi labar ta’ l-injezzjoni minbarra l-ispiża ta’ nurse privata kuljum biex jingħata dawn l-injezzjonijiet.
Ninsab infurmat li d-dettalji kollha tal-każ jinsabu f’idejn is-Segretarju Privat tal-Ministru li dettalji dwaru qed jintbagħu separatament, fejn dan għarrfu f’Mejju li għadda li l-każ qiegħed jiġi kkonsidrat.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu intitolat biex jieħu dawn l-injezzjonijiet? Huwa possibbli li dawn jingħataw b’xejn? Jekk le, huwa possibbli li dawn jinxtraw mill-Ispiżerija tal-Gvern biex wieħed jiffranka minn spiża kull xahar daqstant kbira?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika dwar kemm kien hemm każi ta’ separazzjonijiet u annulamenti taż-żwieġ f’dawn l-aħħar għaxar snin sena b’sena? Jista' jinkludi wkoll proċeduri ta’ separazzjoni quddiem il-qrati Maltin li għadhom ma ġewx finalizzati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni dwar separazzjonijiet u annullamenti reġistrati li tista’ tinkiseb mill-NSO hija dik mis-sena 2007 ‘il quddiem kif ġej:
Separazzjonijiet u annullamenti reġistrati:
Sena
Separazzjonijiet
Annullamenti
2007
637
167
2008
519
188
Sors: Demographic Review 2007, 2008
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni dwar proċeduri ta’ separazzjoni quddiem il-qrati Maltin li għadhom mhumiex finalizzati ma tinġabarx mill-NSO. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistqosija tiegħu lill-Ministru konċernat.
applikazzjonijiet għas-sussidji fuq is-solar water heaters
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad hemm applikazzjonijiet għas-sussidji fuq is-solar water heaters minn individwi li għadhom pendenti biex jiġu proċessati minkejja li diġà ġew approvati?
Jista' jagħti l-għadd xahar b’xahar ta' dawn il-pendenzi minn kemm ilhom li ġew sottomessi?
Jista' jgħid għaliex qed ikun hemm daqstant dewmien fl-ipproċessar mill-Awtorità tar-Riżorsi ta' Malta u meta mistennija jinħarġu dawn is-sussidji? Jikkonferma li l-Awtorità tar-Riżorsi ta' Malta ġieli qalet lil xi applikanti biex jieħdu ftit paċenzja u jistennew ftit ieħor?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill- Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11611 u 11348 u ċioe: mingħajr ma nidħol fil-merti tal-proġett ta’ Renzo Piano, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-ġurnalisti u membri tal-NGOs jew NGO partikulari, li xi ftit xhur ilu ġew mistiedna biex imorru Pariġi sabiex jiltaqgħu ma’ Renzo Piano?
Għalkemm il-Gvern qed jirrifjuta li jippubblika l-kuntratt konċernat ma’ Renzo Piano minħabba dawk li qed jissejħu raġunijiet ta’ natura kummerċjali, ma jħossx li f’ġieħ it-trasparenza dan għandu jiġi ppubblikat minnufih, aktar u aktar billi kull kuntratt kummerċjali suppost li huwa suġġett għar-regolamenti tal-
public procurement?
Fil-fehma tiegħi dan kollu għandu jsir pubbliku minnufih mingħajr ma fl-ebda mod jippreġudika l-proġett jew jidħol fil-merti tiegħu.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Persuna li mhix perit
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10383, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qatt saru xi investigazzjonijiet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jaraw kemm kien hemm compliance certificates mill-periti li ma kenux in order u korretti? Jekk iva, kemm-il każ irriżulta lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u x'passi ttieħdu dwar dan? Rigward il-każ involut, jista' jgħid jekk kienx hemm eżitu ta' xi investigazzjonijiet mill-pulizija billi huwa allegat li din il-persuna tiffrekwenta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar b'ċertu awtorità u prepotenza anki fuq il-ħaddiema konċernati? Kemm kien hemm compliance certificate applications fis-snin 2007-2008 u din is-sena sal-lum? Kemm minnhom ġew rifjutati bil-konsegwenza li l-complaince certificate ġie miċħud?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lil Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11610.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11429 u jikkonferma rapporti li bosta persuni li jgħixu waħedhom ġew miċħuda mid-dritt li jkunu intitolati għall-kupuni tal-bozoz? Minn mindu l-Gvern talab lil dawk il-persuni jibdew jirreġistraw ruħhom mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex ikunu jistgħu jinħarġulhom il-kupuni konċernati kemm nies irreġistraw s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, lill-Ministru konċernat.
Rigward it-tieni parti, ninsab infurmat li sa issa ġew reġistrati 814 -il persuna mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.