Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Money for Parking scheme
Question
Nixtieq ġentilment nirreferi lill-Prim Ministru għall-iskema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 'Money for Parking' li permezz tagħha żvilupp ġdid irid ikun marbut mal-ħruġ ta’ permess fejn biex jiżdiedu l-għadd ta’ dwellings jew inkella jinbnew oħrajn irid bilfors jinħoloq parkeġġ jew garaxxijiet għas-sidien ta’ dawn l-appartamenti. Meta jirriżulta li xi propjetarji jew żviluppaturi ma jkunux jistgħu jagħmlu dan jew ma jkunux iridu jibnu garaxxijiet, nifhem li hija l-prassi li jħallsu somma flus lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ipattu għal dan in-nuqqas ta’ parking space. Nifhem ukoll li dawn il-flus suppost imorru ġo fond biex permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu ndirizzati l-problemi tal-karozzi u tal-parking.
Jikkonferma l-Prim Ministru li dawn il-flus minflok intużaw għall-iskop oriġinali tagħhom, parti minnhom intużaw biex tinxtara Hexagon House għat-taqsima ambjentali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Kemm inġabru flus taħt din l-iskema madwar Malta u Għawdex kemm ilha teżisti l-iskema sena b’sena?
Kemm minnhom inġabru minn tas-Sliema biss?
Kemm mis-somma miġbura marret fuq ix-xiri ta’ Hexagon House?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12254 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat ma’ Media Consulta u jgħid x’kien il-maximum coverage tiegħu? Billi jidher li din id-ditta tħallset biss madwar €4 miljuni meta l-kuntratt suppost jagħlaq fi żmien ftit xhur biss, jista’ jgħid jekk xogħol li għalih kienet oriġinarjament qed tiġi kkunsidrata kuntrattwalment ġiex allokat lil kumpanija/i oħrajn fil-qasam tal-public relations u reklamar?
Kemm kien hemm kumpaniji short listed qabel ma saret l-għażla aħħarija li allegatament damet 16-il xahar? Liema kienu? Liema kienu l-kumpaniji li ħadu x-xogħol oriġinarjament maħsub li kellu jsir minn Media Consulta? Minn min sar is-selection process u min kienu l-membri tal-bord konċernat?
Kemm kien hemm proġetti li fih il-Media Consulta użat l-expertise f’funding tal-Unjoni Ewropea fejn ippruvat iġġib funding għal proġetti ko-finanzjati mal-Gvern Malti lejn pajjiżna?
Din il-kumpanija setgħet b’xi mod ġiet rrakkmandata minn xi gvern jew partit politiku barrani? Apparti minn xi xogħol għall-Balearic Islands, kemm kien hemm destinazzjonijiet turistiċi oħrajn fejn il-Media Consulta kellha kuntratti simili fuq skala nazzjonali jew reġjonali? Kif jispjega l-fatt li f’laqgħa tal-Public Accounts Committee f’Ġunju 2007, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Turizmu ta’ dak iż-żmien qal li €10 miljuni minn dan il-kuntratt kellhom joħorġu minn fondi tal-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ diversi applikazzjonijiet li kellha taghmel Media Consulta f’isem l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta?
Jikkonferma dak li ġie spjegat fl-istess laqgħa li l-ħlas tagħhom kien kopert fil-baġit tal-Ministeru fejn kien hemm item taħt European Union Funds li kien jismu Branding? Il-Gvern għandu xi ħsieb li meta jiskadi l-kuntratt jeżerċita l-option li saħansitra jestendi l-kuntratt b’sena oħra? Jikkonferma li skond media release li ħareġ il-Gvern stess kien intqal mal-iffirmar tal-kuntratt li Media Consulta kienet responsabbli għal €7 miljun annual account li jkopri l-media, advertising, selected public relation services, events u sales promotion activities tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta?
Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta għadha taqbel mad-dikjarazzjoni li kien għamel iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta is-Sur Sam Mifsud appena nħatru Media Consulta bhala International Communications Partners tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta li ‘it’s more evident that these people have what it takes…and more importantly, have the vision and the know how to significantly enhance Malta’s image and presence internationally’? Taqbel mad-dikjarazzjoni li kien għamel dak inhar il-Ministru tat-Turizmu l-Onor. Zammit Dimech li dan l-iżvilupp kien se jwassal biex l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta jkollha ‘a higher return for the money invested in its marketing”?
Jekk il-Media Consulta ma jidhirx li għamlet ix-xogħol kollu mistenni minnha ta’ reklamar, kif tista’ tirrikonċilja dan kollu mad-dikjarazzjoni tal-ex Ministru Zammit Dimech li ‘having one agency representing our tourism interests in all core markets should ensure a co-ordinated and clear message of what product Malta is all about”? Id-due diligence dwar l-għażla finali min għamlu? Ma' Media Consulta Malta hemm jaħdmu xi uffiċjali għoljin li setgħu kienu mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta fil-ġimgħat ta’ qabel ma saret l-għażla finali?
Kemm kien hemm dipartimenti governattivi u jew aġenziji tal-Gvern li għamlu xogħol ieħor ma’ Media Consulta? Meta sar l-aħħar independent audit mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta biex jiġu skrutinizzati l-effettività tal-media campaigns u public relations assignments tal-Media Consulta?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12219 u 11970 u jgħid kemm kien il-grant li rċieva l-Gvern biex permezz tiegħu xtara ħafna mill-apparat ta' dan il-laboratorju nazzjonali? Jikkonferma li ħafna minnu mhuwiex jintuża bħalissa? X'inhi r-raġuni għal dan, jekk dan jirriżulta li huwa minnu?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12217 u 11957 u ċioe: B'referenza għall-Hexagon House li bħalissa tinsab okkupata mill-ħaddiema tal-EPD tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li:
a) il-
measuring intruments
li hemm biex jagħmlu monitoraġġ tal-
hydrogen sulphide
mhumiex kapaċi jagħmlu
detection
anke tal-aktar livelli baxxi?
b) ix-xogħlijiet konnessi maċ-ċirkolazzjoni tal-arja u l-filtration iwasslu biex l-arja tidħol ġol-bini minflok viċi versa bil-konsegwenza li r-riħa tidħol aktar 'il ġewwa fil-bini nnifsu?
ċ) dan kollu diġà ġie sostanzjat minn engineer ikkummissjonat mill-awtorità nnifisha?
d) kien hemm ċirkostanzi fejn membri tal-istaff intbagħtu d-dar minħabba r-riħa li kien hemm u ġieli qalulhom li jekk qed iħossuhom skomdi setgħu jmorru d-dar u jagħmlu x-xogħol minn hemm?
e) waħda mill-kawżi ewlenin għall-irwejjaħ fl-akwati hija bad practice min-naħa ta' kumpanija li tuża waste oils b'mod li bih qed tagħmel connectivity illegali mas-sewers u anke tagħmel discharging illegali permezz ta' sewers kif ukoll tal-culverts fil-qrib?
f) din il-kumpanija ġiet identifikata, iżda ma tteħditx azzjoni kontriha minħabba pressjoni politika li setgħet saret biex jieqaf kollox?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12217.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — compliance certificates - self regulatory
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12213 u 11956 u ċioe: Billi s-sistema tal-compliance certificates hija self regulatory b’responsabilità fuq il-perit, jista’ jgħid x’sistema ta’ awditjar teżisti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jiġi assigurat li ma jinħarġux dawn iċ-ċertifikati fuq bini li mhuwiex skond il-permess? Kemm mill-24,851 talba msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11610 saret spezzjoni fuqhom mill-enforcement officer qabel ma nħareġ iċ-ċertifikat? Sa l-aħħar ta’ Ottubru 2009, kemm kien hemm talbiet għal compliance certifactes pendenti quddiem l-awtorità? Kemm minn dawn it-talbiet ilhom pendenti aktar minn xaharejn? Kemm minnhom ilhom pendenti aktar minn erba’ xhur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema tal-compliance certificates (CMP) kif imħaddma bħalissa tistrieħ fuq id-dikjarazzjonijiet u l-informazzjoni li jingħataw mill-periti li jissottomettu applikazzjonijiet għal dawn il-Compliance Certificates. Il-periti huma responsabbli għall-informazzjoni li jiddikjaraw fil-formoli apposta li jissottomettu. Hu mifhum li tali nformazzjoni u dikjarazzjonijiet mogħtija mill-periti huma perfettament korretti, eżatti u dan kemm skond l-etika professjonali kif ukoll skond il-ftehim li kien sar mal-Kamra tal-Periti dwar il-ħruġ ta' dawn il-Compliance Certificates mill-Awtorita`. Mill-banda l-oħra, xorta jsiru spezzjonijiet mill-Uffiċjali ta' l-Infurzar tal-MEPA fuq il-każijiet li mhumiex żgħar, fuq il-każi li m’humiex fiż-Żona ta' Żvilupp, jew fejn ikun hemm xi informazzjoni ambigwa jew nieqsa, qabel jinħarġu Compliance Certificates. Normalment, ma jsirux spezzjonijiet biss fuq żvilupp ta' natura meqjusa bħala relattivament iżgħar (u li jinsabu fiż-żona ta' żvilupp) qabel jinħarġu l-compliances certificates.
Ma teżistix għodda diġitali li tista` tikkwantifika kemm saru spezzjonijiet mill-Uffiċjali ta' l-Infurzar rigward talbiet għal
Compliance Certificates
. Pero` wara li jitqies kemm ġew irrifjutati jew irritornati talbiet, u kemm inħarġu ċertifikati skond il-kategorija tan-natura ta' żvilupp, hu kkalkulat li saru spezzjonijiet fuq madwar 75% tal-każijiet - għalkemm din hi figura li għandha tittieħed bħala li hija approssimattiva ħafna.
Rigward l-aħħar parti tal-interpellanza, ninforma illi fl-aħħar ta' Ottubru kien hemm 456 talba pendenti għal
Compliance Certificates
quddiem l-Awtorita` u li qegħdin ikunu ipproċessati. Minnhom 107 ilhom iktar minn erba' xhur, u hemm 21 oħra li ilhom iżjed minn xahrejn (total ta' 128).
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12169 u ċioe: B’referenza għall-mistoqsijiet supplimentari li saru in konnessjoni mal-allegazzjoni dwar ilmijiet imniġġsa fil-Kalanka, limiti ta' Delimara, possibilment minħabba fish farming fil-viċin, jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) Meta saru l-aħħar
tests
mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li fuqhom ibbaża t-tweġiba tiegħu?
b) Jista' jpoġġi dawn it-
tests
fuq il-Mejda tal-Kamra?
ċ) Dawn it-
tests
saru
in house
jew minn xi esperti tekniċi mqabbdin minn barra l-Awtorità?
d) Dawn saru f’Malta jew barra minn Malta?
e) Fejn eżattament saru u liema metodi ntużaw?
f) La kienu se jsiru dawn it-
tests
għaliex fil-bidu ta’ Ottubru l-Fisheries Control Division qalu li kienu bdew jinvestigaw il-każ huma wkoll u li ttieħdu l-kampjuni u kienu qed jistennew ir-rapporti tal-laboratorju?
g) Liema
tests
saru l-ewwel tal-Fisheries Control Division jew tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
ġ) Jekk mit-
tests
allegatament ma ġiex stabbilit li dan kien ikkawżat mil-lega bajda tal-
fishfarms
, x’kienet ir-raġuni li wasslet biex ikun hemm lega bajda fil-baħar?
h) Ġiet ikkwantifikata l-ħsara potenzjali li setgħet saret lill-
poseidonia
, speċi protetta ta'
seaweed
essenzjali għall-eko sistema Mediterranja marittima?
ħ) Il-Gvern kellu rapporti bħalma kellha il-
media
lokali li dak li deher f’Kalanka deher ukoll f'San Pawl il-Baħar u anke qrib il-kosta tal-Qawra?
i) Il-konsultazzjoni saret direttament jew
tramite
l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mal-esperti barranin li ilhom jgħidu li dan huwa
by product
inevitabbli tat-
tuna
ranching industry
nnifisha għax il-
blue fin
tuna
minnha nnifisha toħloq wkoll ċertu xaħam?
j) Il-Gvern jaqbel ma' dak li ilhom jgħidu bosta esperti lokali u barranin li dan l-aktar li jiġri huwa meta t-
tuna
tkun konċentrata f’numri kbar fi spazji relattivament limitati?
k) Qatt ġie kkunsidrat x’effett negattiv jistgħu jħallu
tuna ranches
li f’ħafna każi jistgħu jkunu wisq qrib il-kosta nnifisha?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12049 u 11822 u jinvestiga l-każ ta’ kostitwent li qed ikollu jħallas madwar €585 fix-xahar sabiex ikun jista’ jieħu l-injezzjonijiet FORSTEO, ħaġa li ilu jagħmel minn butu minn Mejju, 2009?
Skond ma ninsab infurmat huwa jeħtieġlu jieħu injezzjoni waħda kuljum għal 18-il xahar u l-ispiża msemmija tinkludi labar ta’ l-injezzjoni minbarra l-ispiża ta’ nurse privata kuljum biex jingħata dawn l-injezzjonijiet.
Ninsab infurmat li d-dettalji kollha tal-każ jinsabu f'idejn is-Segretarju Privat tal-Ministru, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn dan għarrfu f'Mejju li għadda li l-każ qiegħed jiġi kkonsidrat.
Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat biex jieħu dawn l-injezzjonijiet? Huwa possibbli li dawn jingħataw b'xejn? Jekk le, huwa possibbli li dawn jinxtraw mill-Ispiżerija tal-Gvern biex wieħed jiffranka minn spiża kull xahar daqstant kbira?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-prodott Forsteo li fiħ il-mediċinali Teriparatide m’huwiex fuq il-formularju tal-Gvern però jingħata mis-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern lill-pazjenti li jinħtiġuħ fuq bażi individwali (named patient basis). Dawn il-pazjenti li huma intitolati għalih huma dawk li qed isofru minn osteoporożi severa ikkaġunata minn mediċinali ta’ jew marda kronika oħra li taqgħa taħt l-iskeda V, li fuqhom ġew ippruvati diversi mediċinali oħra fuq il-formularju u li ma kenux effettivi rigward l-osteoporożi u li kaġun ta’ dan qiegħdin ibgħatu jew qiegħdin f’riskju kbir ta’ ksur f’diversi għadam madwar ġisimhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11992 u jikkonferma li xi sentejn ilu ġie ppreżentat bi studju dwar electric transport u land transport in ġenerali? Jekk iva, jista' jpoġġi dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli nterpellant biex ikun iktar speċifiku dwar liema rapport qiegħed jirreferi għalih.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — talbiet pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-esportazzjoni ta' flyash? Kemm inħarġu permessi simili fis-snin 2007 sal-lum u lil min?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha żewġ applikazzjonijiet pendenti għall-esportazzjoni ta' flyash. Sal-ġurnata tal-lum għadhom qatt ma nħarġu permessi għall-esportazzjoni ta' flyash.
Mediterrenean Coference Centre — studju ta' vijabbilità bħala bini tal-parlament
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-perit, li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament, f'xi stadju jew ieħor kien għamel xi studju dwar il-vijabbilità tal-użu tal-Mediterrenean Conference Centre bħala bini tal-Parlament? Jekk huwa minnu jista' jiġi pubblikat?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha dwar l-alternative site studies li saru dwar il-bini prospettiv ġdid tal-parlament, bin-nefqa approssimattiva kkalkulata f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Ministeru tiegħi ma għamel l-ebda studji dwar siti alternattivi għal-bini l-ġdid tal-Parlament għalkemm saru studji minn Ministeri oħra fl-2004.
Minħabba rapporti li kien hemm fl-istampa internazzjonali bl-isem ta’ Mediterranean is becoming a dumpsite, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qattx ġew ikkummissjonati studji lokali jew barranin biex jaraw jekk hemmx xi traċċi tossiċi fl-ibħra ta' madwar gżiritna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12170.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11957 u ċioe: B'referenza għall-Hexagon House li bħalissa tinsab okkupata mill-ħaddiema tal-EPD tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li:
a) il-
measuring intruments
li hemm biex jagħmlu monitoraġġ tal-
hydrogen sulphide
mhumiex kapaċi jagħmlu
detection
anke tal-aktar livelli baxxi?
b) ix-xogħlijiet konnessi maċ-ċirkolazzjoni tal-arja u l-filtration iwasslu biex l-arja tidħol ġol-bini minflok viċi versa bil-konsegwenza li r-riħa tidħol aktar 'il ġewwa fil-bini nnifsu?
ċ) dan kollu diġà ġie sostanzjat minn engineer ikkummissjonat mill-awtorità nnifisha?
d) kien hemm ċirkostanzi fejn membri tal-istaff intbagħtu d-dar minħabba r-riħa li kien hemm u ġieli qalulhom li jekk qed iħossuhom skomdi setgħu jmorru d-dar u jagħmlu x-xogħol minn hemm?
e) waħda mill-kawżi ewlenin għall-irwejjaħ fl-akwati hija bad practice min-naħa ta' kumpanija li tuża waste oils b'mod li bih qed tagħmel connectivity illegali mas-sewers u anke tagħmel discharging illegali permezz ta' sewers kif ukoll tal-culverts fil-qrib?
f) din il-kumpanija ġiet identifikata, iżda ma tteħditx azzjoni kontriha minħabba pressjoni politika li setgħet saret biex jieqaf kollox?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li:
a) Il-
measuring instruments
li hemm installati Hexagon House huma ddizinjati b'
detection level
ta' 100 ppb (
parts per billion
). Dawn huma livelli ta'
detection
baxxi biżżejjed biex ikejjlu livelli li jistgħu jikkawżaw ħsara lis-saħħa tal-bniedem.
b u c) Is-sistema tal-ventilazzjoni li ilha tintuża għal snin sħaħ minn meta kien hemm l-HSBC, taħdem fuq il-prinċipju li kull arja li tidħol fil-bini tiġi ffiltrata u tgħaddi minn sistema ta'
charcoal filters
li tneħħi ammont ta' arja kkontaminata minn barra. Din is-sistema dejjem ħadmet tajjeb ħlief għal ftit ġranet fil-bidu ta' meta beda jintuża l-bini mill-MEPA minħabba li s-sistema ma kienitx ibbilanċjata sew. Il-
management
ħa ħsieb li jinstalla ukoll sistema ta'
double doors
b
’
purtieri tal-arja. Dawn l-inizzjattivi għenu biex infiltrazzjoni ta' irwejjaħ minn barra ma jidħlux ġewwa.
L-awtorità ma għandhiex ir-rapport oriġinali meta ġiet ikkummisjonata s-sistema, imma din is-sena saru rapporti sew fuq is-sistema ta' ċirkulazzjoni kif ukoll analiżi ta' l-arja interna. L-Awtorità għamlet xogħolijiet oħra biex tkompli tameljora l-ambjent intern.
d) Kien hemm okkażżjoni waħda meta l-MEPA ordnat evakwazzjoni tal-
istaff
tagħha minn Hexagon House. Dan kien l-inċident meta daħal fil-bini
hydrogen sulphide gas
mis-sistema tad-drenaġġ. Matul l-aħħar sena kien hemm xi tlett okkażżjonijiet meta l-
management
informa lill-ħaddiema li min kien qed iħossu skomdu seta jaħdem mid-dar jew jantiċipa l-
break
. Kienu biss numru żgħir ta' ħaddiema li fil-fatt għażlu li jitilqu. Dan għaliex dawn it-tlett każijiet, li kienu kkawżati minn ħatt ta'
fuel
minn fuq vapuri fil-Menqa, damu biss għal ħin qasir u l-irwejjaħ telqu wara ftit. Dawn il-każijiet kienu ta' inkonvenjent iżda ma kienux ta' periklu għall-haddiema.
e) Il-MEPA qabdet operatur illi kellu
discharge illegal
għas-sistema tad-drenaġġ.
f) Il-MEPA bagħtet l'evidenza lill-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma sabiex tieħu il-passi bil-liġi, billi din hija l-aġenzija illi għandha awtorità legali fuq il-kwalità ta’
discharges
fid-drenaġġ.
g) F’dan l-istadju, il-MEPA ikkonċentrat fuq il-bini li huwa responsabbilità diretta tagħha.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — qbil mar-rakkmandazzjoni proposta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk bħala Ministeru għadhomx jaqblu mar-rakkmandazzjoni proposta fir-rapport dwar l-enerġija : 3A4 measures proposed li: "in accordance with the conclusions of the studies carried out, the government will pursue the realisation of the required infrastructure for the provision of a natural gas supply"?
B’referenza għan-New Water Saving Campaign li kellha tibda din is-sena u li qiegħda mniżżla bħala measure proposed 1a.4 fir-rapport imħejji dwar Energy Policy għal pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din il-kampanja, meta ġiet introdotta u minn min qed titmexxa? Kemm se tiġi tiswa l-kampanja u x’inhuma l-allokazzjonijiet medja sector by sector għaliha? Din kienet kampanja għaliha jew sempliċiment bħala parti mill-Kampanja Switch?
Billi fir-rapport dwar l-enerġija ta' pajjiżna intqal ċar u tond li l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi kienet ikkummissjonat studju biex jinvestiga l-options kollha għall-provista tal-elettriku bejn is-sena li għaddiet sas-sena 2020, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan l-istudju u meta mistenni jintemm u jiġi pubblikat?
Billi fir-rapport dwar l-enerġija li ġie ppubblikat mill-Ministeru ntqal li l-gvern kellu suċċess b’ħafna miżuri dwar energy efficiency, jista' l-Ministru jgħid x’kien it-take up tal-grants indikati fl-istess rapport minn kemm ilhom li ġew introdotti dawn l-iskemi :
-
grants on the purchase of electrical vehicles
-
roof insulation
-
double glazing
Kemm kien hemm banek kummerċjali li saru taħdidiet magħhom dwar
loans
sussidjati marbutin ma' investiment f’
energy efficiency
u liema kienu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex ikun iktar speċifiku dwar liema rapport qed jagħmel il-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-proposta li hemm fl-energy plan tal-Gvern li jsir studju dwar il-potenzjal tal-użu ta' low grade geothermal energy għal heating u cooling?
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi il-policy tal-Awtorità tad-Djar meta persuna anzjana jkollha bin wild tagħha joqgħod magħha mit-twelid fir-rigward tat-titlu tal-post tal-gvern li tagħha hi tkun inkwilina kemm-il darba l-anzjana tiġi nieqsa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy li tħaddan l-Awtorità tad-Djar fil-preżent meta l-inkwilini legali ta' post ta' Gvern jiġu nieqsa hi li l-kirja tgħaddi f'isem il-wild li jkun għex u trabba fl-imsemmi fond. Dan isir wara li jkun ssottometta d-dokumenti kollha u l-Awtorità tkun għamlet ir-riċerki tagħha.
Ta' min jgħid li darba l-providementi tal-liġi tal-kera jiġu fis-seħħ, l-Awtorità taħdem fil-parametri ta' dawn il-providementi. Dan mingħajr ma jintilef il-focus soċjali pero li jiġi assigurat li jiġu mgħajjuna dawk fil-bżonn tal-għajnuna.