Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11965 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Ħal-Għargħur — Dipartiment tal-Artijiet - xogħlijiet estensivi

Question

Nirreferi għal sit fil-Qasam tad-Djar tax-Xwieki f'Ħal-Għargħur li għal dawn l-aħħar 15-il sena kien qed jiġi amministrat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal-Għargħur wara li dan kien għamel xogħol estensiv ta' tindif u investiment sabiex is-sit jiġi mdawwar b' fence ħalli jkun jista' jintuża bħala area rikreattiva. Jidher li dan is-sit gie mgħoddi mid-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-Kunsill Malti għall-Isport u issa nbeda l-proċess sabiex dan is-sit jgħaddi għand għaqda sportiva. Jista' l-Prim Ministru jispjega kif saru dawn it-trasferimenti mingħajr ma ġie kkonsultat l-Kunsill Lokali ta' Ħal-Għargħur kif titlob il-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali, speċjalment meta d-Dipartiment ta' l-Artijiet kien konxju tax-xewqa li dan is-sit jiġi devolut lill-Kunsill Lokali tant li fil-passat kien ukoll appoġġja applikazzjoni li l-Kunsill Lokali kien għamel sabiex jigi żviluppat Ġnien Ġubbliku fl-istess sit? Jista' jispjega għaliex il-Kunsill Malti għall-Isport kompla għaddej bil-proċess tal-għoti tas-sit lill-għaqda sportiva meta kien infurmat mill-Kunsill Lokali bl-oġġezzjoni tiegħu għal dan it-trasferiment? Jista' jgħid jekk il-Kunsill Lokali hux ser jingħata xi kumpens ta' l-investiment li sar matul is-snin u li tali investiment kien sar bil-barka tad-dipartment tal-Gvern responsabbli minn dan is-sit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12218.
Leg 11 PQ #12342 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar — Enforcement Unit - impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri fl-Enforcement Unit tal-Awtorità ta' Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar bħalissa? Jista' jagħti rendikont tal-ħidma tagħhom minn Jannar din is-sena 'l hawn? Kif inhuma deployed ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Teatru Manoel — security guard services - kwestjoni fuq ħaddiema

Question

B’referenza għas-security guard services privati li ser jibdew jiġu provduti għat-Teatru Manoel, tista' l-Ministru tikkonferma li t-tender li intrebħet minn ħaddiem li kien jaħdem part time fl-istess xogħol mal-kumpanija CT Park, issa ser jiġi provdut minn part-timers li għandhom impjieg full-timerispettivament wieħed bħala xufier tad-direttur tar-Residenza San Vincenz de Paule, ieħor impjegat f'Kastilja, kif ukoll ħaddiem li jaħdem full-time fl-Isptar Mater Dei? Billi qabel dan ix-xogħol kien isir minn roster ta’ żewg full-timers u żewg part-timers, tħoss il-Ministru li dan huwa arrangament xieraq u ġust?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sejħa għal-offerti għal security guard services ġewwa t-Teatru Manoel kienet waħda pubblika. Wara l-konsiderazzjoni li saret tal-offerti ġie magħżul dak li ekonomikament kien l-aktar vantaġġuż wara li l-offerti kollha kienu teknikament konformi ma dak li intalab. Il-Bord aġġudikattiv ma joqgħodx jara l-persuni li qed joffru s-servizz mnejn jiġu jew fejn jaħdmu għaliex dik ma kenitx kriterju. Għall-informazzjoni ta’ din il-Kamra nikkonferma li l-persuni li intgħażlu jaħdmu kif suġġerit mill-Onorevoli Interpellant. Il-Ministeru ma jidħolx fl-aġġudikazzjoni sakemm din tkun saret skont ir-regolamenti u proċeduci.

Proġetti mhux aċċettati għall-fond ambjentali mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li Malta hija waħda minn erba' stati membri tal-Unjoni Ewropea li naqset milli tibbenefika mill-fond ambjentali ta’ €207 miljun tal-Unjoni Ewropea allokati lill-proġetti ambjentali taħt il-Life Programme għas-sena li għaddiet? Jikkonferma li l-erba' proġetti sottomessi minn pajjiżna lkoll ġew skwalifikati minħabba li ma laħqux il-livelli u s- selection criteria meħtieġa? Bħala Gvern Malti, jista' jgħarrafna għaliex l-ebda proġett Malti ma ġie approvat jew saħansitra aċċettat u dan meta pajjiż żgħir ġirien tagħna li issieħeb magħna bħal Ċipru, irnexxielu jirċievi 'l fuq minn €6 miljun b’rabta ma' ħames proġetti differenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #12355 Sitting 161 2009-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

estensjoni tal-power station ta' Delimara

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma d-data li fiha il-Kabinett approva l-iffirmar tal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara? Meta ġie ffirmat? Jikkonferma li l-kumpanija Hutney-Bateman kienet kitbitlu dwar allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet fl-aġġudikazzjoni xahar qabel ma dehret in-notifika tad-Dipartiment tal-Kuntratti fuq in- notice board fit-3 ta' April 2009? X’passi ħa wara l-kontroversja li qamet biex jiżgura li d-Dipartiment tal-Kuntratti onora klawżola 1.19 rigward instructions to bidders fejn jintqal li "all bidders will receive notification about the success or otherwise of their bid …". Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-kumpanija Hutney Bateman ġiet mgħarrfa dwar dan, billi dawn insistew diversi drabi li qatt ma rċevew notifika simili, tant li allegatament ġew mgħarrfa biss fl-4 ta' Mejju, 2009 fejn ġew riferuti għan-notice board tad-Dipartiment tal-Kuntratti u fejn qalulhom li l-għaxart ijiem tal-appell kienu skadew? Fid-deliberazzjonijiet fil-Kabinett ittieħed in konsiderazzjoni l-fatt li l-użu tal-gass naturali kien wieħed mir-rakkmandazzjonijiet tar-rapport dwar l-enerġija li ħejja il-Ministeru tar-Riżorsi kif wkoll l-abbozz oriġinali tal-Kumitat dwar it-Tibdil tal-Klima? Ittieħdu in konsiderazzjoni ir-running costs bejn impjant b’gass naturali fuq medda ta’ snin b’paragun mal-alternattivi l-oħra konsidrati? Kemm ġew ikkonsultati environmental experts tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar l-element ta’ toxic waste li l-impjant il-ġdid se jkun qed jarmi kuljum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant id-diskussjonijiet fil-Kabinett m’humiex materja fid-dominju pubbliku. Nonostante dan infakkar l-Onorevoli Interpellant li bi qbil mal-Kabinett dil-materja ġiet riferuta lill-Kumitat għall-Verifika tal-Kontijiet Pubbliċi liema Kumitat talab l-intervent tal-Awditur Ġenerali. Infakkar ukoll li wara li jitlesta r-rapport tal-Awditur Ġenerali dan is-suġġett ser ikun ukoll diskuss f’dan il-Parlament.

feasibility study fuq dokument A Proposal for an Energy Policy For Malta

Question

B’referenza għad-dokument riċenti ‘A Proposal for an Energy Policy For Malta’ jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-feasibility study li għamlet l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi fejn din qalet li kkonsidrat diversi għażliet dwar il-provvista ta’ gass naturali fosthom permezz ta’ pipeline interconnection bejn Gela u Delimara, liquified natural gas terminal f’Delimara Power Station bi trasport via sea vessels u compressed natural gas li jinvolvi l-ħażna u t-trasport ta’ gass kompressat f’pipes ġewwa sea vessels? Jista' jara li jiġu inklużi wkoll ir-rakkmandazzjonijiet finali fejn jintqal li skond l-istudju, liquified natural gas terminal bi s torage capacit y ta’ 600,000 cubic m tkun l-aħjar għażla u li l-introduzzjoni tal-gass naturali apparti milli jgħin fid-diversifikazzjoni, fil-ġenerazzjoni tal- fuel jikkontribwixxi sostanzjalment fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal- carbon dioxide flimkien ma' pollutants oħrajn ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — complementary detailed feasibility study

Question

Billi fir-rapport dwar proposti għall-politika tal-enerġija, il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali ħabbar f’paġna 23 li l-Korporazzjoni Enemalta kienet qed tagħmel complementary detailed feasibility study li dakinhar kellu jitlesta dalwaqt dwar analiżi tal-optimum sizing u teknologija għall-interconnector ma' Sqallija flimkien mal-implikazzjonijiet prattiċi għal dawk li għandhom x’jaqsmu ma' stability issues konnessi mal-electricity interconnection, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ir-rapport tlestiex u jekk iva, jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li sar studju finanzjat mill-UE bejn l-Enemalta u Terna dwar il-feasibility ta’ l-interconnector bejn Malta u Sqallija. Dan l-istudju huwa proprjetà konġunta bejn l-Enemalta u Terna u allura l-Enemalta m’għandiex il-liberta li tirrilaxxah mingħajr il-permess tat-Terna.
Leg 11 PQ #12320 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — policies

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega l-fatt li meta suppost ir-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha qed tiġi diskussa u finalizzata qabel titressaq fil-Parlament għall-approvazzjoni tal-Kamra u diversi policies tal-Awtorità, għadhom qed jiġu reviewed minn kummissjoni maħtura apposta nhar it-2 ta' Ottubru 2009, liema xogħol mistenni jitlesta sa tmiem is-sena, il-Gvern, permezz tal-Awtorità diġà qed jimplimenta mingħajr ebda konsultazzjoni partijiet mill-istess riforma fejn fost l-oħrajn qed joħorġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal kull min jixtieq iservi full-time fuq boards tad-Development Control Commission mingħajr ma biss nafu jekk dawn l-istrutturi humiex ser jinbidlu jew le bir-riforma? Jista' jgħid ukoll għal dawk li jistgħu jkunu interessati li jservu fuq il-Planning Appeals Board?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12321 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Investigazzjoni interna dwar il-kostruzzjoni ta' supermarket

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intern li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għamlet dwar l-investigazzjonijiet interni tagħha dwar il-kostruzzjoni tas-supermarket LIDL ġewwa Ħal-Luqa? Jista' jgħid meta ġie kkummissjonat u meta tlesta dan ir-rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-MEPA bord ta’ inkjesta interna twaqqaf fit-23 ta’ Lulju 2009. Dan il-Bord kellu jlesti r-rapport tiegħu sa l-aħħar ta’ Ottubru 2009 u minħabba li ma tlestix ix-xogħol li kellu jagħmel talab estensjoni sa l-aħħar ta’ Novembru 2009.

Food security and safety regulations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-irziezet f'pajjiżna huma compliant ma' Food Security and Safety Regulations tal-Unjoni Ewropea? X'għajnuna qed jagħti l-Gvern biex jgħinhom jagħmlu l-investimenti meħtieġa sabiex jiġu compliant? Kemm minn dawn il-farms ġew mibdula għall-użu ieħor? X'ser jiġri minn dawn il-farms meta l-għajnuna finanzjarja diretta tieqaf fi tmiem is-sena d-dieħla? Jista' jikkonferma li f'żoni bħall-Magħtab hemm tmienja biss minn 24 razzett li għadhom joperaw bħala farms u li ħafna minn dawn jinsabu f'qagħda ħażina ferm? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn għandhom jitħallew ikomplu joperaw minħabba fil-kundizzjonijiet li jinsabu fihom? X'garanzija għandu l-konsumatur li l-Gvern qed jpoġġi l-interessi u l-kunsiderazzjonijiet tal-istess konsumaturi dwar il-food security and safety l-ewwel u qabel kollox?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12333 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — kummissjoni għar-reviżjoni tal-policies

Question

Peress li ftit ġimgħat ilu l-Prim Ministru waqqaf kummissjoni għar-reviżjoni tal-policies tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, billi huwa għażel li jinnomina għadd ta’ persuni li qed jirrappreżentaw lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inkunx korrett jekk nifhem li l-Users Committees tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u anke għaqdiet ambjentali mhux governattivi, issa għandhom l-obbligu li jaġġornaw regolarment lill-entitajiet li qegħdin jirrapreżentaw dwar l-andament tal-laqgħat li qed ikollhom bħala rappreżentanti tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kappara — Riforma f'Regional Road

Question

B’referenza għar-rapporti li dehru fil-media lokali li l-Awtorità dwar it-Trasport qiegħda tikkonsidra serjament li twessa’ Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Kappara, jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta’ għadd ta’ residenti fl-inħawi u ċittadini oħrajn dwar il-fatt li ż-żona madwar ir-roundabout tal-gass fi Triq Mikiel Anton Vassalli u Sliema Road, fil-Kappara huma postijiet fejn l-inċidenti tat-traffiku ma jonqsux? Fl-imgħoddi kien hemm saħansitra każijiet fejn vetturi skidjaw u telgħu l-bankina u anki faqgħu ċ-ċint tal-Korporazzjoni Enemalta, fost partijiet oħrajn. Sa ftit jiem ilu biss kellna mill-ġdid każ gravi fejn vettura telgħet il-bankina u nqalbet. Fiċ-ċirkostanzi, apparti mill-pjanijiet li għandu l-Gvern dwar il-Kappara Junction, tista' l-Awtorità dwar it-Trasport flimkien mal-kunsill lokali konċernat jaraw li jitqiegħdu crash barrier s fuq iż-żewġ naħat ta’ Regional Road u Sliema Road u fuq is- central strips tal-istess toroq? Tista' tiġi introdotta sistema ta’ pelican lights biex in-nies ikunu jistgħu jaqsmu bla periklu? Jistgħu jittieħdu passi effettivi biex jiġi mrażżan sewqan eċċessiv f’dawn l-inħawi, kif ukoll li jiġu introdotti speed cameras bejn Kappara Service Station u r- roundabout tal-gass? Jirriżultali li dan l-ilment ilu jitressaq lill-awtoritajiet għal aktar minn ħames snin, iżda ninsab infurmat li minkejja dan kollu l-Awtorità dwar it-Trasport lanqas bagħtet acknowledgements lill-persuni li ressqu dawn l-ilmenti matul is-snin. Għal soluzzjoni ħolistika nemmen li l-awtorità għandha tikkonsidra serjament li tfassal pjan flimkien mal-kunsill lokali konċernat u l-Kummissarju tal-Pulizija.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Media Consulta u Air Malta — irbit kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’irbit kummerċjali hemm bejn Media Consulta u Air Malta? Jekk hemm, kif jissarraf f’miljuni ta’ Euros u x’tip ta’ arranġament kuntrattwali hemm?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara l-ftehim milħuq bejn l-MTA u Media Consulta, u minħabba l-fatt illi l-oġġettivi ta’ marketing komuni bejn l-Air Malta u l-MTA, il-linja tal-ajru wżatt is-servizzi tal-Media Consulta għall-media buying, id-diżinn tar-reklami, u PR fid-diversi pajjiżi madwar l-Ewropa. Il-miżata totali għal dawn is-servizzi mħallsa lill-Aġenzija jikkumparaw tajjeb ħafna ma dawk imħallsa f’din l-industrija. L- Air Malta hija kuntenta bis-servizz professjonali mogħti mill-Media Consulta.

Korporazzjoni Enemalta — Chief Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-massimu li tista' titla' l-performance bonus taċ-Chief Officers kollha tal-Korporazzjoni Enemalta? Kif u minn min tiġi assessjata? X’inhuma l-pagi taċ-Chief Human Resources Officer u taċ-Chief Technical Officer? X’inhuma l-performance agreements u t-targets li dawn iċ-Chief Officers mistennija jilħqu? Xi kwalifiki għandhom il-persuni li kollha jokkupaw il-karigi ta’ Chief Officers? Kif intgħażlet il-Public Relations Officer il-ġdida tal-korporazzjoni? Inżammet il-prassi tal-imgħoddi li jkun hemm ukoll call for applications interna? Il-persuna magħżula għandha kwalifiki fil-marketing u jew communications kif kien mitlub fil-call for applications esterna? Jekk iva, x’inhuma? Xi rwol għandu fil-Ministeru tiegħu l-Policy Manager, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fir-rigward tal-operat dirett tal-Eenemalta? Kemm ikollu say fid-deċiżjonijiet amministrattivi li jittieħdu fil-korporazzjoni nnifisha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Power station — packaging tal-fly ash

Question

Jista' l-Ministru jassigura li r-residenti tal-inħawi li hemm kontrolli stretti fil-packaging tal-fly ash li jinġabar mill-power station tal-Marsa u li bl-ebda mod ma jista' jtir xi element minnu b'dannu għas-saħħa tar-residenti? Min huma l-kumpaniji li jagħmlu dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk il-kuntratt ingħatax b'tender? Min huma l-laboratorji Maltin li jagħmlu t-tests fuq dan l-iskart tossiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-mod kif qiegħed jinġabar il-flyash mill-Power Station huwa kkontrollat sew biex ma jkunx hemm ħrug tat-trabijiet. Fl-istess ħin li jkun qed isir il-ġbir tal-flyash isiru wkoll testijiet u monitoring tal-kwalità tal-arja. Dan ix-xogħol isir mill-kumpanija PT Matic li ngħataw il-kuntratt b' tender . It- tests isiru f'laboratorji minn pajjiżi tal-Ewropa bħall-Italja u l-Ingilterra u dan għaliex f'Malta m'hawnx laboratorji li huma attrezzati biex jagħmlu analiżi fuq il- flyash . Jien infurmat ukoll li għalkemm ikklassifikat bħala hazardous , il- flyash fil-fatt mhux tossiku.

Construction wastes

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi statistika dwar construction waste li ġie dumped f’barrieri privati, b’lista sħiħa tagħhom mis-sena 2007 sal-lum? Kemm ġie dumped construction waste f’public landfills bħal Magħtab fl-istess medda ta’ żmien? Liema tenders jeżistu għad-dumping ta’ construction waste fil-Magħtab u kemm minnu qed jiġi riċiklat? Kemm qed jitħallas il-kuntrattur involut u min huwa? Kemm ġie dumped construction waste fil-baħar fl-istess perjodu? Jista' jikkonferma jekk fil-kaz tal-proġett ta’ Smart City dan il-construction waste qed jiġi dumped fl-offshore dumping zone?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Marsa Power Station — decomissioning

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża approssimattiva tad-decomissioning tal-Marsa power station?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li s'issa għad m'hemmx stima tal-ispiża approssimattiva u li din tkun tista' ssir b'mod aktar tajjeb meta l-pjan għad-decommissioning ikun approvat mill-MEPA.

Marsa — Biċċerija - sistema mħaddma skont kif titlob l-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11907 u jikkonferma kategorikament li s-sistema dwar traceability fil-biċċerija tal-Marsa qed taħdem kif suppost ‘from farm to fork’ kif titlob l-Unjoni Ewropea? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti dwar dan is-suggett u jinvestiga r-rapporti li wasluli li din is-sistema mhix qed taħdem jew titħaddem kif mixtieq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lis-sistema ta’ traċċabilità ġiet introdotta din is-sena u waslet fl-aħħar fażi ta’ prova u fil-fatt qiegħda tiġi wżata f’dawn il-jiem biex jiġi aċċertat li s-sistema qed taħdem tajjeb. Wieħed irid japprezza li din hi sistema komplessa ħafna li tagħmel użu minn diversi data bases biex tirċievi informazzjoni u wara l-qatla terġa’ taġġorna l-informazzjoni miżmuma ġo l-istess databases.