Kunsilli Lokali tar-Reġjun Ċentru – għoti ta’ flus għal attivitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ingħataw flus, imqabbla mas-sena l-oħra, għal attivitajiet din is-sena fil-kunsilli lokali tar-Reġjun Ċentru, lokalità b'lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed nannetti tabella bl-informazzjoni dwar il-flus kommessi u mgħotija relatati mal-attivitajiet kulturali lill-Kunsilli Lokali tar-Reġjun Ċentrali.
Local Council2017Funding amount
CommittedSettledStatus
BalzanBalzan Arts & Music Festival€6,000€0Claim being vetted
B'KaraAmare Argento€6,000€6,000Settled
Ta' XbiexConnecting Through Culture€6,000€6,000Settled
Local Council2018Funding amount
CommittedSettledStatus
B'KaraMuzika & Moda€8,000Activity not done yet
GziraProgress in Integration through Cultural Promotion in Gzira€8,000Activity not done yet
LijaCitrus & Harvest Festival€3,000€0LC to send claim
SliemaSliema Arts Festival€11,000Activity not done yet
Ta' XbiexConnecting through Cultures€4,000Activity not done yet
Jista' l-Ministru jassigura li l-parking li kien tneħħa fi Triq d'Argens, l-Imsida minħabba x-xogħol fil-Kappara Junction, u issa reġa' ġie lura għan-normal, se jinżamm kif inhu bħalissa? Jiġifieri se jinżamm il-parking kif kien oriġinali fi Triq d'Argens skont ukoll it-talba tal-Kunsill tal-Imsida?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta bħalissa għadejja b’diskussjonijiet mal-Pulizija, il-Kunsill Lokali kkonċernat, LESA, GRTU u stake holders oħra sabiex tipprova ssib soluzzjoni għall-konġestjoni kbira li qiegħda tinħoloq minħabba l-parkeġġi li ġew lura f’posthom f’Rue d’Argens, u dan wara li tlesta l-proġett tal-Kappara. Dan it-tibdil wassal sabiex it-triq msemmija ġiet ridotta għall-karreġġjata waħda minflok tnejn bil-konsegwenza li l-vetturi qiegħdin jeħlu saħansita sa Mater Dei.
Biex il-parkeġġ ma jitneħħiex qiegħed jinstab kompromess li waqt ir-Rush Hoursit-triq tkun żewġ karreġġjati u filgħaxijiet u bil-lejl tinżel għal karreġġjata waħda biex ikun jista’ jintuża l-parkeġġ. Dawn il-parkeġġi jintużaw bla limitu fil-weekends u l-festi pubbliċi.
Transport Malta ma tistax tħares lejn l-isfida tat-traffiku b’ mod spezettat imma b’ mod ħolistiku sabiex kull tibdil li jsir iħalli riżultati pożittivi, u li jħarsu b’mod wiesgħa lejn inkonvenjenti li jrid jgħaddi minnhom l-pubbliku li jkun għaddej mill-inħawi.
Ta’ Xbiex – Triq il-Prinċipessa Margerita – pelican lights
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tistax tiġi stallata pelican lights fit-Triq il-Prinċipessa Margerita, Ta’ Xbiex peress li din it-triq saret traffikuża ferm?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dawn it-talbiet normalment jiġu mressqa mill-Kunsill Lokali rispettiv. F’dan il-każ Transport Malta se tkun qed tieħu nota ta’ dan is-suġġeriment u ser tibda il- proċess ta’ konsultazzjoni u ta’ studju sabiex tiġi evalwata din it-talba.
Il-Mosta – Triq il-Kultellaz – pjanijiet ta’ żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ żvilupp speċifiku jista’ jsir skont il-pjan ta’ żvilupp fi Triq il-Kultellaz il-Mosta u fi Triq bla isem fl-istess Triq il-Kultellaz il-Mosta?
Response (BORG, IAN)
Skont il-Pjan Lokali tal-Mosta approvat fl-2006, dawn iż-żewg toroq huma zoned bħalha Residential Area (żona residenzjali) u huma koperti bil-policy CG07 li tinkludi lista ta użi permissibbli bħal abitazzjonijijet, użi kummerċjali u soċjali (sptarijiet, skejjel, djar tax-xjuħ) fuq skala żgħira u użi ndustrijali taħt ċertu kundizzjonijiet.
Il-Mosta – Triq il-Kultellaz – avviżi ta’ infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx avviżi ta’ infurzar mill-Awtorità għall-Ippjanar fi Triq il-Kultellaz il-Mosta? Kemm hemm avviżi ta’ infurzar mill-Awtorità għall-Ippjanar fl-imsemmija triq? X’tip ta’ avviżi ta’ infurzar hemm mill-Awtorità għall-Ippjannar fl-imsemmija triq? Jista’ jgħid x’tip ta’ azzjoni ttieħdet mill-Awtorità għall-Ippjanar fuq dawn l-avviżi ta’ infurzar?
Response (BORG, IAN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija hemm sitt (6) avviżi ta’ Infurzar li kollha huma tat-tip “Biex Tieqaf u ta’ Twettiq”. Hemm tlieta referuti għall-azzjoni diretta, wieħed qiegħed fi stadju ta’ Appell, u tnejn għandhom applikazzjoni pendenti biex tissanzjona l-illegalita.
Jista’ l-Ministru jara li Triq il-Balal, San Ġwann, li hi waħda mill-aktar traffikużi, tingħatalha aktar provvista ta’ dawl?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li id-dwal ġodda fit-toroq isiru mill-kunsill lokali kkonċernat, Transport Malta jew mill-entità responsabbli mill-inħawi. Meta d-dwal ġodda jitwaħħlu, Enemalta tintalab tqabbadhom mas-sistema tal-elettriku biex ikollhom provvista u jinxtegħlu.
Sabiex tiżdied l-effiċjenza u l-kontabilità fit-toroq tagħna, il-Ministeru dalwaqt ser iwaqqaf aġenzija ġdida li tieħu ħsieb il-bżonnijiet infrastrutturali kollha meħtieġa fit-toroq, inkluż installazzjoni u manutenzjoni tas-sistemi tad-dwal. Dan il-pass mistenni jkompli jtejjeb il-kwalità u s-sigurtà tat-toroq madwar il-pajjiż.
Ta’ Xbiex – pompi tal-ilma li jibagħtu l-ilma għall-ġibjuni tal-Gżira
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-pompi tal-ilma li jibagħtu l-ilma minn Ta’ Xbiex għal ġibjuni tal-Gżira, (skont in-National Flood Relief Project) għadu mhuwiex jaħdem?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li d-Dipartiment tax-Xogħijiet u l-Infrastruttura qed jistenna li jinħareġ compliance certificate biex tkun tista’ ssir l-applikazzjoni għas-servizz tal-elettriku. Dan il-compliance certificate ikun jista’ joħroġ ladarba tiġi approvata applikazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar biex tiġi ssanzjonata emenda fuq parti zgħira mill-Proġett għat-Taffija tal-Għargħar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru water culverts matul il-bankina tal-Ġnien, in-naħa ta’ Ta’ Xbiex, peress li meta tagħmel ħafna xita qed ikun hemm il-flooding?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jilqa’ t-talba li għamillu l-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex sabiex tiġi stallata latrina fix-Xatt, Ta’ Xbiex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex li hemm qbil li ssir latrina mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura, bħala parti mill-Flood Relief Project,bħala kumpens lir-residenti tal-inkonvenjent relatat max-xogħlijiet relatati u anke wara pressjoni li saret mir-residenti.
Ta’ Xbiex – rotot ta’ devjazzjoni minħabba l-proġett tal-Kappara Junction
Question
Jista’ l-Ministru jindika meta r-rotot ta’ devjazzjoni li saru f’Ta’ Xbiex minħabba l-proġett tal-Kappara Junction, se jerġgħu lura għan-normal issa li l-proġett tlesta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq ir-rotot ta’ devjazzoni relatati mal-proġett tal-Kappara mistennija jkunu lesti fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-ispetturi li għaddew għal supretendenti liema riżultat ġie kkonfermat mill-Public Service Commission (PSC), għadhom ma ngħatawx il-promozzjoni? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn l-ispetturi ser jingħataw din il-promozzjoni? U meta? U x'wassal biex dawn il-promozzjonijiet jinżammu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-promozzjonijiet lill-Ispetturi li għaddew għal Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija, ser isiru fil-futur qrib. L-ammont ta' dawk li ser jiġu promossi jiġi determinat skond l-esiġenzi tas-servizz dakinhar tal-promozzjonijiet, kif dejjem sar fil-passat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta u jekk hux se jsir il-proġett ta’ Ġnien Karin Grech f’San Ġwann? Huwa konxju l-Ministru li dan il-ġnien qiegħed fi stat ħażin u huwa ta’ periklu għar-residenti u għat-tfal li jagħmlu użu minn dan il-ġnien?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett għadu maħsub li jsir. Filwaqt li l-ħtieġa ta’ dan il-proġett hija rikonoxxuta, jeħtieġ ikun assigurat li jkunu koperti l-aspetti kollha, u huwa proprju għalhekk li t-taħditiet qed jinvolvu wkoll Ministeri oħra.
Jista’ l-Ministru jserraħ moħħ ir-residenti ta’ San Ġwann u jiggarantilhom li d-deviation routes li saru fil-lokalità ta’ San Ġwann, minħabba x-xogħol fuq il-Kappara Junction, jerġgħu lura għan-normal, meta jitlesta l-proġett?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tixtieq isserraħ moħħ ir-residenti ta’ San Ġwann u kif ukoll moħħ kull min jagħmel użu minn din ir-rotta prinċipali u tiggarantilhom li d-deviation routesli saru fil-lokalità ta’ San Ġwann, minħabba x-xogħol fuq il-Kappara Junction, ser jerġgħu lura għan-normal, meta jitlesta l-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-funtana li hemm ix-Xatt ta' Ta’ Xbiex ilha bil-ħsara aktar minn tliet xhur u meta beħsiebu li jsir il-manutenzjoni fuqha?
Response (BORG, IAN)
Ix-xogħol ta’ manutenzjoni fuq din il-funtana wasal biex jitlesta u din mistennija li terġa tinxtegħel fil-ġimghat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jara li l-unika rotta li kien hemm vijabbli għal Victoria Gardens, Swieqi u li twaqqfet, terġa’ tiġi reattivata?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li r-rotta 16, li sservi il-lokalità tas-Swieqi, ġiet mibdula għal kif kienet qabel wara li kien hemm talba mill-Kunsill Lokali sabiex din terġa’ tibda tieqaf fi Triq il-Franċiż.
Jista’ l-Ministru jara li t-traffic lights li ġew installati fit-triq prinċipali ta’ St. Andrews jibdew jinxtegħlu, peress li qed jesponu lill-pedestrian u lis-sewwieq għal periklu bla bżonn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traffic lights msemmija kienu temporanjament bil-ħsara għal perjodu ta’ ftit sigħat nhar is-6 ta’ Lulju. Din il-ħsara ġiet indirizzata u dawn il-lights reġgħu ġew mixugħla.
Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa sabiex il-problema ta’ drenaġġ li hemm fi Triq San Anard, San Ġwann tiġi solvuta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma tafx li hemm problema kkonċernata ma’ Triq San Anard, San Ġwann tant li m’hemm l-ebda rapport fuq l-imsemmija triq.